<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-55/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0055</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:87">EU:C:2019:87</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑55/18</HT></P><P>CCOO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20190131">31 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑55/18</HT></P><P>Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO)</P><P>vs</P><P>Deutsche Bank SAE,</P><P>bl-intervent ta’:</P><P>Federación Estatal de Servicios de la Unión General de Trabajadores (FES-UGT),</P><P>Confederación General del Trabajo (CGT),</P><P>Confederación Solidaridad de Trabajadores Vascos (ELA),</P><P>Confederación Intersindical Galega (CIG)</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali, Spanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Mistrieħ ta’ kuljum</KEYWORD><KEYWORD>Mistrieħ ta’ kull ġimgħa</KEYWORD><KEYWORD>Tul massimu ta’ ġimgħa ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 89/391/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà u saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu għall-impriżi li jistabbilixxu sistema li tkejjel il-ħin tax-xogħol ta’ kuljum</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol, għanijiet segwiti mid-Direttiva 2003/88/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 4, p. 381).</P></NOTE> permezz, fost l-oħrajn, tal-iffissar ta’ limiti massimi għall-ħinijiet tax-xogħol, huwa neċessarju li l-Istati Membri jipprevedu l-obbligu għall-persuna li timpjega sabiex tintroduċi strumenti li jkejlu t-tul effettiv tal-ġurnata jew tal-ġimgħa ta’ xogħol?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din, essenzjalment, hija l-kwistjoni mqajma mit-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali, Spanja) li hija s-suġġett ta’ din l-evalwazzjoni. Din it-talba tirriżulta mill-ambitu ta’ tilwima kollettiva introdotta minn ċerti sindakati tal-ħaddiema bl-għan li jiġi kkonstatat u ddikjarat l-obbligu tal-konvenut, Deutsche Bank SAE (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deutsche Bank<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jistabbilixxi sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum li tippermetti li tiġi vverifikata l-osservanza adegwata tal-ħinijiet iffissati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi u mill-ftehimiet kollettivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet ser nispjega r-raġunijiet għalfejn inqis li tali dritt tal-Unjoni jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jintroduċu regoli tal-ħinijiet tax-xogħol li, minkejja l-marġni ta’ diskrezzjoni ggarantita lill-Istati Membri minħabba l-funzjoni ta’ armonizzazzjoni minima tad-Direttiva 2003/88, jiżguraw l-osservanza effettiva tar-regoli dwar il-limiti tal-ħinijiet tax-xogħol, permezz tal-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ kejl tax-xogħol effettivament maħdum. L-assenza ta’ mekkaniżmi simili fl-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru jippreġudika, fil-fatt, fil-fehma tiegħi, l-effett utli tad-direttiva ċċitata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Inqis, għaldaqstant, li d-Direttiva 2003/88 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma timponix espliċitament fuq il-persuni li jimpjegaw xi forma ta’ kejl jew stħarriġ tal-ħin tax-xogħol normali tal-ħaddiema inġenerali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessa 4 tad-Direttiva 2003/88 tiddikjara dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(4)</NO.P><TXT>It-titjib tas-sigurtà, l-iġene u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol huwa għan li m’għandux ikun subordinat sempliċement għal raġunijiet ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Serħan ta’ kull jum<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal perjodu minimu ta’ serħan kull jum ta’ 11‑il siegħa konsekuttivi f’perjodu ta’ 24‑siegħa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Perjodu ta’ serħan ta’ kull ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, f’kull perjodu ta’ sebat ijiem kull ħaddiem ikun intitolat għal perjodu minimu mingħajr interruzzjoni ta’ serħan kull perjodu ta’ 24 il-siegħa flimkien ma 11‑il siegħa serħan ta’ kull jum kif li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3.</ALINEA><ALINEA>Jekk objettivi, l-organizzazzjoni tal-kondizzjonijiet tekniċi jew tax-xogħol hekk jiġġustifikaw, perjodu minimu ta’ serħan ta’ 24 siegħa jista’ jkun applikat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, skond il-ħtieġa tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-perjodu tal-ħin tax-xogħol ta’ kull ġimgħa jkun limitat permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi jew bi ftehim kollettiv jew bi ftehim bejn iż-żewġ naħat ta’ l-industrija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-medja tal-ħin tax-xogħol għal kull perjodu ta’ sebat ijiem, inkluża s-sahra, ma tkunx teċċedi it-48 siegħa<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Disposizzjonijiet mixxellanji<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Stat Membru għandu jkollu l-għażla li ma japplikax l-Artikolu 6, waqt li jirrispetta l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa ta’ ħaddiema, u basta li hu jieħu l-miżuri meħtieġa ħalli jassigura li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li min jimpjega ma jkunx jeħtieġ li ħaddiem jaħdem aktar minn 48 siegħa matul perjodu ta’ sebat ijiem, ikkalkolati bħala medja għall-perjodu ta’ referenza li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 16(b), sakemm ma jkunx l-ewwel akkwista l-ftehim tal-ħaddiem ħalli jwettaq xogħol bħal dak;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-ebda ħaddiem ma jkun suġġett għal xi detriment minn min jimpjegah minħabba li hu ma jkunx lest li jagħti l-ftehim tiegħu għal twettieq ta’ xogħol bħal dak;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>min jimpjega iżomm rekords aġġornati tal-ħaddiema kollha li jwettqu xogħol bħal dak;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>li r-rekords jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu, għal raġunijiet konnessi mas-sigurtà u/jew is-saħħa tal-ħaddiema, jipprojbixxu jew jirristrinġu l-possibbiltà li jkunu misbuqa s-sigħat massimi ta’ xogħol matul ġimgħa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>min jimpjega jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti fuq it-talba tagħhom b’informazzjoni dwar każi li fihom ftehim ikun seħħ ma ħaddiema ħalli jwettqu xogħol b’eċċess ta’48 siegħa matul perjodu ta’ sebat ijiem, ikkalkolati bħala medja għall-perjodu ta’ referenza kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 16(b).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-Istati Membri jutilizzaw minn dawn l-għażliet li hemm provvediment dwarhom f’dan l-Artikolu, huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat‑<DATE ISO="19890612">12 ta’ Ġunju 1989</DATE> dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349.</P></NOTE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Stati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li min iħaddem, il-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema ikunu soġġetti għad disposizzjonijiet legali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 89/391 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Rappreżentanti tal-ħaddiema b’responsabbilità speċifika għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema għandhom ikollhom id-dritt li jitolbu lil min iħaddem sabiex jieħu miżuri xierqa u jgħaddulu proposti għal dak il-għan sabiex inaqqsu l-perikoli għal ħaddiema u/jew ineħħu sorsi ta’ perikolu<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 tal-Estatuto de los Trabajadores, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Real decreto legislativo 2/2015 (id-Digriet Leġiżlattiv Irjali) 2/2015, li approva t-test irriformat tal-Istatut tal-Ħaddiema, tat‑<DATE ISO="20151023">23 ta’ Ottubru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>BOE Nru 255, tal‑<DATE ISO="20151024">24 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Istatut tal-Ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-tul tal-ħin tax-xogħol huwa dak stabbilit fil-ftehimiet kollettivi jew fil-kuntratti individwali. It-tul massimu tal-ħin tax-xogħol normali huwa ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa ta’ xogħol effettiv ikkalkolat fuq medja fis-sena. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għandhom jgħaddu mill-inqas tnax‑il siegħa bejn it-tmiem ta’ perijodu ta’ xogħol u l-bidu tal-perijodu segwenti. In-numru ta’ sigħat normali ta’ xogħol effettivi ma jistax jaqbeż id-disa’ sigħat kuljum, sakemm ftehim kollettiv jew, fin-nuqqas ta’ dan, ftehim konkluż bejn l-impriża u r-rappreżentanti tal-ħaddiema ma jkunx jipprevedi tqassim ieħor tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum; il-mistrieħ bejn il-perjodi ta’ xogħol xorta waħda għandu jiġi osservat. […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Sahra<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="035.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sigħat ta’ xogħol maħduma lil hinn mit-tul massimu tal-ħin tax-xogħol normali stabbilit f’konformità mal-artikolu preċedenti jikkostitwixxu sahra. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont ta’ sahra ma jistax jaqbeż it-80 siegħa fis-sena. […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>It-twettiq ta’ sahra huwa volontarju, ħlief jekk ikun ġie stabbilit mod ieħor fi ftehim kollettiv jew f’kuntratt individwali ta’ impjieg, fil-limiti previsti fil-paragrafu 2.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-kalkolu tas-sahra, il-ħin tax-xogħol ta’ kull ħaddiem jiġi rreġistrat minn ġurnata għal oħra u jingħadd fil-mument iffissat għall-pagament tar-remunerazzjoni, fejn il-ħaddiem jingħata kopja tal-prospett fir-rendikont tal-ħlas korrispondenti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>It-tielet dispożizzjoni addizzjonali tar-Real Decreto 1561/1995, de 21 de septiembre 1995, sobre jornadas especiales de trabajo (id-Digriet Irjali 1561/1995 tal‑<DATE ISO="19950921">21 ta’ Settembru 1995</DATE> dwar il-Ħinijiet Speċjali tax-Xogħol)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>BOE Nru 230, tas‑<DATE ISO="19950926">26 ta’ Settembru 1995</DATE>.</P></NOTE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kompetenzi tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-qasam tal-ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, tiddikjara:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Bla ħsara għall-kompetenzi rrikonoxxuti lir-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-qasam tal-ħin tax-xogħol fl-Istatut tal-Ħaddiema u f’dan id-Digriet Irjali, dawn ir-rappreżentanti għandhom id-dritt […]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jiġu informati kull xahar mill-persuna li timpjega dwar is-sahra magħmula mill-ħaddiema, irrispettivament mill-forma ta’ kumpens adottata; għal dan l-għan huma għandhom jirċievu kopja tal-prospett imsemmi fl-Artikolu 35(5) tal-Istatut tal-Ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, il-Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO), sindakat tal-ħaddiema li jagħmel parti mill-organizzazzjoni sindakali l-iktar rappreżentattiva fil-livell statali fi Spanja, ippreżenta rikors kollettiv quddiem l-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali) kontra Deutsche Bank, fejn talab li tingħata sentenza li tiddikjara l-obbligu impost fuq din tal-aħħar li tistabbilixxi sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum mill-persunal dipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Tali sistema għandha tippermetti l-verifika, minn naħa, tal-osservanza tal-ħin tax-xogħol stabbilit u, min-naħa l-oħra, tal-obbligu li tintbagħat lir-rappreżentanti sindakali l-informazzjoni relatata mas-sahra magħmula kull xahar, b’osservanza tal-Artikolu 35(5) tal-Istatut tal-Ħaddiema u tat-tielet dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet Irjali 1561/1995.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil-kawża għamlu intervent, insostenn tal-pożizzjoni tal-CCOO, erba’ organizzazzjonijiet sindakali oħra: il-Federación Estatal de Servicios de la Unión General de Trabajadores (FES-UGT), il-Confederación General del Trabajo (CGT), il-Confederación Solidaridad de Trabajadores Vasco (ELA), il-Confederación Intersindacal Galega (CIG).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-fehma tar-rikorrenti, l-obbligu li tiġi stabbilita sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum jirriżulta mill-interpretazzjoni tal-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema, moqrija flimkien mal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mal-Artikoli 3, 5, 6, 8 u 22 tad-Direttiva 2003/88. Deutsche Bank isostni, min-naħa l-oħra, li mis-sentenzi tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tat‑23 ta’ Marzu u tal‑<DATE ISO="20170420">20 ta’ April 2017</DATE> jirriżulta li d-dritt Spanjol ma jipprevedix tali obbligu ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali) ikkonstatat li, minkejja li l-impriża konvenuta hija marbuta b’diversi regoli dwar il-ħinijiet tax-xogħol, li jirriżultaw minn diversi ftehimiet kollettivi nazzjonali tas-settur u azjendali, hija ma tuża l-ebda tip ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv maħdum mill-persunal li jippermetti li tiġi vverifikata l-osservanza tar-regoli dwar il-ħinijiet tax-xogħol stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-liġi u mill-ftehimiet kollettivi kif ukoll l-iżvolġiment eventwali ta’ sahra. L-impriża konvenuta tuża applikazzjoni informatika (Absences Calendar) li tippermetti li jiġu rreġistrati biss l-assenzi għal ġurnata sħiħa (leave, permessi, assenzi minħabba mard, eċċ.).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Inspección de Trabajo y Seguridad Social (l-Ispettorat tax-Xogħol u tas-Sigurtà Soċjali) tal-Provinċji ta’ Madrid u Navarra talab lill-konvenut jistabbilixxi sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum u, fid-dawl tal-inosservanza ta’ tali talbiet, fassal proċess verbali ta’ ksur bi proposta ta’ sanzjoni. Is-sanzjoni ma ġietx applikata minħabba s-sentenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tat‑<DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li, f’dik is-sentenza, mogħtija f’assemblea plenarja iżda b’xi opinjonijiet kontra, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) eskludiet l-eżistenza fid-dritt Spanjol ta’ obbligu ġenerali li jiġi rreġistrat il-ħin tax-xogħol normali. B’mod partikolari, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) enfasizzat li l-Artikolu 35(5) tal-Istatut tal-Ħaddiema fih l-obbligu biss għaż-żamma ta’ reġistru tas-sahra magħmula u għall-komunikazzjoni fl-aħħar ta’ kull xahar tan-numru ta’ sigħat eventwalment maħduma mill-ħaddiema lir-rappreżentanti sindakali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-imsemmija deċiżjoni t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ifformulat, essenzjalment, il-motivi li ġejjin: l-obbligu li jinżamm reġistru huwa stabbilit fl-Artikolu 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema, li huwa relatat mas-sahra u mhux fl-Artikolu 34, li huwa relatat mal-ħin tax-xogħol; meta l-leġiżlatur Spanjol ried jimponi tali reġistru, huwa għamel dan b’mod speċifiku bħalma għamel għall-ħaddiema part‑time u l-ħaddiema mobbli, ta’ fuq il-baħar jew tal-ferroviji; l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/88 jimponi, bħalma jagħmel id-dritt Spanjol, l-obbligu li jinżamm reġistru tal-ħin tax-xogħol speċjali u mhux tal-ħin tax-xogħol normali li ma jaqbiżx it-tul massimu previst; iż-żamma<?PAGE NO="6"?