15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/85


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi

2014/C 114/14

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li ssaħħaħ u tifformalizza l-kooperazzjoni bejn is-Servizzi Pubbliċi Ewropej tal-Impjieg li, billi tittejjeb il-prestazzjoni tal-PES, għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv stabbilit fl-Artikolu 3 tat-Trattat ta' Lisbona li jiġi promoss livell massimu ta' impjieg; li jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ kif ukoll għall-ksib tal-miri tal-impjieg tal-Ewropa 2020;

2.

jisħaq dwar il-fatt li l-Artikolu 29 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiddikjara li “kull persuna għandha d-dritt ta' aċċess għal servizz ta' impjieg mingħajr ħlas” u għalhekk huwa sorpriż dwar in-nuqqas ta' referenza għal din id-dispożizzjoni fil-proposta għal Deċiżjoni ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea;

3.

ifakkar li s-servizzi pubbliċi tal-impjieg huma servizz ta' interess ekonomiku ġenerali u għaldaqstant jaqgħu taħt l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

4.

jenfasizza d-diversità fost il-PES madwar l-Istati Membri tal-UE f'termini ta' strutturi, il-mudelli ta' kunsinna, l-attivitajiet u l-fatt li joperaw f'kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol varjati u għandhom livelli differenti ta' riżorsi;

5.

jappoġġja l-impenn li ħadu l-parteċipanti fil-konferenza dwar l-impjieg fost iż-żgħażagħ li saret nhar it-3 ta' Lulju f'Berlin, b'mod partikolari l-wegħda li saret mir-rappreżentanti Ewropej tal-PES li jaqdu rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-impjieg fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa sabiex tiżdied l-effiċjenza u tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-partijiet interessati l-oħra;

Il-ħidma tan-netwerk tal-PES sal-lum il-ġurnata

6.

jinnota li n-netwerk konsultattiv infomali tal-PES Ewropej ilu jeżisti mill-1997 bi gruppi ta' ħidma fuq suġġetti bħal Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda jew l-effiċjenza tal-PES; programm ta' tagħlim reċiproku u d-djalogi PES-PES;

7.

jiddikjara li kkontribwixxa b'mod sinifikanti għall-ħidma politika fil-livell tal-UE billi ta kontribut speċjalizzat fuq kwistjonijiet bħall-flessigurtà, ir-rwol tal-PES biex “nagħmlu t-tranżizzjonijiet vijabbli” u l-garanzija għaż-żgħażagħ;

8.

josserva li dan in-netwerk kien forum utli ħafna, u kosteffettiv għall-iskambju tal-aqwa prattiki bejn il-PES u sors konsiderevoli ta' tagħlim reċiproku u innovazzjoni fir-rigward ta' firxa wiesgħa ta' oqsma bħas-servizzi diġitali u t-tfassil ta' profili tal-konsumaturi;

9.

jirrikonoxxi li t-tagħlim min-netwerk tejjeb il-provvediment u s-servizzi fil-prattika f'xi Stati Membri;

Il-bżonn għal netwerk imtejjeb b'bażi legali

10.

jenfasizza li din il-proposta leġislattiva tista' twaqqaf netwerk ta' PES bil-għan li testendi, issaħħaħ u tikkonsolida inizjattivi kontinwi sabiex ikomplu jittejbu l-effikaċja tal-PES u t-tħaddim tas-suq tax-xogħol;

11.

jisħaq li l-proposta għal Deċiżjoni ppreżentata mill-Kummissjoni ma toħroġx mill-qafas tal-kompetenzi ta' koordinazzjoni u ta' appoġġ kif definiti fl-Artikolu 149 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

12.

jemmen li l-proposta tagħti lin-netwerk aktar viżibbiltà, leġittimità u mandat politiku aktar ċar iżda jsostni li r-rwol tiegħu għandu jibqa' konsultattiv;

13.

iqis li din il-leġislazzjoni tista' tagħti lill-PES sens ta' sjieda aktar b'saħħtu tan-netwerk u tkompli ssaħħaħ is-setgħa tagħhom li jaġixxu flimkien fejn ikun adatt;

14.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li mhux il-PES kollha ġew involuti fin-netwerk bl-istess mod, u dan għad-detriment tal-kwalità tar-riżultati tan-netwerk u jdgħajjef ir-rispons tal-politika min-netwerk;

15.

isostni li l-formalizzazzjoni tan-netwerk ser tiżgura li l-Istati Membri kollha jiġu involuti u jintalbu b'mod sistematiku jagħtu xhieda ta' kif implimentaw il-bidliet b'konformità mad-deċiżjonijiet ta' politika tal-UE, u b'hekk jgħinu biex jiġu identifikati l-prestazzjoni ħażina u l-problemi strutturali relatati magħhom;

