European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2311

12.11.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2311

tas-7 ta’ Novembru 2025

li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għal ċerti bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/219 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2025.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew li huma rreġistrati fiha eżawrew il-kwota allokata għall-2025.

(3)

Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lil Franza għall-istokk tal-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 għall-2025 tal-GFCM imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tfittxija għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, iż-żamma fil-gaġeġ, it-tismin u l-ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet li jsiru qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċi minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art, u jinqatgħu minn kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Costas KADIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/219 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jistabbilixxi għall-2025 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2025/219, 4.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/219/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).


ANNESS

Nru

14/TQ219

Stat Membru

Franza

Stokk

HKE/GF8-11

Speċi

Merluzz (Merluccius merluccius)

Żona

Is-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM

Data tal-għeluq

It-22 ta’ Ottubru 2025


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2311/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)