> ta’ tali reġistru timplika l-ipproċessar ta’ data personali tal-ħaddiem bir-riskju ta’ ndħil inġustifikat mill-impriża fil-ħajja privata tal-ħaddiem; in-nuqqas ta’ żamma ta’ tali reġistru ma huwiex ikklassifikat bħala ksur ċar u manifest tar-regoli dwar il-ksur u tas-sanzjonijiet fil-qasam soċjali; tali interpretazzjoni ma tmurx kontra d-dritt tad-difiża legali tal-ħaddiem minħabba li, skont ir-regoli proċedurali Spanjoli, ma huwiex ipprojbit li l-ħaddiem jagħti prova b’mezzi oħra tal-iżvolġiment eventwali ta’ sahra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar il-konformità tal-pożizzjoni tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) mad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward tosserva, qabel kollox, li investigazzjoni dwar il-ħaddiema fi Spanja tal‑2016 żvelat li 53.7 % tas-sigħat ta’ sahra ma humiex irreġistrati. Barra minn hekk, żewġ rapporti (tal‑<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE> u tal‑<DATE ISO="20160301">1 ta’ Marzu 2016</DATE>) tad-Direttorat Ġenerali tax-Xogħol tal-Ministeru għax-Xogħol u għas-Sigurtà Soċjali Spanjol affermaw li, sabiex jiġi aċċertat jekk twettqitx sahra, huwa neċessarju li jsir magħruf b’ċertezza n-numru ta’ sigħat ta’ xogħol maħduma; li jispjega għalfejn l-Ispetturi tax-Xogħol talbu l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum, bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-uniku mezz li jista’ jivverifika qbiż eventwali tal-limiti massimi previsti fil-perijodu ta’ riferiment. Il-qorti tar-rinviju tinnota wkoll li l-interpretazzjoni tad-dritt Spanjol adottata mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ikollha bħala konsegwenza, fil-prattika, li l-ħaddiema ma jkollhomx prova essenzjali sabiex juru ħidma li taqbeż is-sigħat tax-xogħol normali u r-rappreżentanti tagħhom ma jkollhomx għad-dispożizzjoni tagħhom mezz neċessarju sabiex jivverifikaw l-osservanza tar-regoli, bil-konsegwenza ulterjuri li l-istħarriġ tal-osservanza tal-ħin tax-xogħol u tal-perijodi ta’ mistrieħ jitħalla għas-sempliċi diskrezzjoni tal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, f’tali sitwazzjoni, id-dritt nazzjonali ma jkunx jista’ jiggarantixxi l-effettività tal-osservanza tal-obbligi relatati mal-ġestjoni tal-ħin tax-xogħol previsti fid-Direttiva 2003/88 u, fir-rigward tad-drittijiet tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, fid-Direttiva 89/391.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>F’tali kuntest, l-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja għandu jitqies li, permezz tal-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema kif interpretati mill-ġurisprudenza [Spanjola], adotta l-miżuri neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-effettività tal-limitazzjoni tal-ħin tax-xogħol u ta’ mistrieħ ta’ darba fil-ġimgħa u ta’ kuljum, prevista fl-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/88[…], fir-rigward ta’ ħaddiema full-time li ma aċċettawx espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sigħat addizzjonali u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 3, 5, 6, 16 u 22 tad-Direttiva 2003/88 […], moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 89/391[…], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema, li minnha ma jistax jiġi dedott, kif tenfasizza ġurisprudenza [Spanjola] stabbilita, li l-impriż[i] huma obbligati jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum mill-ħaddiema full‑time li ma aċċettawx espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sigħat addizzjonali u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Għandu jitqies li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkluża fl-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema, li minnha ma jistax jiġi dedott, kif tenfasizza ġurisprudenza [Spanjola] stabbilita, li l-impriż[i] huma obbligati jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum mill-ħaddiema full-time li ma aċċettawx espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sigħat addizzjonali u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji, tippermetti li jiġi ggarantit, fir-rigward ta’ ħaddiema ordinarji, l-obbligu, impost fuq l-Istati Membri fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni<?PAGE NO="7"?> Ewropea u fl-Artikoli 3, 4, 6, 16 u 22 tad-Direttiva 2003/88 […], moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 89/391 […], li jillimitaw il-perijodu ta’ ħin tax-xogħol tal-ħaddiema kollha inġenerali?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’mod preliminari, fil-fehma tiegħi, għandu jiġi osservat li, bħalma enfasizzat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, it-tliet domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju huma marbuta ma’ xulxin u jissovrapponu lil xulxin f’diversi aspetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-interpretazzjoni tagħhom jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda tiġi dderivata mir-risposta għat-tieni u għat-tielet domanda preliminari li, bejniethom, jissovrapponu lil xulxin fil-kontenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Essenzjalment, permezz tat-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, b’mod speċifiku l-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema kif interpretati mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), jippermettux protezzjoni effettiva tal-ħaddiem fil-qasam tat-tul tal-ġurnata u tal-ġimgħa ta’ xogħol u tal-mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, li hija prevista fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, minkejja li ma jimponux iż-żamma ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’tali kuntest, inqis għaldaqstant li huwa xieraq li t-tliet domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju jiġu eżaminati flimkien, billi jiġu rriformulati kif ġej: l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 3, 5, 6, 16 u 22 tad-Direttiva 2003/88, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 89/391, dispożizzjonijiet li permezz tal-impożizzjoni ta’ limiti tat-tul għall-ħin tax-xogħol isegwu l-għan ta’ protezzjoni effettiva tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiem fuq il-postijiet tax-xogħol, jipprekludu leġiżlazzjoni, bħal dik li tinsab fl-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema Spanjol kif interpretati mill-ġurisprudenza Spanjola, li minnha ma jistax jiġi dedott li l-impriżi huma obbligati jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum mill-ħaddiema full‑time li ma jkunux aċċettaw espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jagħmlu sahra u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ninnota li ġew kontrapposti żewġ argumenti fuq il-mertu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, minkejja li bi sfumaturi differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-ewwel wieħed, imressaq mill-qorti tar-rinviju, mill-Kummissjoni u mill-federazzjonijiet tas-sindakati rikorrenti, iqis li d-dritt tal-Unjoni jimplika bla dubju obbligu strumentali li jiġi mkejjel il-ħin tax-xogħol impost fuq il-persuna li timpjega bil-konsegwenza li tali dritt jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik Spanjola li, fl-interpretazzjoni tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), teskludi l-eżistenza ta’ tali obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>It-tieni argument, imressaq mill-bank konvenut fil-kawża prinċipali, mir-Renju ta’ Spanja u mill-Istati Membri l-oħra li għamlu intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri r-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka, iqis li, fl-assenza ta’ dispożizzjoni speċifika fid-Direttiva 2003/88, ma jistax jiġi impost obbligu ġeneralizzat fuq l-impriżi għall-kejl tal-ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Biex nirrispondi għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju nqis neċessarju li niċċara, qabel kollox, il-portata tad-Direttiva 2003/88 fis-sistema tad-dritt soċjali tal-Unjoni fid-dawl tal-prinċipji ġurisprudenzjali żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, sabiex sussegwentement niddetermina, fuq il-bażi ta’ tali analiżi, jekk id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tali direttiva jipprevedux l-eżistenza ta’ obbligu ġeneralizzat ta’ kejl tal-ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Għanijiet u kontenut tad-Direttiva 2003/88</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/88 