16.

jenfasizza li PES effettivi huma kruċjali fl-implimentazzjoni tal-iskema tal-garanzija għaż-żgħażagħ u li huwa essenzjali li l-PES kollha jkollhom għarfien fil-fond tal-istruttura tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-punti b'saħħithom u dawk dgħajfa taż-żgħażagħ, l-opportunitajiet ta' impjieg kif ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi ta' impjieg;

17.

jafferma li l-mandat tan-netwerk għandu jiġi definit b'mod ċar ħafna sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm duplikazzjoni bejn il-ħidma tiegħu u dik pereżempju tal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u s-sottogruppi tiegħu, flimkien ma' gruppi oħra bħan-Netwerk Ewropew għall-politika dwar l-Iggwidar Tul il-Ħajja u l-EURES; iżda fl-istess ħin iqis li n-netwerk imsaħħaħ għandu jistinka biex jikseb sinerġiji ma' dawn il-gruppi, fejn ikun xieraq;

18.

jenfasizza li r-riżultati tan-netwerk imsaħħaħ għandhom jinfurmaw il-ħidma fuq il-politika tal-impjiegi fil-livell tal-UE, b'mod partikolari dik tal-EMCO u tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO);

19.

jirrikonoxxi li l-kumplessità dejjem akbar tas-swieq tax-xogħol tirrikjedi aktar kooperazzjoni u sħubija fil-ħidma mal-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra pubbliċi, privati u bla skop ta' qligħ, li għandhom jiġu riflessi fin-netwerk imsaħħaħ;

Il-valutazzjoni komparattiva u t-tagħlim komparattiv

20.

jaqbel li hemm lok għal aktar valutazzjoni komparattiva li hija prerekwiżit għat-tagħlim komparattiv iżda jħoss li dan għandu jsir b'mod sensittiv u billi jitqiesu bis-sħiħ id-differenzi nazzjonali/reġjonali;

21.

jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni, konformi mal-Artikolu 8, se tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati għat-twassil ta' inizjattivi ta' benchmarking u ta' tagħlim reċiproku. F'dan ir-rigward, il-Kumitat tar-Reġjuni jirrimarka li m'għandhom jiġu imposti l-ebda piżijiet amministrattivi sinifikattivi fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta' att delegat;

22.

iqis li l-għan m'għandu qatt ikun li tinħoloq “klassifika” jew miri stabbiliti, iżda li jiġi ffaċilitat it-tagħlim abbażi ta' metodoloġija kondiviża; l-awtoritajiet nazzjonali u/jew reġjonali u lokali huma l-uniċi entitajiet responsabbli għall-valutazzjoni tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) tagħhom abbażi ta' sensiela ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi b'konformità mal-Artikolu 14 tat-TFUE;

23.

jisħaq li l-enfasi tal-ħidma fuq il-valutazzjoni komparattivi u t-tagħlim komparattiv għandha tkun kwalitattiva u mhux kwantitattiva;

24.

jitlob li r-riżultati tan-netwerk ikunu bbażati fuq riċerka indipendenti li tagħmel użu mill-aqwa evidenza disponibbli;

25.

jipproponi li l-leġislazzjoni l-ġdida tipprovdi l-opportunità li tiġi żviluppata aktar il-preżenza onlajn tan-netwerk sabiex ikun hemm aktar komunikazzjoni dwar il-ħidma tieħdu u jiġu involuti l-partijiet interessati;

26.

jafferma li riżultat wieħed tan-netwerk imsaħħaħ ser ikun il-kapaċità akbar li ssir ħidma b'mod aktar olisitiku li tkopri l-kompetenzi ewlenin tal-PES u oqsma relatati mill-qrib bħall-apprendistati, il-ħolqien ta' negozji u l-edukazzjoni intraprenditorjali. Għandhom jiġu enfasizzati l-importanza u l-effikaċja tal-fondi tal-UE f'dawn l-oqsma;

Id-dimensjoni lokali u reġjonali

27.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali f'xi Stati Membri huma responsabbli għall-PES bi strutturi deċentralizzati u t-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li f'ħafna Stai Membri oħra, huma responsabbli għall-attivitajiet bħall-iskemi tal-apprendistati, it-tlaqqigħ u l-anteċipazzjoni tal-ħiliet, it-taħriġ, is-sussidji għall-impjiegi – li huma relatati mill-qrib ħafna mal-ħidma prinċipali tal-PES jew f'xi Stati Membri jagħmlu parti mill-mandat tal-PES;

