|
21.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 457/1 |
REGOLAMENT (UE) 2021/2269 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1091 fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi li l-Istati Membri jridu jiġbru u jipprovdu data strutturali ċentrali u data tal-moduli relatati mal-azjendi agrikoli (“data ċentrali u “data tal-moduli”, rispettivament) għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026. |
|
(2) |
Biex jitwettqu l-istħarriġiet tal-istrutturi tal-azjendi agrikoli u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-Unjoni, hemm bżonn finanzjament konsiderevoli min-naħa tal-Istati Membri u tal-Unjoni. |
|
(3) |
L-Istati Membri jridu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ 75 % mingħand l-Unjoni għall-kostijiet tal-ġabriet tad-data ċentrali u tad-data tal-moduli għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026, soġġetta għall-ammonti massimi speċifikati fir-Regolament (UE) 2018/1091. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1091 jistabbilixxi l-pakkett finanzjarju għaż-żmien kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) rilevanti u jinkludi dispożizzjoni biex jiġi stabbilit l-ammont li jrid jingħata għal aktar ġbir tad-data skont il-QFP sussegwenti li jkopri l-istħarriġiet dwar l-istrutturi tal-azjendi agrikoli għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026. |
|
(5) |
Dak il-QFP sussegwenti għas-snin 2021 sa 2027 ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3). |
|
(6) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1091, l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont il-QFP għas-snin 2021 sa 2027 jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, bi proposta tal-Kummissjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093. |
|
(7) |
L-ammont propost għas-snin 2021 sa 2027 jenħtieġ jiffinanzja l-istħarriġiet tal-istruttura tal-azjendi agrikoli mwettqa fl-2023 u fl-2026 biss, inkluż il-kostijiet relatati mal-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-bażijiet tad-data użati mill-Kummissjoni biex tipproċessa d-data pprovduta mill-Istati Membri. |
|
(8) |
Barra minn hekk, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa xieraq li r-referenza għalih fir-Regolament (UE) 2018/1091 tiġi mħassra. |
|
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/1091 jenħtieġ jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie kkonsultat, |
|
(11) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jirċievu finanzjament mill-Unjoni b’mod f’waqtu sabiex l-istituti nazzjonali tal-istatistika tagħhom jkunu jistgħu jħejju l-ġbir tad-data għas-sena ta’ referenza 2023, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2018/1091 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-pakkett finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm tal-ġabriet tad-data għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026, inkluż l-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-ġestjoni, iż-żamma u l-iżvilupp tas-sistemi tal-bażi tad-data użati fi ħdan il-Kummissjoni biex tkun ipproċessata d-data pprovduta mill-Istati Membri permezz ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun EUR 40 000 000 għall-perjodu kopert bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (*2). (*2) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).”." |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. LOGAR
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2021.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).