għandha l-għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi maħsuba sabiex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, għan li jintlaħaq, fost l-oħrajn, permezz tal-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ħin tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Maio Marques da Rosa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:844">EU:C:2017:844</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:578">EU:C:2015:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija iktar ’il fuq, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 jiffissaw perijodi minimi ta’ mistrieħ ta’ kuljum (ħdax‑il siegħa konsekuttiva matul kull perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, skont l-Artikolu 3) u ta’ kull ġimgħa (erbgħa u għoxrin siegħa għal kull perijodu ta’ sebat ijiem, skont l-Artikolu 5), kif ukoll limitu massimu ta’ tmienja u erbgħin siegħa għat-tul medju ta’ ġimgħa ta’ xogħol, inkluża s-sahra (skont l-Artikolu 6(b)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Permezz tal-imsemmija dispożizzjonijiet huwa implimentat l-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li, wara li rrikonoxxa, fil-paragrafu 1 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[k]ull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[k]ull ħaddiem għandu d-dritt għal limitazzjoni ta’ sigħat massimi tax-xogħol, għal perijodi ta’ mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perjodu annwali ta’ leave imħallas<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Tali dritt huwa marbut direttament mar-rispett tad-dinjità tal-bniedem li hija protetta b’mod iktar wiesa’ fit-Titolu I tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tanchev fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>King</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑214/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:439">EU:C:2017:439</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Id-dritt għal limitazzjoni tat-tul massimu tax-xogħol u d-dritt għal perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa jikkostitwixxu, barra minn hekk, espressjoni tat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, bħalma jirriżulta mit-test ta’ diversi kostituzzjonijiet nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schultz-Hoff</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:38">EU:C:2008:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u nota ta’ qiegħ il-paġna 22), fejn, minkejja li tagħmel raġunament dwar id-dritt għal-leave, jiġu eżaminati diversi testi kostituzzjonali ta’ pajjiżi membri, filwaqt li tikkonkludi li l-Artikolu 31(2) tal-Karta għandu diversi mudelli fil-kostituzzjonijiet ta’ Stati Membri differenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest sistematiku li l-Qorti tal-Ġustizzja affermat li r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2003/88 jikkostitwixxu regoli tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandhom importanza partikolari li minnhom għandu jibbenefika kull ħaddiem inkwantu huma regoli minimi meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:578">EU:C:2015:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Dellas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑14/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:728">EU:C:2005:728</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-ġurisprudenza ċċitata; digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Grigore</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, protezzjoni, li ma taqax biss fl-interess individwali tal-ħaddiem, iżda wkoll ta’ dak tal-persuna li timpjega kif ukoll tal-interess ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:338">EU:C:2018:338</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-ewwel konsegwenza li, fil-fehma tiegħi, tista’ tinsilet mir-rabta ta’ strumentalità bejn id-Direttiva 2003/88 u d-drittijiet soċjali fundamentali rrikonoxxuti mill-Karta hija li l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/88 u d-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandhom ikunu xierqa sabiex jippermettu t-tgawdija sħiħa u effettiva mid-drittijiet suġġettivi rrikonoxxuti minnha lill-ħaddiema, filwaqt li jiġi eliminat kull ostakolu li fil-fatt jista’ jillimita jew jippreġudika l-imsemmija tgawdija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, fl-interpretazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/88 għandu jitqies li, bħalma enfasizzat diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja, il-ħaddiem għandu jiġi kkunsidrat bħala l-parti dgħajfa fil-kuntratt ta’ xogħol, b’tali mod li huwa neċessarju li tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-persuna li timpjega tgawdi mill-fakultà li timponi fuqu restrizzjoni tad-drittijiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Konsegwentement, kull prattika jew ommissjoni min-naħa tal-persuna li timpjega li jkollha effett potenzjalment dissważiv fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-ħaddiem, għandha titqies li hija inkompatibbli mal-għanijiet tad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>B’riferiment għad-dritt għal-leave rrikonoxxut mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dejjem skont il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni ta’ dgħufija, għandu jitqies li l-ħaddiem jista’ jiġi skoraġġut milli jinvoka espliċitament id-drittijiet tiegħu fil-konfront tal-persuna li timpjegah, meta t-talba għal dawn tkun tista’ tesponih għal miżuri meħuda minn din tal-aħħar ta’ natura li jaffettwaw ir-relazzjoni ta’ impjieg għad-detriment ta’ dan il-ħaddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>B’riferiment għad-dritt għal-leave rrikonoxxut mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ tali premessi, interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/88 li tippermetti li l-għanijiet tagħha jintlaħqu b’mod koerenti u li d-drittijiet li din tagħti lill-ħaddiema jiġu protetti b’mod sħiħ u effettiv, għandha timplika l-identifikazzjoni ta’ obbligi speċifiċi imposti fuq l-individwi involuti fl-implimentazzjoni tagħha li jkunu xierqa sabiex jiġi evitat li l-iżbilanċ strutturali fir-relazzjoni ekonomika bejn persuna li timpjega u ħaddiem jippreġudika t-tgawdija effettiva mid-drittijiet mogħtija mill-istess direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-neċessità li jiġi ggarantit l-effett utli tad-Direttiva 2003/88</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-kuntest sistematiku deskritt iktar ’il fuq jippermetti li jiġi ppreċiżat aħjar il-kontenut tal-obbligi li timponi d-Direttiva 2003/88 fuq id-diversi persuni li għalihom din tapplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Qabel kollox l-Istati Membri huma marbuta, fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>jieħdu l-miżuri meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> sabiex jiżguraw li l-ħaddiem jibbenefika mid-drittijiet iggarantiti mid-Direttiva nnifisha (mistrieħ ta’ kuljum, ta’ kull ġimgħa, matul il-ġimgħa ta’ xogħol, eċċ.).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-artikoli kollha li jinsabu fil-preskrizzjonijiet minimi fil-qasam tal-limiti għall-ħinijiet tax-xogħol (l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 li huma ta’ interess għall-każ ineżami) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[l]-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli […]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għandha, fil-fehma tiegħi, sinjifikat doppju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Minn naħa, din tikkonferma l-importanza tal-mument ta’ implimentazzjoni fi ħdan il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, b’possibbiltajiet wiesgħa ta’ deroga iżda b’funzjonijiet stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-kuntest sistematiku deskritt fil-kapitolu preċedenti, tali formulazzjoni ssaħħaħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiżguraw ir-riżultat tal-protezzjoni effettiva tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiem, liema protezzjoni tidħol fost l-għanijiet fundamentali li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva 2003/88, bħalma jirriżulta espliċitament, fost l-oħrajn, mill-premessa 4 tad-Direttiva nnifisha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni lingwistika użata repetutament għaldaqstant tidher li timplika li, għalkemm l-Istati Membri huma liberi li jagħżlu l-forom u l-modi kif jimplimentaw id-Direttiva 2003/88, huma xorta waħda għandhom jadottaw miżuri li jistgħu jiżguraw it-tgawdija effettiva tad-drittijiet iggarantiti mid-Direttiva nnifisha, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun konkretament xierqa għall-kisba tar-riżultat tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema permezz tal-osservanza effettiva tal-limiti fuq il-ħinijiet tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, fir-rigward tat-traspożizzjoni ta’ direttiva fl-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru, huwa indispensabbli li d-dritt nazzjonali inkwistjoni effettivament jiggarantixxi l-applikazzjoni sħiħa tad-direttiva, li s-sitwazzjoni ġuridika li tirriżulta minn dan l-ordinament tkun preċiża u ċara biżżejjed u li d-destinatarji jkunu jistgħu jagħrfu l-portata sħiħa tad-drittijiet tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:336">EU:C:2003:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-obbligu tal-Istati Membri li jadottaw il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>miżuri meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għandu jiġi osservat, minbarra fit-traspożizzjoni fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tar-regoli dwar il-ħinijiet tax-xogħol, fl-introduzzjoni ta’ dak kollu meħtieġ għar-rispett tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 31 tal-Karta, filwaqt li jiġi eliminat kull ostakolu li, fil-fatt, jippreġudika jew jillimita t-tgawdija tad-drittijiet suġġettivi rrikonoxxuti għal dan l-għan mid-Direttiva 2003/88 li, kif osservat fil-punt 36 preċedenti, tikkostitwixxi implimentazzjoni tal-Artikolu 31 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Mill-kumplament, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Istati Membri, fi kwalunkwe każ, huma marbuta b’obbligu preċiż u inkundizzjonat dwar ir-riżultat li jridu jilħqu fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti mid-Direttiva 2003/88<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑397/01 – C‑403/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:584">EU:C:2004:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, fejn għandhom jieħdu l-miżuri xierqa ġenerali jew speċjali kollha sabiex jiżguraw it-twettiq ta’ dan l-obbligu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010626">26 ta’ Ġunju 2001</DATE>, <NAME.CASE>BECTU</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑173/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:356">EU:C:2001:356</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz‑Jarabo Colomer fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (minn</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑397/01 sa C‑403/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:245">EU:C:2003:245</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u jevitaw li jiġi ppreġudikat, anki permezz tal-ommissjonijiet mil-leġiżlatur nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schultz‑Hoff</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑350/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:37">EU:C:2008:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 31).</P></NOTE>, l-effett utli tad-direttiva nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>B’riferiment speċifiku għar-regola tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ħin tax-xogħol, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-opportunità li tippreċiża li jeħtieġ li l-effikaċja tad-drittijiet irrikonoxxuti lill-ħaddiema tiġi żgurata bis-sħiħ, liema fatt jimplika neċessarjament l-obbligu għall-Istati Membri li jiggarantixxu l-osservanza tal-preskrizzjonijiet minimi individwali stabbiliti mid-Direttiva nnifisha. Tali interpretazzjoni, fil-fatt, hija l-unika waħda konformi mal-għan tal-imsemmija direttiva li tiggarantixxi protezzjoni effikaċi tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑484/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:526">EU:C:2006:526</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Dellas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑14/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:728">EU:C:2005:728</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑243/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:609">EU:C:2010:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru għaldaqstant għandha tiggarantixxi bis-sħiħ l-effett utli tad-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema mid-Direttiva 2003/88 għall-finijiet tal-protezzjoni effettiva tas-saħħa u tas-sigurtà ta’ dawn tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Vorel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑437/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:23">EU:C:2007:23</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); f’dan ir-rigward, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża Hälvä <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑175/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:285">EU:C:2017:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Tali obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-direttiva, sabiex jiġi ggarantit l-effett utli, jikkorrispondu ma’ responsabbiltà speċifika tal-persuna li timpjega<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ir-responsabbiltà speċifika tissemma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:338">EU:C:2018:338</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), b’riferiment għad-dritt għal-leave.</P></NOTE> li, min-naħa tagħha, għandha l-obbligu li tadotta l-miżuri adegwati sabiex tippermetti lill-ħaddiema jeżerċitaw mingħajr ostakolu d-drittijiet iggarantiti lilhom mid-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kejl tal-ħin tax-xogħol u effettività tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiem</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Huwa fl-ambitu tal-kuntest ġuridiku espost sa issa li, sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk l-assenza ta’ sistema ta’ kejl tat-tul u tal-attribuzzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-ħaddiem essenzjalment iċċaħħadx id-drittijiet irrikonoxxuti mid-Direttiva 2003/88, filwaqt li tippreġudika l-effett utli tad-dispożizzjonijiet previsti fiha u l-protezzjoni tad-drittijiet li dawn id-dispożizzjonijiet jagħtu lill-ħaddiema fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li, fin-nuqqas ta’ tali sistema, ma jkun hemm ebda garanzija li l-<HT TYPE="ITALIC">limiti</HT> <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> stabbiliti mid-Direttiva 2003/88 jiġu effettivament osservati u għaldaqstant li d-drittijiet li d-Direttiva stess tagħti lill-ħaddiema jkunu jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr ostakoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-assenza ta’ sistema li tkejjel il-ħinijiet tax-xogħol ma hemmx mod kif tiġi stabbilita b’oġġettività u ċertezza l-kwantità ta’ xogħol effettivament maħduma u l-allokazzjoni ta’ ħin għaliha. Barra minn hekk, mingħajr tali sistema ma huwiex possibbli li ssir distinzjoni bejn is-sigħat maħduma ta’ xogħol normali jew ta’ sahra u, għalhekk, li jiġi vverifikat, b’mod faċli u ċert, jekk il-limiti introdotti mid-Direttiva 2003/88 humiex osservati b’mod konkret jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għall-mitigazzjoni tal-assenza ta’ garanziji ta’ protezzjoni effettiva tad-drittijiet marbuta mal-osservanza tal-ħinijiet tax-xogħol, barra minn hekk, ma jistgħux ikunu suffiċjenti s-setgħat mogħtija lill-korpi ta’ stħarriġ bħal dawk mogħtija lill-ispetturi tax-xogħol. Fil-fatt, anki l-awtorità pubblika maħtura għall-istħarriġ tal-osservanza tas-sistema ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol, fl-assenza ta’ sistema li tkejjel il-ħin, hija mċaħħda mill-possibbiltà konkreta li tispezzjona u tikkontesta nuqqas ta’ osservanza eventwali tal-obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li d-diffikultajiet ta’ spezzjoni, fl-assenza ta’ sistema affidabbli ta’ kejl tal-ħin tax-xogħol, tas-sigħat ta’ xogħol effettivament maħduma, barra minn hekk, ġew enfasizzati quddiem il-qorti tar-rinviju fiż-żewġ rapporti, iċċitati fil-punt 23 preċedenti tad-Direttorat Ġenerali tax-Xogħol tal-Ministeru għax-Xogħol u għas-Sigurtà Soċjali, awtorità li l-liġi Spanjola tiddelegalha l-funzjonijiet ta’ stħarriġ fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Minn tali rapporti jirriżulta li sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum titqies bħala l-uniku mezz li jista’ jivverifika qbiż possibbli tal-limiti massimi previsti fil-perjodu ta’ riferiment.