Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Frar 2008 – Tokai Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑262/07 P)

“Appell – Regolament (KE) Nru 384/2004 – Klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda – Persuna mhux individwalment ikkonċernata – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

1.                     Proċedura – Obbligu għall-Qorti tal-Prim’Istanza li tibda l-proċedura orali qabel ma tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 111 sa 114) (ara l-punti 24-28)

2.                     Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE (1), Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 119) (ara l-punti 30-32)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2007 fil-kawża T-183/04, Tokai Europe vs Il-Kummissjoni (T-183/04), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2004, ta’ l-1 ta’ Marzu 2004, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 64, p. 21) – Kundizzjoni li persuna tkun individwalment ikkonċernata mir-regolament ikkontestat – Dritt għal smigħ xieraq.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Tokai Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.