30.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9680 — La Voix Du Nord/SIM/Mediacontact/Roof Media)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 31/04)

1.   

Fis-17 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

La Voix du Nord (Franza), li tappartjeni għall-grupp Rossel & Cie (il-Belġju),

—

Mediacontact (Franza), li tappartjeni għall-grupp SIPA (Franza),

—

Société d’Investissements Medias (“SIM”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Crédit Mutuel (Franza),

—

Roof Media (Franza), li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn Mediacontact u La Voix du Nord.

SIM takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab, flimkien ma’ La Voix du Nord u Mediacontact, ta’ Roof Media kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

La Voix du Nord hija attiva fis-settur tal-media stampata u dik diġitali, kemm bla ħlas kif ukoll bi ħlas, essenzjalment f’Hauts de France u fix-Champagne-Ardenne;

—

Mediacontact hija attiva fis-settur tal-media stampata u dik diġitali, kemm bla ħlas kif ukoll bi ħlas, essenzjalment fil-Grand Ouest ta’ Franza;

—

SIM tirrappreżenta l-marka kummerċjali “EBRA” (Est Bourgogne Rhône Alpes) li tikkostitwixxi fil-parti tal-media tal-grupp Crédit Mutuel attiv fis-settur tal-media stampata u dik diġitali, kemm bla ħlas kif ukoll bil-ħlas;

—

Roof Media hija speċjalizzata fit-teknoloġija ta’ distribuzzjoni ta’ kontenut tal-video.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9680 – La Voix du Nord/SIM/Mediacontact/Roof Media

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks u permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles

BELGIQUE


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.