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, barra minn hekk, ninnota li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat l-importanza tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kejl tal-ħin tax-xogħol sabiex jiġi ggarantit l-effett utli tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-limiti għall-ħin tax-xogħol. Fis-sentenza Worten (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NO.CASE>C‑342/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:355">EU:C:2013:355</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-obbligu tal-persuna li timpjega li tipprovdi lill-awtoritajiet maħtura aċċess immedjat għar-reġistru tal-ħin tax-xogħol jista’ jkun meħtieġ jekk jikkontribwixxi għal applikazzjoni iktar effikaċi tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-punt 37 tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm il-wiri immedjat tar-reġistru tal-preżenzi jista’ jkun neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-effettività tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-ħin tax-xogħol għall-protezzjoni tal-ħaddiem, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> l-assenza ta’ kwalunkwe strument ta’ kejl tal-ħin tax-xogħol iċċaħħad lill-persuni maħtura għall-istħarriġ minn element essenzjali għall-verifika tal-osservanza tar-regoli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-assenza ta’ sistema effikaċi ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol mhux talli ma tippermettix il-konstatazzjoni effettiva tax-xogħol maħdum, iżda tagħmilha wkoll ferm iktar diffiċli għall-persuna li timpjega sabiex tipproteġi quddiem il-qrati d-drittijiet li tagħtiha d-Direttiva 2003/88. Fil-fatt, fl-assenza ta’ tali sistema, f’każ li l-persuna li timpjega timponi prestazzjonijiet ta’ xogħol bi ksur tal-limiti tal-ħin tax-xogħol previsti mid-direttiva msemmija iktar ’il fuq, ikun estremament diffiċli li jitnedew rimedji effikaċi kontra tali aġir illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward ma jidhirx suffiċjenti li jiġi affermat, bħalma għamel ir-Renju ta’ Spanja matul is-seduta, li l-ħaddiem ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu quddiem il-qrati. Mingħajr sistema xierqa ta’ kejl tal-ħin tax-xogħol normali, il-ħaddiem, fil-fatt, ikollu oneru probatorju ferm ikbar fil-każ li jaġixxi f’qorti kontra l-persuna li timpjega fil-każijiet ta’ ksur tal-obbligi previsti mid-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm huwa minnu li l-ħaddiem jista’ jirrikorri għal mezzi oħra sabiex juri quddiem il-qrati n-nuqqas ta’ osservanza mill-persuna li timpjega tal-obbligi li jirriżultaw mir-regoli dwar il-ħin tax-xogħol, bħal pereżempju xhieda jew indizji oħra bħal posta elettronika jew messaġġi rċevuti jew mibgħuta, huwa daqstant minnu li n-nuqqas ta’ elementi oġġettivi dwar it-tul tal-ġurnata ta’ xogħol tal-ħaddiem iċaħħdu minn indizju probatorju inizjali essenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-effikaċja tax-xhieda quddiem il-qrati ma tiħux inkunsiderazzjoni d-dgħufija tal-ħaddiem fir-relazzjoni tax-xogħol u għalhekk ir-retiċenza possibbli li l-kollegi jixhdu kontra l-persuna li timpjega minħabba biża’ ta’ ritaljazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandha titfakkar il-ġurisprudenza msemmija fil-punti 40 sa 42 preċedenti, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat kif is-sitwazzjoni ta’ dgħufija tal-ħaddiem fi ħdan ir-relazzjoni ta’ impjieg tista’ fil-fatt tiskoraġġixxi lill-ħaddiem innifsu milli jinvoka espliċitament id-drittijiet tiegħu fil-konfront tal-persuna li timpjegah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Tali saħħa dissważiva, marbuta intrinsikament mal-pożizzjoni kuntrattwali tal-persuna li timpjega, tiżdied b’mod kunsiderevoli meta s-sistema ma jkollhiex strumenti ta’ kejl tal-ħin tax-xogħol u għalhekk trendi partikolarment diffiċli l-prova eventwali quddiem il-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-assenza ta’ mekkaniżmu ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol iddgħajjef b’mod kunsiderevoli l-effettività tad-drittijiet li d-Direttiva 2003/88 tiggarantixxi lill-ħaddiema, li jaqgħu, essenzjalment, fuq id-diskrezzjoni tal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, anki jekk tali obbligu ma huwiex previst espliċitament mid-Direttiva 2003/88, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li dan huwa strumentali u essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti minnha u għall-benefiċċju tad-drittijiet suġġettivi rrikonoxxuti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-assenza ta’ sistema ta’ kejl tal-ħin tax-xogħol iddgħajjef, ukoll, b’mod sinjifikattiv id-drittijiet ta’ informazzjoni u l-funzjoni relatata ta’ stħarriġ tar-rappreżentanti sindakali tal-ħaddiema, irrikonoxxuti espliċitament lilhom fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema, mill-Artikoli 4(1) u 11(3) tad-Direttiva 89/391, b’mod koerenti ma’ kif inhu stabbilit mill-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Tali dispożizzjoni tirrikonoxxi lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom id-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni fil-kuntest tal-impriża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fi ftit kliem, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti juru li l-obbligu li jitkejjel il-ħin tax-xogħol ta’ kuljum għandu funzjoni essenzjali insostenn tal-osservanza tal-obbligi l-oħra kollha previsti mid-Direttiva 2003/88 bħal-limiti għat-tul tal-ġurnata ta’ xogħol, il-mistrieħ ta’ kuljum, il-limiti għat-tul tal-ġimgħa ta’ xogħol, il-mistrieħ ta’ kull ġimgħa u l-iżvolġiment eventwali ta’ sahra. Tali obbligi ma humiex marbuta biss mad-dritt tal-ħaddiem u tar-rappreżentanti tiegħu li jkunu jistgħu jistħarrġu b’mod perjodiku l-kwantità ta’ xogħol maħdum għall-finijiet ta’ remunerazzjoni, iżda fuq kollox għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni mogħtija fil-punti preċedenti, fil-fehma tiegħi, ma tistax titqiegħed inkwistjoni mill-argumenti diversi mressqa insostenn tat-teżi kuntrarja mill-intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, ma nqisx bħala deċiżiv l-argument li, sabiex tiġi eskluża l-eżistenza ta’ obbligu ġenerali li jiġi introdott xi mekkaniżmu ta’ kejl tal-ħinijiet effettivi tax-xogħol maħdum, jibbaża ruħu fuq in-nuqqas ta’ dispożizzjoni espliċita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprevedi sistema ta’ kejl tal-ħinijiet tax-xogħol, fejn, pjuttost, id-dritt tal-Unjoni jipprevedi l-obbligu ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol f’każijiet speċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Bħal, pereżempju, fil-każ tal-ħaddiema part‑time jew tal-ħaddiema mobbli. F’dan ir-rigward ara l-Artikolu 9(b) tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20020311">11 ta’ Marzu 2002</DATE> dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 224), l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal‑<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 363, Rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="338" PAGE.FIRST="62" DATE.PUB="2010">ĠU 2010 L 338, p. 62</REF.DOC.OJ>), u l-klawżola 12 tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE tad‑<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE> li timplimenta l-Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="367" PAGE.FIRST="86" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 367, p. 86</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Tali argument, marbut mal-argument magħruf tal-interpretazzjoni ġuridika espress fid-<HT TYPE="ITALIC">dictum ubi lex voluit dixit, ubi noluit tacuit</HT>, madankollu huwa kontradett mir-riżultati tal-interpretazzjoni sistematika u teleoloġika tad-Direttiva 2003/88 mogħtija fil-punti preċedenti li wrew in-neċessità tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kejl tal-ħinijiet effettivi tax-xogħol maħdum sabiex jiġi żgurat l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-limitazzjoni massima tal-ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ obbligu espliċitu ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol għal ċerti każijiet speċjali bl-ebda mod ma tmur kontra l-interpretazzjoni proposta minni. Ċerti kategoriji ta’ ħaddiema u l-ħaddiema ta’ ċerti setturi speċifiċi, fil-fatt, jeħtieġu protezzjoni speċifika, minħabba l-karatteristiċi intrinsiċi tal-prestazzjoni bħal pereżempju l-ħaddiema part‑time jew il-ħaddiema mobbli, u għalihom id-dritt tal-Unjoni jipprevedi sistemi ta’ stħarriġ partikolarment rigorużi u kompleti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għall-ħaddiema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>normali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li ma jidħlux f’tali kategoriji speċifiċi, id-Direttiva 2003/88 tippreżumi, pjuttost, l-eżistenza ta’ mezz ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol li jista’ jkun sempliċi reġistru fiżiku, elettroniku jew strument differenti, sakemm ikun xieraq għall-iskop ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tad-dannu allegat għad-drittijiet fundamentali relatati mat-trattament tad-data personali permezz tal-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ kejl tal-ħin tax-xogħol, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità li tippreċiża li, minkejja li l-kontenut ta’ reġistru tal-ħin tax-xogħol jista’ jidħol fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, dan tal-aħħar ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi t-tqegħid tal-imsemmi reġistru tal-ħin tax-xogħol għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol sabiex tippermetti l-konsultazzjoni immedjata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Worten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑342/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:355">EU:C:2013:355</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Naturalment il-persuna li timpjega jkollha tagħmel użu leġittimu mid-data disponibbli fir-reġistru, filwaqt li tippermetti l-aċċess biss lil persuni li jkollhom interess ikkwalifikat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument li d-dritt Spanjol ittraspona l-provvedimenti tad-Direttiva 2003/88 b’mod saħansitra iktar favorevoli għall-ħaddiem (fejn naqqas, pereżempju, in-numru massimu ta’ sigħat fil-ġimgħa), dan joħloq konfużjoni fir-rigward tas-sinjifikat differenti mogħti mill-obbligi sostanzjali (il-preskrizzjonijiet minimi tad-Direttiva) u minn dawk li huma pjuttost strumentali (sistemi ta’ stħarriġ tal-osservanza effettiva ta’ dawk tal-ewwel).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami ma hijiex inkwistjoni l-implimentazzjoni korretta tal-obbligi li jaqgħu espliċitament fuq l-Istati Membri mid-Direttiva 2003/88 (tul minimu tal-mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, tul massimu tal-ġimgħa ta’ xogħol, eċċ.), iżda l-fatt li għall-finijiet tal-osservanza korretta ta’ dawk l-obbligi jkunx neċessarju jew le li jiġi previst ukoll strument ta’ stħarriġ xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, lanqas ma jidhirli possibbli li jsir riferiment, sabiex tiġi kkontestata t-teżi favur l-eżistenza ta’ obbligu legali li tiġi prevista sistema ta’ kejl tal-ħinijiet tax-xogħol, għall-protezzjoni li s-sistema legali tal-Unjoni tagħti lil-libertà ta’ intrapriża, li tinkludi d-dritt għall-għażla tal-mudelli organizzattivi meqjusa iktar xierqa għall-iżvolġiment tal-attività speċifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward jeħtieġ li jitfakkar li r-raba’ premessa tad-Direttiva 2003/88 tafferma b’mod ċar li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[t]-titjib tas-sigurtà, l-iġene u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol huwa għan li m’għandux ikun subordinat sempliċement għal raġunijiet ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-seduta r-rappreżentanti tal-konvenut fil-kawża prinċipali ma indikawx liema huma l-ostakoli effettivi prattiċi għall-adozzjoni ta’ sistema li tgħodd il-ħin tax-xogħol fi ħdan l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Madankollu għalkemm, bħalma ser jintqal fil-kapitolu li jmiss, l-Istati Membri jibbenefikaw minn marġni ta’ diskrezzjoni sinjifikattivi fl-adozzjoni tar-regoli nazzjonali dwar il-ħin tax-xogħol, għandha tidħol fil-marġni diskrezzjonali tagħhom ukoll il-provvista ta’ sistemi differenti minħabba l-kumplessità organizzattiva u l-karatteristiċi ta’ kull impriża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">E.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Awtonomija tal-Istati Membri fid-determinazzjoni tas-sistema ta’ kejl</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Għalkemm mill-interpretazzjoni proposta minni fil-punti preċedenti tirriżulta l-eżistenza ta’ obbligu li tiġi introdotta sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol, minħabba l-iskop ta’ armonizzazzjoni minima tad-Direttiva 2003/88 u konformement ma’ dak li ġie affermat fil-punt 49 preċedenti, inqis madankollu li d-determinazzjoni tal-forom u tal-modi ta’ implimentazzjoni ta’ tali obbligu, kif ukoll id-definizzjoni tal-modalitajiet konkreti li jippermettu stħarriġ faċli tal-osservanza tar-regoli dwar il-limiti tal-ħinijiet tax-xogħol għandhom jaqagħu taħt il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); b’riferiment għad-dritt għal-leave; fl-aħħar nett, ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:338">EU:C:2018:338</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iżda preċedentement, b’riferiment għad-dmir tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju u ta’ implimentazzjoni tad-dritt, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schultz-Hoff</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:38">EU:C:2008:38</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li t-teknoloġija attwali tippermetti l-iktar sistemi varji ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Fl-osservazzjonijiet tagħha magħmula quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni enfasizzat dan l-aspett.</P></NOTE> (reġistri fiżiċi, applikazzjonijiet informatiċi, badges elettroniċi), sistemi li jistgħu jkunu differenti wkoll skont il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet tal-impriżi individwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Minkejja li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni sinjifikattiv fl-għażla tal-forom u tal-modi ta’ implimentazzjoni tal-obbligu li jintroduċu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol, mir-raġunament magħmul fil-punti preċedenti, u b’mod partikolari mill-obbligu tal-Istati Membri enfasizzat fil-punti 45 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. preċedenti li jiggarantixxu l-effett utli tad-Direttiva 2003/88 u l-effettività tad-drittijiet irrikonoxxuti minnha lill-ħaddiema, jirriżulta li tali sistema ta’ reġistrazzjoni għandha tkun xierqa sabiex jintlaħqu tali għanijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>F’dan ir-rigward, fuq il-bażi tal-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja fil-fajl u tal-affermazzjonijiet fis-seduta, jidher, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, li s-sistema adottata mill-konvenut fil-kawża prinċipali, imsemmija fil-punt 19 preċedenti, ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ idoneità deskritti iktar ’il fuq. Fi kwalunkwe każ, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tiddetermina jekk dan huwiex il-każ jew le.