|
27.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/79 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1001
tal-21 ta’ Ġunju 2022
li taħtar membru, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Netherlandiż,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/2294 (2), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Henk STAGHOUWER, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sur Johan HAMSTER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament akkontabbli quddiem assemblea eletta, Lid van de Gedeputeerde Staten van de provincie Groningen (“Gedeputeerde” ) (Membru tal-Eżekuttiv Provinċjali tal-Provinċja ta’ Groningen (Ministru Reġjonali)), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sal-15 ta’ Marzu 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Johan HAMSTER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament akkontabbli quddiem assemblea eletta, Lid van de Gedeputeerde Staten van de provincie Groningen (“Gedeputeerde” ) (Membru tal-Eżekuttiv Provinċjali tal-Provinċja ta’ Groningen (Ministru Reġjonali)), huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sal-15 ta’ Marzu 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2294 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 517).