28.

jafferma li l-prattika tajba u l-aqwa prattika sikwit iseħħu fil-livell lokali u reġjonali. Għalhekk huwa assolutament importanti li n-netwerk jirrikonoxxi l-importanza tal-ħidma li ssir f'dan il-livell. In-netwerk għandu jqis l-aħjar prattiki u jxerridhom;

29.

josserva li sikwit il-livell lokali u reġjonali huwa l-eqreb ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol u ta' ħafna mill-impjegaturi u li s-suq tax-xogħol huwa b'mod predominanti suq lokali;

30.

jitlob lir-rappreżentant tal-Istati Membri biex jagħmel l-almu tiegħu biex jiżgura li l-fehmiet u l-esperjenzi tal-PES lokali u reġjonali jikkontribwixxu għall-attivitajiet tagħhom u biex il-PES lokali u reġjonali jibqgħu infurmati bis-sħiħ dwar il-ħidma tagħhom. Jenfasizza li r-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom il-kompitu li jinkorporaw fil-ħidma tan-netwerk il-fehmiet u l-esperjenzi tal-atturi lokali u reġjonali u jipprovdu struttura adattata għad-djalogu mal-PES lokali u reġjonali;

31.

jitlob li n-netwerk jinkludi rappreżentant maħtur mill-KtR bħala osservatur sabiex jiġi żgurat li l-fehmiet, l-esperjenzi u l-prattiki mil-livell lokali u reġjonali jiġu riflessi fin-netwerk.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Preambolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 149 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu i 149 u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u b'mod partikolari l-Artikoli 29 u 36 tagħha,

Raġuni

Skont il-punti 2 u 3.

Emenda 2

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-Netwerk tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi għandu jirrinforza l-kooperazzjoni bejn il-membri tiegħu, jiżviluppa inizjattivi konġunti li jkollhom l-għan li jagħmlu skambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki fl-oqsma kollha koperti mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, jagħmel analiżi komparattiva u jagħti pariri kif ukoll jippromwovi approċċi innovattivi fit-twassil tas-servizzi tal-impjiegi. Permezz tat-twaqqif ta' dan in-netwerk se jkun jista' jsir paragun ibbażat fuq l-evidenza u orjentat lejn il-prestazzjoni tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi kollha li jwassal għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki. B’dawn ir-riżultati, il-membri tan-netwerk għandhom ikunu jistgħu jiffurmaw it-tfassil u t-twassil tas-servizzi tal-impjiegi fi ħdan ir-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom. L-inizjattivi mwettqa min-Netwerk għandhom itejbu l-effettività tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi u jippermettu nfiq pubbliku li jkun aktar effiċjenti.

In-Netwerk tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi għandu jirrinforza l-kooperazzjoni bejn il-membri tiegħu, jiżviluppa inizjattivi konġunti li jkollhom l-għan li jagħmlu skambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki fl-oqsma kollha koperti mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, jagħmel analiżi komparattiva u jagħti pariri kif ukoll jippromwovi approċċi innovattivi fit-twassil tas-servizzi tal-impjiegi.

Permezz tat-twaqqif ta' dan in-netwerk se jkun jista' jsir paragun ibbażat fuq l-evidenza u orjentat lejn il-prestazzjoni tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi kollha li jwassal għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki. B’dawn ir-riżultati, il-membri tan-netwerk għandhom ikunu jistgħu jiffurmaw it-tfassil u t-twassil tas-servizzi tal-impjiegi fi ħdan ir-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom. L-inizjattivi mwettqa min-Netwerk għandhom itejbu l-effettività tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi u jippermettu jiżguraw infiq pubbliku li jkun aktar effiċjenti.

Raġuni

It-test propost mill-Kummissjoni fil-premessa 8 fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa żejjed peress li huwa repetizzjoni tal-premessa 4. Madankollu, l-ewwel u l-aħħar sentenzi jissintesizzaw x'għandu jkun l-għan tan-netwerk u kif ser jaħdem.

Emenda 3

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Netwerk tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) madwar l-UE kollha – minn hawn 'il quddiem “in-Netwerk” – huwa stabbilit għall-perjodu li jestendi mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

In-Netwerk se jwettaq l-inizjattivi kif definit fl-Artikolu 3.

In-Netwerk jinkludi:

(a)

is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi kif nominati mill-Istati Membri, u

(b)

mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri b’Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi li huma reġjonali u awtonomi għandhom jiżguraw rappreżentanza adegwata fl-inizjattivi speċifiċi tan-Netwerk.