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">F.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tqisx li jissussisti l-obbligu għall-impriżi li jintroduċu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum maħdum mill-ħaddiema kollha. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiġi interpretata konformement mal-artikoli ċċitati tad-Direttiva 2003/88 u mal-Artikolu 31(2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qrati nazzjonali, meta japplikaw id-dritt intern, huma marbuta li jinterpretawh, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tat-test u tal-iskop tad-direttiva inkwistjoni b’tali mod li jintlaħaq ir-riżultat previst minnha u, b’hekk, jikkonformaw ruħhom mal-Artikolu 288 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Dominguez</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑282/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:33">EU:C:2012:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-każ ineżami fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li l-imsemmi obbligu ta’ interpretazzjoni konformi jinkludi l-obbligu għall-qrati nazzjonali li jbiddlu, jekk ikun il-każ, ġurisprudenza stabbilita jekk din tkun ibbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali inkompatibbli mal-għanijiet ta’ direttiva. Konsegwentement, qorti nazzjonali ma tistax validament tqis li hija tinsab fl-impossibbiltà li tinterpreta dispożizzjoni nazzjonali konformement mad-dritt tal-Unjoni, sempliċement minħabba l-fatt li din id-dispożizzjoni ġiet interpretata b’mod kostanti f’sens li ma huwiex kompatibbli ma’ dan id-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Dominguez</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑282/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:33">EU:C:2012:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika jekk, bl-użu tal-istrumenti ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti fid-dritt Spanjol, ikunx possibbli li l-Istatut tal-Ħaddiema jiġi interpretat b’tali mod li jitqies li dan jipprevedi l-obbligu għall-impriża li tintroduċi sistema ta’ kejl tal-preżenzi ta’ kuljum tal-ħaddiema full‑time.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fejn l-interpretazzjoni konformi ma tkunx possibbli, peress li ma jkunx permess li d-Direttiva 2003/88 tiġi applikata direttament fir-relazzjonijiet orizzontali bejn persuni privati, għandu jiġi vverifikat jekk sabiex jiġi impost l-obbligu fuq l-impriża li żżomm sistema ta’ kejl tal-preżenzi ta’ kuljum jistax jiġi applikat l-Artikolu 31(2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà tat deċiżjoni fejn irrikonoxxiet l-effett dirett fir-relazzjonijiet orizzontali bejn persuni privati tal-Artikolu 31(2) tal-Karta fir-rigward tad-dritt għal-leave<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti minn 49 sa 51 u minn 69 sa 79).</P></NOTE>. Peress li l-istruttura tad-dritt għal limitazzjoni tat-tul massimu tax-xogħol u għal perijodi ta’ mistrieħ (ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa) hija l-istess bħal tad-dritt għal-leave u peress li dawn huma drittijiet marbuta b’mod strett, u t-tnejn li huma għandhom l-għan li jipproteġu l-kundizzjonijiet tax-xogħol salutari, siguri u dinjitużi,<?PAGE NO="16"?> u li huma previsti mill-imsemmija dispożizzjoni tal-Karta, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effett dirett fir-relazzjonijiet orizzontali tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tista’, fil-fehma tiegħi, tapplika wkoll fir-rigward tad-drittijiet għal limitazzjoni tat-tul massimu tax-xogħol u għal perijodi ta’ mistrieħ tal-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Għalhekk, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu invokati direttament fil-konfront tal-persuna li timpjega, bil-kundizzjoni li din tkun sitwazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-Artikolu 51(1) tal-Karta.</P></NOTE>, ċirkustanza li tapplika fil-każ ineżami peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikkostitwixxi implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/88, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, inqis li l-kontenut tad-drittijiet għal limitazzjoni tat-tul massimu tax-xogħol u għal perjodi ta’ mistrieħ tal-ħaddiem iggarantiti mill-Artikolu 31(2) tal-Karta u tal-obbligi korrispondenti tal-persuna li timpjega huwa estiż sabiex jinkludi wkoll l-adozzjoni ta’ sistema ta’ kejl tal-ħinijiet tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Insostenn ta’ tali interpretazzjoni estensiva tad-drittijiet għal limitazzjoni tat-tul massimu tax-xogħol u għall-mistrieħ jista’ jiġi osservat, preliminarjament, li bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>dritt soċjali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> huwa fin-natura ta’ dan it-tip ta’ drittijiet li d-detentur jitlob azzjonijiet pożittivi min-naħa tal-Istat jew minn persuni oħra obbligati. Dan it-tip ta’ drittijiet jista’ jiġi ggarantit biss permezz tal-azzjonijiet pożittivi min-naħa tal-persuna obbligata, fejn l-assenza jew l-insuffiċjenza tagħhom iċċaħħad lid-dritt mill-effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet preċedenti magħmula fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/88, li enfasizzaw kif l-effettività tad-dritt għal limitazzjoni tat-tul massimu tax-xogħol u għal perjodi ta’ mistrieħ tiddependi mill-possibbiltà li jkun jeżisti metodu ċert u oġġettiv li jippermetti li jiġu vverifikati s-sigħat ta’ xogħol realment maħduma, jiffavorixxu barra minn hekk interpretazzjoni tal-Artikolu 31(2) tal-Karta li minnha tiġi dedotta l-eżistenza ta’ obbligu għall-impriża li tadotta mekkaniżmu simili ta’ stħarriġ, fejn madankollu din tibqa’ libera li tagħżel it-tekniki li tqis l-iktar xierqa fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi proprji marbuta mal-organizzazzjoni tal-impriża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi kif ġej għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali, Spanja):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 3, 5, 6, 16 u 22 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu l-obbligu fuq l-impriżi sabiex jistabbilixxu sistema ta’ kejl tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum mill-ħaddiema full‑time li ma jkunux aċċettaw espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sahra u li ma jkunux ikklassifikati bħala ħaddiema mobbli, bħala parti mill-flotta merkantili jew bħala ħaddiema ferrovjarji u jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, li minnha ma tistax tiġi dedotta l-eżistenza ta’ tali obbligu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Istati Membri huma liberi li jipprevedu l-forma ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum l-iktar xierqa sabiex jinkiseb l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ċċitati iktar ’il fuq.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="17"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, madankollu, għandha tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt intern kollu u billi tapplika l-metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti minnha, jekk tistax tasal għal interpretazzjoni ta’ tali dritt li tkun ta’ natura li tiggarantixxi l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni. F’każ li jkun impossibbli li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik diskussa fil-kawża prinċipali tiġi interpretata b’mod li jiggarantixxi l-konformità mad-Direttiva 2003/88 u mal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, minn din l-aħħar dispożizzjoni jirriżulta li l-qorti tar-rinviju għandha tiskarta l-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali u tiżgura li jiġi osservat l-obbligu fuq l-impriża sabiex tadotta sistema xierqa ta’ kejl tal-ħin effettiv tax-xogħol.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>