Netwerk tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) madwar l-UE kollha – minn hawn 'il quddiem “in-Netwerk” – huwa stabbilit għall-perjodu li jestendi mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

In-Netwerk se jwettaq l-inizjattivi kif definit fl-Artikolu 3.

In-Netwerk jinkludi:

(a)

is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi kif nominati mill-Istati Membri, u

(b)

mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri b’Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi li huma reġjonali u awtonomi u devoluti jew lokaligħandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw rappreżentanza adegwata ta' dawk is-servizzi fl-inizjattivi speċifiċi tan-Netwerk.

Raġuni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tiżgura li fejn hemm PES parzjalment jew kompletament deċentralizzata, in-netwerk ikollu obbligu legali li jiżgura li dawn is-servizzi jiġu riflessi b'mod adatt fl-inizjattivi speċifiċi tan-netwerk.

Emenda 4

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

CoR amendment

Objettivi

Permezz ta’ dan in-Netwerk, il-miżura ta' inċentiva prevista hawnhekk għandha tikkontribwixxi:

Objettivi

Permezz ta’ dan in-Netwerk, il-miżura ta' inċentiva prevista hawnhekk għandha tikkontribwixxi:

(a)

għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għall-impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, u l-miri ewlenin tagħha speċjalment dawk li għandhom x’jaqsmu mal-impjiegi;

(b)

għall-funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol fl-UE;

(c)

għall-integrazzjoni aħjar tas-swieq tax-xogħol;

(d)

għal aktar mobilità ġeografika u okkupazzjonali;

(e)

għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol.

(a)

għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għall-impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, u l-miri ewlenin tagħha speċjalment dawk li għandhom x’jaqsmu mal-impjiegi;

(b)

għall-promozzjoni ta' impjiegi ta' kwalità u sostenibbli;

(b c)

għall-funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol fl-UE;

(c d)

għall-integrazzjoni aħjar tas-swieq tax-xogħol;

(d e)

għal aktar mobilità ġeografika u okkupazzjonali mingħajr kompetizzjoni mhux ġusta bejn il-ħaddiema, f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni;

(e f)

għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol.

Reason

Self-explanatory.

Emenda 5

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kooperazzjoni

1.   In-Netwerk għandu jikkoopera mal-partijiet interessati tas-suq tax-xogħol inklużi fornituri oħra tas-servizzi tal-impjieg billi jinvolvihom f'attivitajiet rilevanti u f'laqgħat tan-Netwerk u billi jagħmel skambju magħhom tal-informazzjoni u tad-dejta.

Kooperazzjoni

1.   In-Netwerk għandu jikkoopera mal-partijiet interessati tas-suq tax-xogħol inklużi fornituri oħra tas-servizzi tal-impjieg billi jinvolvihom f'attivitajiet rilevanti u f'laqgħat tan-Netwerk u billi jagħmel skambju magħhom tal-informazzjoni u tad-dejta.

 

2.   In-netwerk ser jagħti status ta' osservatur lil rappreżentant maħtur mill-Kumitat tar-Reġjuni.

Raġuni

Bħal fil-każ tal-emenda preċedenti, din iż-żieda hija importanti peress li tirrifletti l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali f'ħafna Stati Membri huma kompletament responsabbli għall-PES jew jorganizzaw attivitajiet bħal taħriġ. l-għoti ta' pariri, konsulenza, sussidji għall-impjieg, anteċipazzjoni tal-ħiliet, eċċ. li huma relatati mill-qrib ħafna mal-ħidma tal-PES (jew fi ħdan il-mandat tal-PES f'xi Stati Membri).

Emenda 6

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 dwar qafas ġenerali għat-twassil tal-attivitajiet tal-valutazzjoni komparattiva u tat-tagħlim reċiproku kif definit fl-Artikolu 3.1 inklużi l-metodoloġija, l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi bażiċi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-istrumenti tat-tagħlim tal-programm integrat tat-tagħlim reċiproku u t-termini għall-parteċipazzjoni f'dawn l-inizjattivi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 dwar qafas ġenerali għat-twassil tal-attivitajiet tal-valutazzjoni komparattiva u tat-tagħlim reċiproku kif definit fl-Artikolu 3.1 inklużi l-metodoloġija, l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi bażiċi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni funzjonament tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-istrumenti tat-tagħlim tal-programm integrat tat-tagħlim reċiproku u t-termini għall-parteċipazzjoni f'dawn l-inizjattivi.

Raġuni

Korrezzjoni tat-terminoloġija għall-konsistenza mal-punt 21.

Brussell, 28 ta' Novembru 2013

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO