<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-195/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021TJ0195</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:925">EU:T:2021:925</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211221">21.12.2021</DATE> – Kawża T‑195/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Klymenko vs Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas‑sitwazzjoni fl-Ukraina</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tal‑isem tar‑rikorrent fuq il-lista</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d‑deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad‑dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑195/21,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Oleksandr Viktorovych Klymenko</HT>, residenti f’Moska (ir-Russja), irrappreżentat minn M. Phelippeau, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn S. Lejeune u A. Vitro, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall‑annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal‑<DATE ISO="20210304">4 ta’ Marzu 2021</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, L 77, p. 29</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal‑<DATE ISO="20210304">4 ta’ Marzu 2021</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, L 77, p. 2</REF.DOC.OJ>), sa fejn dawn l-atti jżommu l-isem tar-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn D. Spielmann, President, R. Mastroianni (Relatur) u M. Brkan, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Din il-kawża taqa’ fil-kuntest ta’ kawżi marbuta mal-miżuri restrittivi adottati fil-konfront ta’ ċerti persuni, ta’ entitajiet u ta’ ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, wara r-repressjoni tal-manifestazzjonijiet tal-Pjazza tal-Indipendenza f’Kiev (l-Ukraina) fi Frar 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, Oleksandr Viktorovych Klymenko, okkupa l-funzjonijiet ta’ Ministru għad-Dħul u għat-Taxxi tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20140305">5 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta d‑Deċiżjoni 2014/119/PESK, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 66, p. 26</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 70, p. 35</REF.DOC.OJ>, u fil‑<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="350" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 350, p. 15</REF.DOC.OJ>). Fl-istess data, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 66, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="350" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 350, p. 15</REF.DOC.OJ>, fil‑<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294" PAGE.FIRST="62" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 294, p. 62</REF.DOC.OJ>, u fil‑<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 70, p. 36</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 1 u 2 tad-Deċiżjoni 2014/119 jispeċifikaw kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(1)</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20140220">20 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Kunsill ikkundanna f’termini l-aktar qawwija kull użu tal-vjolenza fl-Ukraina. Huwa appella għal tmiem immedjat tal-vjolenza fl-Ukraina, u għar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa appella lill-Gvern tal-Ukraina sabiex jeżerċita trażżin massimu u lill-kapijiet tal-oppożizzjoni sabiex jiddisassoċjaw ruħhom minn dawk li jirrikorru għal azzjoni radikali, inkluża l-vjolenza.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140303">3 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kunsill qabel biex jiffoka miżuri restrittivi fuq l-iffriżar u rkupru ta’ assi ta’ persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bil-għan tal-konsolidazzjoni u s-sostenn tal-[I]stat ta’ dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u (2) tad-Deċiżjoni 2014/119 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-modalitajiet ta’ dan l-iffriżar ta’ fondi huma ddefiniti fl-Artikolu 1(3) sa (6) tad-Deċiżjoni 2014/119.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont id-Deċiżjoni 2014/119, ir-Regolament Nru 208/2014 jimponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi previsti minn din id-deċiżjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>miżuri restrittivi inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u jiddefinixxi l-modalitajiet ta’ dan l-iffriżar f’termini identiċi, essenzjalment, għal dawk tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ismijiet tal-persuni kkonċernati mid-Deċiżjoni 2014/119 u mir-Regolament Nru 208/2014 huma inklużi fil-lista li tinsab fl-anness tal-imsemmija deċiżjoni u fl-Anness I tal-imsemmi regolament (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>lista<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) flimkien, b’mod partikolari, mal-motivazzjoni tal-inklużjoni tagħhom. Inizjalment, isem ir‑rikorrent ma kienx jidher fil-lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 2014/119 u r-Regolament Nru 208/2014 ġew emendati permezz tad‑Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/216/PESK tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140414">14 ta’ April 2014</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="91" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 111, p. 91</REF.DOC.OJ>), u mir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 381/2014 tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140414">14 ta’ April 2014</DATE> li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 111, p. 33</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>atti ta’ April 2014<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ April 2014, isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-lista, bl-informazzjoni ta’ identifikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ex Ministru għad-Dħul u għat-Taxxi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> u l-motivazzjoni segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors, irreġistrat bin-numru tal-Kawża T‑494/14, intiża, b’mod partikolari, għall-annullament tal-atti ta’ April 2014, sa fejn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20150129">29 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/143, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="024" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 24, p. 16</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament (UE) 2015/138, li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="024" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 24, p. 16</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 2015/143 ippreċiżat, mill‑<DATE ISO="20150131">31 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-kriterji ta’ iskrizzjoni tal-persuni kkonċernati mill-iffriżar ta’ fondi, peress li t-test tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119 ġie ssostitwit bit-test li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta’, huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li jkunu ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukrajna u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.</P><P>Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukrajna jinkludu persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ukrajna:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f’tali misapproprjazzjoni; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għall-abbuż tal-uffiċju bħala detentur ta’ pożizzjoni pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih jew għal parti terza, u li b’hekk jikkawża telf ta’ fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f’tali abbuż<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-Regolament 2015/138 emenda b’mod simili r-Regolament Nru 208/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/364, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="062" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 62, p. 25</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/357, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="062" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 62, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>l-atti ta’ Marzu 2015<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Id-deċiżjoni 2015/364, minn naħa, issostitwixxiet l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/119, billi estendiet l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi, fir-rigward tar-rikorrent, sas‑<DATE ISO="20160306">6 ta’ Marzu 2016</DATE>, u, min-naħa l-oħra, issostitwixxiet l-anness ta’ din id-deċiżjoni tal-aħħar. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/357 konsegwentement issostitwixxa l-Anness I tar-Regolament Nru 208/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ Marzu 2015, isem ir-rikorrent inżamm fil-lista, flimkien mal-informazzjoni ta’ identifikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>eks Ministru għad-Dħul u għat-Taxxi <QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u d-dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi u għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b’kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b’hekk ikkawża telf ta’ fondi jew assi pubbliċi Ukreni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20150515">15 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors, irreġistrat bin-numru tal-Kawża T‑245/15, intiż b’mod partikolari għall-annullament tal-atti ta’ Marzu 2015 sa fejn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160304">4 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/318, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="76" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 60, p. 76</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/311, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 60, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>atti ta’ Marzu 2016<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ Marzu 2016, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni ġiet estiża, inkluż fir-rigward tar-rikorrent, sas‑<DATE ISO="20170306">6 ta’ Marzu 2017</DATE>, u dan mingħajr ma l-motivazzjoni tal-indikazzjoni tiegħu kienet inbidlet meta mqabbla ma’ dik tal-atti ta’ Marzu 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, ir-rikorrent adatta t-talbiet tiegħu fil-kuntest tal-Kawża T‑245/15, konformement mal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, b’tali mod li dawn kienu intiżi wkoll għall-annullament tal-atti ta’ Marzu 2016 sa fejn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160610">10 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑494/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:360">EU:T:2016:360</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), meħud fuq il-bażi tal-Artikolu 132 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali laqgħet ir-rikors imsemmi fil-punt 11 iktar ’il fuq, filwaqt li ddikjaratu manifestament fondat u filwaqt li annullat, għalhekk, l-atti ta’ April 2014, sa fejn kienu jikkonċernaw lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/381, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 58, p. 34</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/374, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 58, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>atti ta’ Marzu 2017<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ Marzu 2017, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni ġiet estiża, inkluż fir-rigward tar-rikorrent, sas‑<DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, u dan mingħajr ma l-motivazzjoni tal-indikazzjoni tiegħu kienet inbidlet meta mqabbla ma’ dik tal-atti ta’ Marzu 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170327">27 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-rikorrent reġa’ adatta t-talbiet tiegħu fil-kuntest tal-Kawża T‑245/15 b’tali mod li dawn kienu wkoll intiżi għall-annullament tal-atti ta’ Marzu 2017 sa fejn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171108">8 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑245/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:792">EU:T:2017:792</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet kollha tar-rikorrent imsemmija fil-punti 17, 20 u 24 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180105">5 ta’ Jannar 2018</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, irreġistrat bin-numru tal-Kawża C‑11/18 P, mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171108">8 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑245/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:792">EU:T:2017:792</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180305">5 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/333, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="063" PAGE.FIRST="48" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 63, p. 48</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/326, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="063" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 63, p. 5</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, meħudin flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>atti ta’ Marzu 2018<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ Marzu 2018, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni ġiet estiża, inkluż fir-rigward tar-rikorrent, sas‑<DATE ISO="20190306">6 ta’ Marzu 2019</DATE>, u dan mingħajr ma l-motivazzjoni tal-indikazzjoni tiegħu nbidlet meta mqabbla ma’ dik tal-atti ta’ Marzu 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20180430">30 ta’ April 2018</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors, irreġistrat bin-numru tal-Kawża T‑274/18, intiż għall-annullament tal-atti ta’ Marzu 2018 sa fejn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190304">4 ta’ Marzu 2019</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/354, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 64, p. 7</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/352, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 64, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, meħudin flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>atti ta’ Marzu 2019<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ Marzu 2019, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni ġiet estiża sas‑<DATE ISO="20200306">6 ta’ Marzu 2020</DATE> u isem ir-rikorrent inżamm fil-lista, bl-istess motivazzjoni bħal dik imfakkra fil-punt 16 iktar ’il fuq, flimkien ma’ preċiżazzjoni dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva matul il-proċeduri kriminali li fuqhom ibbaża ruħu l-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20190503">3 ta’ Mejju 2019</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors, irreġistrat bin-numru tal-Kawża T‑295/19, intiż għall-annullament tal-atti ta’ Marzu 2019, sa fejn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑274/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:509">EU:T:2019:509</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat l-atti ta’ Marzu 2018 sa fejn kienu jirrigwardaw lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190926">26 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑11/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:786">EU:C:2019:786</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat, minn naħa, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171108">8 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑245/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:792">EU:T:2017:792</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (ara l-punt 25 iktar ’il fuq), u, min-naħa l-oħra, l-atti ta’ Marzu 2015, ta’ Marzu 2016 u ta’ Marzu 2017 sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/373, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 71, p. 10</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/370, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 71, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, meħudin flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>atti ta’ Marzu 2020<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ Marzu 2020, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni ġiet estiża sas‑<DATE ISO="20210306">6 ta’ Marzu 2021</DATE> u isem ir-rikorrent inżamm fil-lista, bl-istess motivazzjoni bħal dik imfakkra fil-punt 16 iktar ’il fuq, flimkien ma’ preċiżazzjoni dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva matul il-proċeduri kriminali li fuqhom ibbaża ruħu l-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Bejn ix-xhur ta’ Novembru 2020 u ta’ Jannar 2021, il-Kunsill u r-rikorrent skambjaw diversi ittri dwar il-proroga possibbli tal-miżuri restrittivi inkwistjoni fir-rigward ta’ dan tal-aħħar. B’mod partikolari, il-Kunsill bagħat lir-rikorrent diversi ittri tal-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali tal-Ukraina (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>BPG<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) dwar, b’mod partikolari, il-proċeduri kriminali li huwa kien suġġett għalihom u li fuqhom il-Kunsill ibbaża ruħu sabiex jikkunsidra l-imsemmija proroga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat l-atti ta’ Marzu 2020, sa fejn dawn kienu jirrigwardaw lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20210304">4 ta’ Marzu 2021</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/394, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, L 77, p. 29</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/391, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, L 77, p. 2</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, meħudin flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tal-atti kkontestati, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni ġiet estiża, fir-rigward tar-rikorrent, sas‑<DATE ISO="20210906">6 ta’ Settembru 2021</DATE> u ismu nżamm fil-lista, bl-istess motivazzjoni bħal dik imfakkra fil-punt 16 iktar ’il fuq. Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni 2014/119 u l-Anness I tar-Regolament Nru 208/2014 ġew maqsuma f’żewġ sezzjonijiet, li t-tieni waħda minnhom kienet intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. F’din it-taqsima, fir-rigward tar-rikorrent, jingħad li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Il-proċeduri kriminali relatati mal-miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Klymenko, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE> u l-<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE> li taw permess biex issir investigazzjoni speċjali <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT>. Il-Kunsill josserva li d-difiża ġiet innotifikata bit-tlestija tal-investigazzjonijiet ta’ qabel il-proċess fl-2017 u fl-2018, rispettivament, u ġiet ipprovduta bil-materjal tal-proċedimenti kriminali għall-familjarizzazzjoni minn dak iż-żmien ’l<?PAGE NO="7"?> hawn. Ir-reviżjoni u l-eżami mid-difiża tal-volum kbir ta’ materjal disponibbli b’rabta mal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess dwar proċedimenti kriminali għadhom għaddejjin. Il-Kunsill iqis li l-perijodu twil ta’ familjarizzazzjoni jiġi attribwit lid-difiża.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20210305">5 ta’ Marzu 2021</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrent biż-żamma tal-miżuri restrittivi inkwistjoni fir-rigward tiegħu. Huwa wieġeb għall-osservazzjonijiet tar-rikorrent magħmula fil-korrispondenza tiegħu tal‑<DATE ISO="20201211">11 ta’ Diċembru 2020</DATE>, tat‑22 u tas‑<DATE ISO="20210127">27 ta’ Jannar 2021</DATE> u bagħatlu l-atti kkontestati. Barra minn hekk, huwa indikalu t-terminu sabiex jippreżenta osservazzjonijiet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eventwali żamma ta’ ismu fil-lista.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fatt sussegwenti għall-preżentata ta’ dan ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20210914">14 ta’ Settembru 2021</DATE>, il-Kunsill informa lill-Qorti Ġenerali bl-iskadenza tal-miżuri restrittivi inkwistjoni fir-rigward tar-rikorrent u bil-fatt li ismu għalhekk ma kienx għadu inkluż fil-lista.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20210408">8 ta’ April 2021</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors għal annullament kontra l-atti kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20210625">25 ta’ Ġunju 2021</DATE>, il-Kunsill ippreżenta r-risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minħabba l-impediment ta’ membru tal-Ħames Awla, il-President tal-Qorti Ġenerali ħatar imħallef ieħor sabiex jikkompleta l-Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ma ppreżentax replika fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20210831">31 ta’ Awwissu 2021</DATE>, il-fażi bil-miktub tal-proċedura ngħalqet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura, fl-assenza ta’ talba għall-iffissar ta’ seduta mressqa mill-partijiet f’terminu ta’ tliet ġimgħat li jibda jgħodd min-notifika tal-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li taqta’ r-rikors mingħajr fażi orali tal-proċedura. F’dan il-każ, peress li tqis li għandha biżżejjed informazzjoni mill-atti tal-proċess, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, fl-assenza ta’ tali talba, taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-atti kkontestati, sa fejn jikkonċernawh;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><P>sussidjarjament, jekk l-atti kkontestati jiġu annullati sa fejn jikkonċernaw lir‑rikorrent, tordna ż-żamma tal-effetti tad-Deċiżjoni 2021/394 sakemm isir effettiv l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2021/391;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, it-tieni wieħed, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq użu ħażin ta’ poter, it-tielet wieħed, essenzjalment, fuq ksur tad-drittijiet fundamentali fl-adozzjoni tal-atti kkontestati u, ir-raba’ wieħed, fuq nuqqas ta’ bażi legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi eżaminat it-tieni motiv, sa fejn il-Kunsill huwa kkritikat li ma vverifikax sew ir-rispett, mill-awtoritajiet Ukreni, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent, li minnu jirriżulta żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq waqt l-adozzjoni tal-atti kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni, b’mod partikolari, li l-Kunsill naqas milli jivverifika jekk il-proċeduri kriminali li jikkonċernawh u li għandhom, rispettivament, ir-referenza 42017000000000113 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>proċedura 113<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) u r-referenza 42014000000000521 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>proċedura 521<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), li fuqhom huwa bbaża ruħu meta ddeċieda li jżomm il-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu, kinux ittieħdu b’rispett tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, ir-risposti tal-BPG għall-mistoqsijiet magħmula mill-Kunsill, dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, inkluż ir-rispett tat-terminu raġonevoli min-naħa tal-awtoritajiet Ukreni, l-istat tal-proċeduri kriminali li jikkonċernawh kif ukoll il-kompetenza tad-diversi awtoritajiet investigattivi kkonċernati, ir-relazzjonijiet bejniethom u t-trasferiment tal-investigazzjonijiet minn waħda għall-oħra, ma kinux sodisfaċenti. Għaldaqstant, huwa jikkritika, essenzjalment, lill-Kunsill li wettaq verifiki insuffiċjenti u li injora l-provi, li huwa pprovdielu, fir-rigward tal-illegalitajiet proċedurali mwettqa mill-awtoritajiet Ukreni u l-assenza ta’ indipendenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa jsostni li ismu ma kienx jidher fil-lista ta’ persuni mfittxija fuq livell internazzjonali stabbilita mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (Interpol) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>lista ta’ persuni mfittxija mill-Interpol<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), kif ġie kkonstatat mill-Bord tal-Appell tal-Qorti Għolja kontra l-Korruzzjoni Ukrena fis-sentenza tat‑<DATE ISO="20200513">13 ta’ Mejju 2020</DATE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sentenza tat‑<DATE ISO="20200513">13 ta’ Mejju 2020</DATE><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) li tannulla miżura preventiva ta’ detenzjoni fir-rigward tiegħu, minħabba n-nuqqas ta’ waħda mill-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti, skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali Ukren (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, jiġifieri li l-isem tal-persuna kkonċernata għandu jiġi inkluż f’lista internazzjonali ta’ persuni mfittxija. Dik is-sentenza hija importanti wkoll fir-rigward tal-evalwazzjoni tad-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal-Qorti Distrettwali ta’ Petchersk f’Kiev (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>qorti ta’ Petchersk<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) mogħtija fil‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) li tawtorizza l-ftuħ ta’ investigazzjoni speċjali fil-kontumaċja tiegħu, sa fejn l-adozzjoni tagħha tippreżupponi wkoll, b’mod partikolari, l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent f’lista internazzjonali ta’ persuni mfittxija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>It-tieni, ir-rikorrent iqis li t-tul tal-proċeduri mibdija kontrih fl-Ukraina ma huwiex raġonevoli, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Qorti EDB<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), u li t-terminu twil b’mod anormali tal-proċeduri kriminali li fuqhom il-Kunsill ibbaża ruħu mingħajr ma wettaq ebda verifika huwa imputabbli biss lill-awtoritajiet inkarigati minn dawn tal-aħħar, li ma ħadu l-ebda deċiżjoni li jirreferu l-każ lill-qorti sabiex itawlu l-iffriżar tal-fondi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>It-tielet, ir-rikorrent jilmenta li l-Kunsill ma wettaq ebda verifika fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fir-rigward tat-trasferiment tal-investigazzjonijiet preliminari, li kienu diġà ngħalqu, lill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukraina, li huwa iktar minn sitt snin wara l-ftuħ tagħhom, filwaqt li dan l-uffiċċju kien ilu jopera minn April 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Ir-raba’, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE> ma ġietx adottata b’rispett tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-ħames, ir-rikorrent isostni li, fid-dawl tal-irregolaritajiet imwettqa mill-awtoritajiet Ukreni, ma hemm l-ebda garanzija li l-investigazzjonijiet saru b’rispett tal-imsemmija drittijiet u li, minħabba f’hekk, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu biss fuq l-informazzjoni tal-BPG, li huwa maħtur mill-Gvern u li, fil-kuntest ta’ klima ta’ regolarizzazzjoni tal-kontijiet politika, kien ħati pubblikament ta’ ksur repetut tad-drittijiet fundamentali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kunsill kiser l-obbligi tiegħu ta’ verifika tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent, minkejja l-fatt li huwa, repetutament, ilmenta dwar il-ksur tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li mill-korrispondenza mar-rikorrent jirriżulta li huwa ħa inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tiegħu, li huwa vverifika l-fondatezza tagħhom, billi għamel ukoll mistoqsijiet preċiżi u billi kiseb kjarifiki mingħand l-awtoritajiet Ukreni, u li, fid-dawl tal-informazzjoni rċevuta minn dawn tal-aħħar, huwa seta’ jikkunsidra, minn naħa, li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent ma kinux ġew miksura u, min-naħa l-oħra, li kien hemm biżżejjed raġunijiet għaż-żamma ta’ ismu fuq il-lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrent eżerċita d-dritt tiegħu li jkun irrappreżentat minn avukat fl-Ukraina fil-proċeduri li jikkonċernawh u kien uża l-assenza tiegħu mill-pajjiż sabiex jinvoka nuqqasijiet proċedurali u jevita li jidher quddiem il-qrati kompetenti. Barra minn hekk, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali kien joffri lir-rikorrent rimedji ta’ oppożizzjoni jew ta’ kontestazzjoni u mill-proċess jirriżulta li huwa għamel użu minnhom b’mod utli, b’tali mod li r-rikorsi tiegħu xi kultant ġew deċiżi favurih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti tar-rikorrent ibbażati fuq it-tul allegatament eċċessiv tal-investigazzjonijiet preliminari u fuq in-nuqqas ta’ inkriminazzjoni fir-rigward tiegħu, il-Kunsill jirrispondi li huwa talab u kiseb kjarifiki dwar dan min-naħa tal-awtoritajiet Ukreni, li l-investigazzjonijiet relatati mal-proċeduri 113 u 521 ngħalqu, rispettivament, fl‑2017 u f’Ottubru 2018, u li d-difiża tar-rikorrent qiegħda tiffamiljarizza ruħha mal-fajl, u dan juri evoluzzjoni tal-proċedura. F’dan ir-rigward, huwa jsostni li dan il-proċess ta’ familjarizzazzjoni mal-kontenut tal-fajl ġie mnaqqas minħabba l-kumplessità tal-kawża, il-volum kbir<?PAGE NO="10"?> tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl, il-kriżi sanitarja kif ukoll l-assenza tar-rikorrent fit-territorju Ukren. Sussegwentement, il-Kunsill isostni li d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali ma jimponux lill-awtoritajiet Ukreni li jtemmu l-proċeduri kriminali inkwistjoni, peress li r-riforma tal-2017 ta’ dan il-kodiċi, li stabbilixxiet tul massimu għat-twettiq tal-investigazzjonijiet preliminari, hija sussegwenti għall-iskrizzjoni ta’ isem ir-rikorrent fir-reġistru tal-persuni ssuspettati u, konsegwentement, ma tapplikax għall-imsemmija proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fis-sentenza tat‑<DATE ISO="20200513">13 ta’ Mejju 2020</DATE>, il-Kunsill isostni li din ma taffettwax il-proċedura 113 u li miżura preventiva ta’ detenzjoni teżisti wkoll fil-kuntest tal-proċedura 521, minkejja li din ma tistax tiġi eżegwita għaliex ir-rikorrent telaq mill-pajjiż. Fi kwalunkwe każ, l-imsemmija sentenza tikkonferma li r-rikorrent jikseb is-salvagwardja tad-drittijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li t-tieni motiv għandu jitqies li huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni, u mhux fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Fil-fatt, il-Kunsill ma kellu l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddetermina jekk kellux provi biżżejjed sabiex jevalwa r-rispett, mill-awtoritajiet Ukreni, tad-dritt tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent u jekk dawn il-provi kinux ta’ natura li jqajmu dubji leġittimi dwar ir-rispett ta’ dawn id-drittijiet (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑303/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:334">EU:T:2021:334</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita sew jirriżulta li, waqt l-istħarriġ ta’ miżuri restrittivi, il-qrati tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw stħarriġ, bħala prinċipju komplet, tal-legalità tal-atti kollha tal-Unjoni fid-dawl tad-drittijiet fundamentali li jifformaw parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, li fosthom hemm, b’mod partikolari, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u d-drittijiet tad-difiża, kif stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>L-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta teżiġi li, fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità tar-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li isem persuna jiġi inkluż jew jinżamm f’lista ta’ persuni li huma s-suġġett ta’ miżuri restrittivi, il-qorti tal-Unjoni għandha tiżgura ruħha li din id-deċiżjoni, li għandha portata individwali għal din il-persuna, tkun ibbażata fuq bażi fattwali solida biżżejjed. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata l-imsemmija deċiżjoni, b’tali mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma għandux ikun limitat għal evalwazzjoni tan-natura verosimili fuq livell astratt tar-raġunijiet invokati, iżda għandu jkopri l-kwistjoni ta’ jekk dawn ir-raġunijiet, jew, minn tal-inqas, raġuni minnhom meqjusa li hija suffiċjenti fiha nnifisha sabiex isservi ta’ bażi għall-imsemmija atti, humiex issostanzjati (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill,</NAME.CASE> <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>L-adozzjoni u ż-żamma ta’ miżuri restrittivi, bħal dawk previsti mid-Deċiżjoni 2014/119 u mir-Regolament Nru 208/2014, kif emendati, meħuda kontra persuna li ġiet identifikata bħala responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi li jappartjenu lil Stat terz, huma bbażati, essenzjalment, fuq id-deċiżjoni ta’ awtorità tiegħu, kompetenti f’dan ir-rigward, li tibda u tmexxi proċedura ta’ investigazzjoni kriminali li tikkonċerna lil din il-persuna u li tirrigwarda ksur ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, skont il-kriterju ta’ iskrizzjoni, bħal dak imfakkar fil-punt 13 iktar ’il fuq, il-Kunsill jista’ jibbaża miżuri restrittivi fuq id-deċiżjoni ta’ Stat terz, l-obbligu, impost fuq din l-istituzzjoni, li tirrispetta d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jimplika li huwa għandu jiżgura r-rispett tal-imsemmija drittijiet mill-awtoritajiet tal-Istat terz li adotta l-imsemmija deċiżjoni (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit ta’ verifika, mill-Kunsill, tal-fatt li d-deċiżjonijiet tal-Istati terzi li fuqhom huwa għandu l-intenzjoni li jibbaża ruħu ttieħdu b’rispett tal-imsemmija drittijiet huwa intiż li jiżgura li l-adozzjoni jew iż-żamma tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi jseħħu biss fuq bażi fattwali suffiċjentement solida u, għalhekk, sabiex jiġu protetti l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Għalhekk, il-Kunsill jista’ biss jikkunsidra li l-adozzjoni jew iż-żamma ta’ tali miżuri hija bbażata fuq bażi fattwali suffiċjentement solida biss wara li jkun ivverifika huwa stess jekk id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġewx irrispettati waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Istat terz ikkonċernat li fuqha huwa għandu l-intenzjoni li jibbaża ruħu (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li l-fatt li l-Istat terz jgħodd man-numru ta’ Stati li aderixxew mal-KEDB jimplika stħarriġ, mill-Qorti EDB, tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-imsemmija konvenzjoni, li, skont l-Artikolu 6(3) TUE, jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni bħala prinċipji ġenerali, tali ċirkustanza madankollu ma tistax trendi superfluwu r-rekwiżit ta’ verifika mfakkar fil-punt 70 iktar ’il fuq (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-Kunsill huwa obbligat jindika, fl-espożizzjoni tar-raġunijiet dwar l-adozzjoni jew iż-żamma ta’ miżuri restrittivi fil-konfront ta’ persuna jew ta’ entità, anki jekk fil-qosor, ir-raġunijiet għaliex fil-fehma tiegħu d-deċiżjoni tal-Istat terz li fuq il-bażi tagħha jkollu l-intenzjoni jibbaża ruħu kienet ġiet adottata b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Għalhekk, huwa l-Kunsill li għandu, sabiex jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu, juri, fid-deċiżjoni li timponi miżuri restrittivi, li huwa vverifika jekk id-deċiżjoni tal-Istat terz li fuqha huwa jibbaża dawn il-miżuri ġietx adottata b’rispett għal dawn id-drittijiet (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, meta jibbaża l-adozzjoni jew iż-żamma ta’ miżuri restrittivi, bħal dawk f’dan il-każ, fuq id-deċiżjoni ta’ Stat terz li jibda u jmexxi proċedura kriminali għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi pubbliċi min-naħa tal-persuna kkonċernata, il-Kunsill għandu, minn naħa, jiżgura ruħu li, fil-mument tal-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat terz osservaw id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-persuna li hija s-suġġett tal-proċedura kriminali inkwistjoni, u, min-naħa l-oħra, isemmi, fid-deċiżjoni li timponi miżuri restrittivi, ir-raġunijiet għalfejn jikkunsidra li l-imsemmija deċiżjoni tal-Istat terz ġiet adottata fl-osservanza ta’ dawn id-drittijiet (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:52">EU:T:2019:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan il-każ, tali obbligi jidhru iktar u iktar imperattivi peress li, kif jirriżulta mill-premessa 2 tad-Deċiżjoni 2014/119, din u d-deċiżjonijiet sussegwenti ġew adottati fil-kuntest ta’ politika intiża li ssaħħaħ u ssostni l-Istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina (ara l-punt 4 iktar ’il fuq), skont l-għanijiet li jinsabu fl-Artikolu 21(2)(b) TUE. Konsegwentement, l-għan ta’ dawn id-deċiżjonijiet, li huwa, b’mod partikolari, li tiġi ffaċilitata l-konstatazzjoni<?PAGE NO="12"?> mill-awtoritajiet Ukreni tal-miżapproprjazzjonijiet ta’ fondi pubbliċi mwettqa u li tinżamm il-possibbiltà, għal dawn l-awtoritajiet, li jirkupraw il-prodott ta’ dawn il-miżapproprjazzjonijiet, ma jkunx rilevanti fir-rigward tal-imsemmija għanijiet jekk din il-konstatazzjoni tkun ivvizzjata b’ċaħda ta’ ġustizzja, jew saħansitra b’natura arbitrarja (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Ben Ali vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑151/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:514">EU:T:2020:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji ġurisprudenzjali li għandu jiġi stabbilit jekk il-Kunsill osservax dawn l-obbligi li huwa għandu fil-kuntest tal-adozzjoni tal-atti kkontestati sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Kunsill semma fl-atti kkontestati r-raġunijiet li għalihom huwa kien qies li d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Ukreni li jibdew u li jmexxu proċeduri kriminali kontra r-rikorrent minħabba miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi pubbliċi kienet ġiet adottata b’rispett tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara l-punt 40 iktar ’il fuq). Madankollu, għandu jiġi vverifikat jekk il-Kunsill kellux raġun jikkunsidra li dan kien il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-eżami tal-fondatezza tal-motivazzjoni, li jaqa’ taħt il-legalità fil-mertu tal-atti kkontestati u jikkonsisti, f’dan il-każ, fil-verifika dwar jekk il-provi invokati mill-Kunsill humiex stabbiliti u jekk humiex ta’ natura li juru l-verifika tar-rispett ta’ dawn id-drittijiet mill-awtoritajiet Ukreni, għandu jiġi distint mill-kwistjoni tal-motivazzjoni, li tirrigwarda formalità sostanzjali u tikkostitwixxi biss il-korollarju tal-obbligu tal-Kunsill li jiżgura, minn qabel, ir-rispett tal-imsemmija drittijiet (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:52">EU:T:2020:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Issa, il-miżuri restrittivi adottati preċedentement ġew estiżi u miżmuma fir-rigward tar-rikorrent permezz tal-atti kkontestati abbażi tal-kriterju ta’ iskrizzjoni stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119, kif ġie ppreċiżat fid-Deċiżjoni 2015/143, u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 208/2014, kif ġie ppreċiżat fir-Regolament 2015/138 (ara l-punti 13 u 14 iktar ’il fuq). Dan il-kriterju jirrigwarda l-persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għal fatti ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina, inklużi l-persuni suġġetti għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Mill-motivi tal-atti kkontestati, imfakkra fil-punt 40 iktar ’il fuq, u mill-ittra tal‑<DATE ISO="20210305">5 ta’ Marzu 2021</DATE>, jirriżulta li l-Kunsill ibbaża ruħu, sabiex jiddeċiedi dwar iż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista, fuq il-fatt li huwa kien is-suġġett ta’ proċeduri kriminali mibdija mill-awtoritajiet Ukreni għal reati li jikkostitwixxu miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi pubbliċi u marbuta ma’ abbuż ta’ kwalità, li kien stabbilit, b’mod partikolari, mill-ittri tal-BPG kif ukoll minn ċerti deċiżjonijiet ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Iż-żamma tal-miżuri restrittivi meħuda kontra r-rikorrent kienet għalhekk ibbażata, bħal fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190926">26 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑11/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:786">EU:C:2019:786</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑295/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:287">EU:T:2020:287</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fuq id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Ukreni li jibdew u li jmexxu proċeduri ta’ investigazzjonijiet kriminali li jirrigwardaw reat ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi li jappartjenu lill-Istat tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li, billi emenda, permezz tal-atti kkontestati, l-anness tad-Deċiżjoni 2014/119 u l-Anness I tar-Regolament Nru 208/2014, il-Kunsill żied magħhom, kif kien diġà għamel waqt l-adozzjoni tal-atti ta’ Marzu 2019 u ta’ Marzu 2020, taqsima ġdida, iddedikata kompletament għad-drittijiet tad-difiża u għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, li jinqasam f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti hemm sempliċi tfakkira, ta’ natura ġenerali, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. B’mod partikolari, qabelxejn, huma mfakkra d-diversi drittijiet proċedurali li tgawdi minnhom kull persuna ssuspettata jew akkużata fil-kuntest ta’ proċedura kriminali skont l-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. Sussegwentement, hemm riferiment għall-Artikolu 303 ta’ dan l-istess kodiċi, li jistabbilixxi distinzjoni bejn id-deċiżjonijiet u l-ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati matul il-proċedura preliminari u d-deċiżjonijiet, atti u ommissjonijiet li jistgħu jiġu eżaminati quddiem qorti matul il-proċedura preparatorja. Barra minn hekk, minn naħa, jitfakkar li, skont l-Artikolu 306 tal-imsemmi kodiċi, kull ilment kontra deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet tal-investigatur jew tal-prosekutur għandu jiġi eżaminat mill-imħallef inkwirenti ta’ qorti lokali, fil-preżenza tal-lanjant, tal-avukat tiegħu jew tar-rappreżentant legali tiegħu. Min-naħa l-oħra, huwa indikat, b’mod partikolari, li l-Artikolu 309 tal-imsemmi kodiċi jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati permezz ta’ rikors. Fl-aħħar nett, huwa ppreċiżat li ċertu numru ta’ miżuri ta’ investigazzjoni bħall-qbid ta’ beni u l-miżuri ta’ detenzjoni, huma possibbli biss bla ħsara għal deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti jew ta’ qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>It-tieni parti tat-taqsima tikkonċerna r-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ kull persuna li isimha huwa inkluż fil-lista. Fir-rigward b’mod iktar partikolari tar-rikorrent, huwa ppreċiżat li, skont l-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-Kunsill, id-drittijiet tad-difiża tiegħu u d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew irrispettati matul il-proċeduri kriminali li fuqhom il-Kunsill ibbaża ruħu, kif jixhdu, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>id-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal‑<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE> u tal‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE> li jawtorizzaw il-ftuħ ta’ investigazzjoni speċjali fil-kontumaċja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Barra minn hekk, il-Kunsill josserva li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>d-difiża ġiet informata bit-tlestija tal-investigazzjonijiet preliminari fl‑2017 u [fl‑]2018, rispettivament, u li hija rċeviet mid-dokumenti tal-proċedura kriminali meħtieġa għall-familjarizzazzjoni mal-fajl<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li l-proċess ta’ familjarizzazzjoni tad-difiża tar-rikorrent mal-kontenut tal-fajl kien għadu għaddej u li t-tul ta’ dan il-perijodu ta’ familjarizzazzjoni kellu jiġi imputat lilu (ara l-punt 40 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fl-ittra tal‑<DATE ISO="20210305">5 ta’ Marzu 2021</DATE> indirizzata lir-rikorrent (ara l-punt 41 iktar ’il fuq), qabelxejn, il-Kunsill indika li l-informazzjoni li toriġina mill-BPG u dik li tirriżulta mill-proċess tal-kawża kienu jistabbilixxu li r-rikorrent kien għadu s-suġġett ta’ proċeduri kriminali fl-Ukraina għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi pubbliċi. Sussegwentement, minn naħa, il-Kunsill indika li s-sentenza tat‑<DATE ISO="20200513">13 ta’ Mejju 2020</DATE> kienet ikkonfermat li l-opinjoni ta’ suspett kienet ġiet validament innotifikata fil-kuntest tal-proċedura 113 u li għalhekk ir-rikorrent kellu l-istatus ta’ persuna ssuspettata. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tul allegatament eċċessiv tal-investigazzjonijiet preliminari, il-Kunsill wieġeb li d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali li jimponu fuq il-prosekutur li jagħlaq proċedura meta l-perijodu relatat mal-investigazzjoni jkun skada kienu daħlu fis-seħħ fit‑<DATE ISO="20171003">3 ta’ Ottubru 2017</DATE>, jiġifieri wara l-iskrizzjoni ta’ isem ir-rikorrent fir-reġistru tal-persuni ssuspettati, u li, konsegwentement, dawn ma kinux japplikaw fil-kuntest tal-proċeduri 113 u 521. Barra minn hekk, il-Kunsill ippreċiża li l-fażi ta’ familjarizzazzjoni tad-difiża mal-fajl ma kinitx tagħmel parti mit-terminu tal-investigazzjoni preliminari, b’tali mod li d-dewmien eventwali f’din il-fażi tal-proċedura ma<?PAGE NO="14"?> setax jiġi imputat lill-awtoritajiet Ukreni responsabbli mill-investigazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Kunsill ikkonkluda li ma kienx il-kompitu tiegħu li jivverifika jekk l-investigazzjonijiet kriminali kinux fondati, iżda biss li jivverifika jekk kienx hemm raġuni suffiċjenti għall-impożizzjoni ta’ miżura restrittiva fid-dawl tad-dokumenti li fuqhom din kienet ibbażata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għalhekk, minn qari flimkien tal-motivi esposti fl-atti kkontestati u fl-ittra tal‑<DATE ISO="20210305">5 ta’ Marzu 2021</DATE> jirriżulta li l-Kunsill jikkonferma li vverifika r-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent fiż-żewġ proċeduri msemmija fil-punt 84 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, qabelxejn, li l-Kunsill baqa’ ma weriex sa fejn id-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-qorti ta’ Petchersk imsemmija fil-punt 83 iktar ’il fuq jixhdu r-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent matul il-proċedura 113 jew il-proċedura 521. Fil-fatt, kif tfakkar fil-punti 67 u 69 iktar ’il fuq, f’dan il-każ, il-Kunsill kien obbligat li jivverifika, qabel ma jiddeċiedi ż-żamma tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, jekk id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni ġudizzjarja Ukrena li tibda u tmexxi proċeduri ta’ investigazzjoni kriminali dwar ir-reati inerenti għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi pubbliċi u l-abbuż ta’ poter imwettaq mid-detentur ta’ kariga pubblika, allegatament imwettqa mir-rikorrent, kinitx ġiet adottata b’osservanza tal-imsemmija drittijiet tar-rikorrent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji msemmija fil-punt 83 iktar ’il fuq ma jistgħux jiġu identifikati bħala deċiżjonijiet li tinbeda u li titmexxa l-proċedura ta’ investigazzjoni li tiġġustifika ż-żamma tal-miżuri restrittivi inkwistjoni. Madankollu, huwa possibbli li jiġi ammess li, minn perspettiva sostanzjali, peress li dawn id-deċiżjonijiet ingħataw minn qorti, jiġifieri l-imħallef inkwirenti tal-qorti ta’ Petchersk, huma ttieħdu realment inkunsiderazzjoni mill-Kunsill bħala l-bażi fattwali li tiġġustifika ż-żamma tal-adozzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza iċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk il-Kunsill setax ġustament jikkunsidra li tali deċiżjonijiet, kif ukoll il-fatt li l-fażi ta’ familjarizzazzjoni tad-difiża mal-fajl kienet għadha għaddejja fil-mument tal-adozzjoni tal-atti kkontestati u li t-tul tagħha kien, essenzjalment, imputabbli lir-rikorrent, jixhdu r-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tad-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal‑<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE> u tal‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE> dwar il-bidu ta’ investigazzjoni speċjali fil-kontumaċja fil-kuntest, rispettivament, tal-proċedura 113 u tal-proċedura 521, għandu jiġi kkonstatat li dawn ittieħdu, rispettivament, erba’ snin u sentejn u nofs qabel l-adozzjoni tal-atti kkontestati. Minn dan isegwi li dawn ma humiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li l-imsemmija proċeduri, li fuqhom il-Kunsill jibbaża ruħu sabiex iżomm, għall-perijodu mix-xahar ta’ Marzu sax-xahar ta’ Settembru 2021, il-miżuri restrittivi inkwistjoni fir-rigward tar-rikorrent, żvolġew b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali diġà kellha l-okkażjoni li tiddeċiedi, kemm fir-rigward tad-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal‑<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE> kif ukoll fir-rigward ta’ dik tal‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE>, fil-kuntest tal-kawżi li taw lok għas-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑295/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:287">EU:T:2020:287</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li ma kinux is-suġġett ta’ appell quddiem<?PAGE NO="15"?> il-Qorti tal-Ġustizzja, billi ddeċidiet li dawn id-deċiżjonijiet ma kinux ta’ natura li juru r-rispett tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fil-kuntest tal-proċeduri inkwistjoni. Issa, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti Ġenerali ma tistax tinjora kompletament ir-raġunament li hija żviluppat f’dawn iż-żewġ sentenzi, li jikkonċernaw l-istess partijiet u essenzjalment iqajmu l-istess kwistjonijiet legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, id-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE>, meħuda fil-kuntest tal-proċedura 521, għandu jitfakkar li, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali rrilevat li l-Kunsill ma kienx ivverifika sa fejn din id-deċiżjoni, li ma setgħetx tkun is-suġġett ta’ appell, kienet konċiljabbli mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali msemmija fl-ewwel parti tat-taqsima tal-atti kkontestati ddedikati għad-drittijiet tad-difiża u għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara l-punt 82 iktar ’il fuq). It-tieni, il-Qorti Ġenerali qieset li r-raġunijiet li għalihom ir-rikorrent ma kienx irrappreżentat minn avukati maħtura minnu stess ma kinux jirriżultaw mill-atti tal-proċess u li l-Kunsill ma wettaqx, f’dan ir-rigward, l-obbligu li jiżgura r-rispett tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent. It-tielet, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, minkejja d-dokumenti kollha li kien bagħtilha r-rikorrent li juri li ismu ma kienx jidher fil-lista ta’ persuni mfittxija mill-Interpol, il-Kunsill kien ikkuntenta ruħu b’sempliċi affermazzjonijiet tal-BPG u tal-imħallef inkwirenti f’dan ir-rigward, filwaqt li l-fatt li ismu huwa inkluż f’lista interstatali jew internazzjonali ta’ persuni mfittxija kien waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li kellhom jiġu stabbiliti mill-prosekutur meta talab l-awtorizzazzjoni tas-setgħa li jipproċedi fil-kontumaċja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑295/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:287">EU:T:2020:287</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>L-istess jgħodd fir-rigward tal-proċedura 113. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-Qorti Ġenerali rrilevat ukoll li l-Kunsill ma kienx spjega r-raġunijiet li għalihom huwa kien ikkuntenta ruħu b’sempliċi dikjarazzjonijiet tal-BPG u tal-imħallef inkwirenti dwar l-iskrizzjoni ta’ isem ir-rikorrent f’lista internazzjonali ta’ persuni mfittxija, minkejja dokumenti li juru li ismu ma kienx inkluż fil-lista ta’ persuni mfittxija mill-Interpol. Skont il-Qorti Ġenerali, l-informazzjoni li kellu l-Kunsill ma kinitx tippermettilu jivverifika l-osservanza tal-kundizzjoni dwar tali iskrizzjoni mill-prosekutur u, minħabba f’hekk, l-osservanza mill-imħallef inkwirenti, waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali osservat ukoll li mis-sentenza tat‑<DATE ISO="20200513">13 ta’ Mejju 2020</DATE>, li madankollu ngħatat wara l-adozzjoni tal-atti ta’ Marzu 2020, iżda mhux għall-adozzjoni tal-atti kkontestati, minn naħa, jirriżulta li s-sempliċi fatt li l-prosekutur jieħu deċiżjoni proċedurali fil-forma ta’ riżoluzzjoni li tikkonsisti fl-inklużjoni ta’ persuna fil-lista ta’ persuni mfittxija mill-Interpol ma kienx suffiċjenti, peress li kien meħtieġ ukoll li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi implimentata tali riżoluzzjoni, li bl-ebda mod ma kienet ġiet ipprovata mill-prosekutur, u min-naħa l-oħra, li tali interpretazzjoni tal-Artikolu 193-6 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali kienet diġà ngħatat mill-kamra tal-appelli tal-qorti superjuri tal-Ukraina kontra l-korruzzjoni fil-kuntest ta’ diversi deċiżjonijiet tal-qorti meħuda bejn Settembru 2019 u Frar 2020 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u għalhekk kellha iktar u iktar tkun magħrufa mill-prosekutur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja li s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ingħatat qabel l-adozzjoni tal-atti kkontestati, il-Kunsill ma ressaq, fil-kuntest tas-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, ebda element li jippermetti lill-Qorti Ġenerali tasal għal konklużjonijiet differenti minn dawk użati fis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑295/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:287">EU:T:2020:287</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fir-rigward tal-valur probatorju tad-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal‑<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE> u tal‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat ukoll li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji msemmija fil-punt 83 iktar ’il fuq jidħlu fil-kuntest tal-proċeduri kriminali li ġġustifikaw l-iskrizzjoni u ż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista u huma biss inċidentali għalihom, sa fejn dawn huma ta’ natura proċedurali. Tali deċiżjonijiet, li l-iktar l-iktar jistgħu jservu sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ bażi fattwali soda biżżejjed, sa fejn, konformement mal-kriterju ta’ iskrizzjoni applikabbli, ir-rikorrent kien is-suġġett ta’ proċeduri kriminali li jirrigwardaw, b’mod partikolari, reat ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi li jappartjenu lill-Istat tal-Ukraina, ma humiex atti ontoloġikament li jistgħu, waħedhom, juru li d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni ġudizzjarja Ukrena li tagħti bidu u tmexxi l-imsemmija proċeduri kriminali, li fuqha hija bbażata, essenzjalment, iż-żamma tal-miżuri restrittivi fil-konfront tar-rikorrent, ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ dan tal-aħħar, kif huwa l-Kunsill li għandu jivverifika, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 70 iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u ġurisprudenza ċċitata)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kunsill ma jinvoka ebda dokument fil-fajl tal-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-atti kkontestati li minnu jirriżulta li huwa eżamina d-deċiżjonijiet ġudizzjarji invokati u li seta’ jikkonkludi minn dan li d-drittijiet proċedurali tar-rikorrent kienu ġew irrispettati fis-sustanza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Is-sempliċi riferiment magħmul mill-Kunsill għal ittri u għal teħid ta’ pożizzjonijiet repetuti mill-awtoritajiet Ukreni li fihom dawn spjegaw kif id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent kienu ġew irrispettati u kif taw garanziji f’dan ir-rigward ma huwiex biżżejjed sabiex jitqies li d-deċiżjoni li ismu jinżamm fil-lista hija bbażata fuq bażi fattwali suffiċjentement solida, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 70 iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201203">3 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Saleh Thabet <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/19 P u C‑145/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:992">EU:C:2020:992</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat ukoll li l-Kunsill kien obbligat iwettaq tali verifika indipendentement minn kull prova prodotta mir-rikorrent sabiex juri li, f’dan il-każ, huwa kien ġarrab ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, peress li s-sempliċi possibbiltà li jiġi invokat il-ksur ta’ dawn id-drittijiet quddiem il-qrati Ukreni skont dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali ma hijiex suffiċjenti fiha nnifisha sabiex turi r-rispett tal-imsemmija drittijiet mill-amministrazzjoni ġudizzjarja Ukrena (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑303/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:334">EU:T:2021:334</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argument tal-Kunsill li skontu r-rikorrent ma pproduċa l-ebda prova li tista’ turi li s-sitwazzjoni partikolari tiegħu kienet ġiet affettwata mill-allegati problemi tas-sistema ġudizzjarja Ukrena. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-awtorità kompetenti tal-Unjoni li għandha, fil-każ ta’ kontestazzjoni, tistabbilixxi l-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuna kkonċernata, u mhux din tal-aħħar li għandha tipproduċi l-prova negattiva tal-assenza ta’ fondatezza tal-imsemmija motivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201203">3 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Saleh Thabet <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/19 P u C‑145/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:992">EU:C:2020:992</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-proċess ta’ familjarizzazzjoni tad-difiża mal-kontenut tal-fajl, li kien għadu pendenti fil-kuntest taż-żewġ proċeduri fil-mument tal-adozzjoni tal-atti kkontestati, mill-proċess tal-kawża jirriżulta li l-Kunsill ikkuntenta ruħu bl-ispjegazzjonijiet lakoniċi tal-BPĠ, li kkonkluda li t-tul tal-perijodu ta’ familjarizzazzjoni kien jiddependi esklużivament mid-difiża, mingħajr ma pprovda ebda informazzjoni ssostanzjata dwar in-natura u t-tul massimu tal-BPG,<?PAGE NO="17"?> filwaqt li kien għadu pendenti mill‑<DATE ISO="20170421">21 ta’ April 2017</DATE>, id-data tal-għeluq tal-investigazzjoni preliminari fil-kuntest tal-proċedura 113, u mit‑<DATE ISO="20181203">3 ta’ Diċembru 2018</DATE>, id-data tal-għeluq tal-investigazzjoni preliminari fil-kuntest tal-proċedura 521.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jallega, il-Kunsill baqa’ ma weriex sa fejn l-informazzjoni li huwa kellu fir-rigward tal-imsemmi proċess ta’ familjarizzazzjoni tad-difiża fil-kuntest tal-imsemmija proċeduri u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati magħhom ippermettewlu li jikkunsidra li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent kienu ġew irrispettati, filwaqt li, kif sostna dan il-proċess, l-imsemmija proċeduri, li kienu jikkonċernaw fatti allegatament imwettqa bejn l-2011 u l-2014, kienu għadhom jinsabu fl-istadju tal-investigazzjoni preliminari u li, barra minn hekk, kienu ġew trasferiti, meta kienu diġà magħluqa, lil awtoritajiet investigattivi oħra f’Novembru 2019, b’tali mod li l-każijiet inkwistjoni kienu għadhom ma tressqux quddiem qorti Ukrena fuq il-merti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Issa, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jikkostitwixxi l-parametru li fid-dawl tiegħu l-Kunsill jevalwa r-rispett tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), jipprevedi li kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust, pubbliku u fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Sa fejn il-Karta tinkludi drittijiet li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-KEDB, bħal dawk previsti fl-Artikolu 6 tagħha, it-tifsira u l-portata tagħhom huma, skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta, l-istess bħal dawk li tagħtihom il-KEDB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, billi interpretat l-Artikolu 6 tal-KEDB, minn naħa, il-Qorti EDB irrilevat li l-għan tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli kien, b’mod partikolari, li jipproteġi lill-persuna akkużata mid-dewmien eċċessiv tal-proċedura u li jiġi evitat li hija tibqa’ għal żmien twil fl-inċertezza tad-destin tagħha u li l-imsemmi prinċipju jenfasizza l-importanza li ssir ġustizzja mingħajr dewmien li x’aktarx jikkomprometti l-effiċjenza u l-kredibbiltà tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja (ara l-QEDB, <DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE>, Rutkowski <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Polonja, CE:ECHR:2015:0707JUD007228710, punt 126 u l‑ġurisprudenza ċċitata) Barra minn hekk, il-Qorti EDB ikkunsidrat li l-ksur ta’ dan il-prinċipju seta’ jiġi kkonstatat b’mod partikolari meta l-fażi istruttorja ta’ proċeduri kriminali tkun ikkaratterizzata minn ċertu numru ta’ fażijiet ta’ inattività imputabbli lill-awtoritajiet kompetenti għal din l-istruttorja (ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20040106">6 ta’ Jannar 2004</DATE>, Rouille vs Franza, CE:ECHR:2004:0106JUD005026899, punti 29 sa 31; <DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, Reiner <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Ir-Rumanija, CE:ECHR:2007:0927JUD000150502, punti 57 sa 59; u <DATE ISO="20120112">12 ta’ Jannar 2012</DATE>, Borisenko vs L‑Ukraina, CE:ECHR:2012:0112JUD002572502, punti 58 sa 62).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, meta persuna tkun ilha s-suġġett ta’ miżuri restrittivi għal diversi snin, u dan minħabba l-eżistenza, essenzjalment, tal-istess inkjesti preliminari, kif inhu l-każ hawnhekk, il-Kunsill huwa meħtieġ, qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li testendi l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri, li jiżgura li d-dritt ta’ din il-persuna li tingħata smigħ fi żmien raġonevoli jiġi rispettat (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑303/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:334">EU:T:2021:334</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Ben Ali vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑151/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:514">EU:T:2020:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif ġie rrilevat fil-punt 74 iktar ’il fuq, għandha titfakkar in-natura kawtelatorja tal-iffriżar tal-assi tar-rikorrent u l-għan tagħhom, jiġifieri, kif jenfasizza l-Kunsill fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, li jiffaċilita l-konstatazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni tal-miżapproprjazzjonijiet ta’ fondi pubbliċi mwettqa, fi tmiem il-proċeduri ġudizzjarji mibdija, u tinżamm il-possibbiltà, għal dawn l-awtoritajiet, li jirkupraw, fl-aħħar mill-aħħar, il-prodott ta’ dawn il-miżapproprjazzjonijiet. Għaldaqstant, huwa l-Kunsill li għandu jevita li tali miżura, li hija ġġustifikata preċiżament minħabba n-natura temporanja tagħha, tiġi estiża mingħajr bżonn, għad-detriment tad-drittijiet u tal-libertajiet tar-rikorrent, li fuqhom għandha effett negattiv kunsiderevoli, minħabba s-sempliċi fatt li l-proċeduri kriminali, li għadhom fl-istadju tal-investigazzjoni preliminari, li fuqhom hija bbażata jkunu nfetħu, essenzjalment, b’mod indefinit mingħajr ġustifikazzjoni reali (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Ben Ali vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑151/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:514">EU:T:2020:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti EDB dwar l-interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 6 tal-KEDB jirriżulta wkoll li dewmien ikkawżat minn sospensjonijiet tal-proċedura mill-awtoritajiet, id-deċiżjonijiet li jingħaqdu u li jinqasmu d-diversi proċeduri kriminali, kif ukoll ir-rinviji ta’ kawża għal investigazzjoni ulterjuri fil-kuntest tal-istess proċedura jistgħu jitqiesu bħala indikazzjonijiet li juru nuqqas gravi fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġustizzja kriminali (ara, f’dan is-sens, Qorti EDB, <DATE ISO="20160623">23 ta’ Ġunju 2016</DATE>, Krivoshey vs L‑Ukraina, CE:ECHR:2016:0623JUD000743305, § 97 u ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-każ, fid-dawl tat-tul estiż tal-investigazzjonijiet preliminari u tal-assenza ta’ progress tal-imsemmija investigazzjonijiet, minn dak li ġie indikat fil-punt 104 iktar ’il fuq jirriżulta li l-Kunsill kien obbligat, qabel l-adozzjoni tal-atti kkontestati, li jiżgura li t-tul irraġonevoli ta’ dawn l-investigazzjonijiet preliminari kien iġġustifikat. Għalhekk, il-Kunsill ma setax validament jikkuntenta ruħu bil-motiv imressaq mill-BPG, ibbażat fuq l-inapplikabbiltà, minħabba n-nuqqas ta’ retroattività tagħhom, tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali dwar l-għeluq ta’ proċeduri kriminali, sa fejn la huwa stabbilit u lanqas allegat li d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali applikabbli għall-proċeduri inkwistjoni ma kinux jippermettu li jagħlqu l-investigazzjonijiet preliminari relatati magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argument li l-Kunsill jislet mill-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171005">5 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mabrouk vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑175/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:694">EU:T:2017:694</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) fejn l-investigazzjoni kriminali kienet ġiet sospiża għal diversi snin. F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171005">5 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mabrouk vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑175/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:694">EU:T:2017:694</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ingħatat qabel l-għoti tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li għamlet kjarifiki sinjifikattivi fir-rigward tal-obbligu tal-Kunsill li jivverifika, b’mod partikolari, jekk id-dritt għal smigħ f’terminu raġonevoli, li, kif ġie enfasizzat fil-punt 101 iktar ’il fuq, jikkostitwixxix komponent tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, ġie rrispettat fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali li jservu bħala l-bażi għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. It-tieni, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171005">5 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mabrouk vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑175/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:694">EU:T:2017:694</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), is-sitwazzjoni kienet differenti minn dik ta’ dan il-każ, sa fejn id-dokumenti li kellu l-Kunsill kienu juru kemm l-eżistenza ta’ attività proċedurali effettiva fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-kawża li tikkonċerna lir-rikorrent kif ukoll, b’mod partikolari, ta’ atti ta’ proċedura mwettqa mill-awtoritajiet ikkonċernati fil-kuntest tal-ittri rogatorji internazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑303/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:334">EU:T:2021:334</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0130">130</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’dan il-każ, il-Kunsill kellu tal-inqas jevalwa l-provi kollha prodotti mill-BPG u mir-rikorrent u jindika r-raġunijiet li għalihom, wara analiżi awtonoma u fid-dettall ta’ dawn il-provi, huwa seta’ jikkunsidra li d-dritt tar-rikorrent għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva quddiem l-amministrazzjoni ġudizzjarja Ukrena kien ġie rrispettat f’dak li jirrigwarda d-dritt tiegħu li l-kawża tiegħu tinstema’ f’terminu raġonevoli (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Għalhekk ma jistax jiġi konkluż, fid-dawl tal-atti tal-proċess, li l-provi li l-Kunsill kellu għad-dispożizzjoni tiegħu waqt l-adozzjoni tal-atti kkontestati ppermettewlu jivverifika jekk id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni ġudizzjarja Ukrena li tibda u tmexxi l-proċeduri kriminali inkwistjoni kinitx ġiet adottata u implimentata b’rispett tad-drittijiet tar-rikorrent għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u, b’mod iktar partikolari, li l-kawża tiegħu tinstema’ f’terminu raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-ġurisprudenza stabbilita sew li tgħid li, fil-każ ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi bħal dik meħuda li tikkonċerna lir-rikorrent fil-kuntest tal-atti kkontestati, huwa l-kompitu tal-Kunsill jew tal-qorti tal-Unjoni li jivverifikaw il-fondatezza mhux tal-investigazzjonijiet li l-persuna kkonċernata minn dawn il-miżuri restrittivi kienet is-suġġett tagħhom fl-Ukraina, iżda biss tad-deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi fir-rigward tad-dokument jew dokumenti li fuqhom kienet ibbażata din id-deċiżjoni, ma tistax tiġi interpretata fis-sens li l-Kunsill ma huwiex obbligat li jivverifika jekk id-deċiżjoni tal-Istat terz li fuqha jrid jibbaża l-adozzjoni tal-imsemmija miżuri restrittivi ttieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Klymenko vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:52">EU:T:2021:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ma huwiex stabbilit li l‑Kunsill, qabel l-adozzjoni tal-atti kkontestati, żgura ruħu mir-rispett, mill‑amministrazzjoni ġudizzjarja Ukrena, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent fil-kuntest tal-proċeduri kriminali li huwa bbaża ruħu fuqhom. Minn dan isegwi li, billi ddeċieda li jżomm isem ir‑rikorrent fil-lista, il-Kunsill wettaq żball ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li l-atti kkontestati jiġu annullati sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent, mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġu eżaminati l-motivi u l-argumenti l-oħra mqajma minn dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba mressqa sussidjarjament mill-Kunsill (ara t-tieni inċiż tal‑punt 50 iktar ’il fuq), intiża, essenzjalment, għaż-żamma tal-effetti tad‑Deċiżjoni 2021/394 sal-iskadenza tat-terminu previst għall-preżentata ta’ appell li jirrigwarda din is-sentenza, sa fejn dan jannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2021/391 sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent, u, fil-każ fejn jiġi ppreżentat appell f’dan ir-rigward, sad-deċiżjoni dwar dan, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li d-Deċiżjoni 2021/394 ipproduċiet effetti biss sas‑<DATE ISO="20210906">6 ta’ Settembru 2021</DATE>. Konsegwentement, l-annullament tagħha permezz ta’ din is-sentenza ma għandux konsegwenza fuq il-perijodu sussegwenti għal din id-data, b’tali mod li ma huwiex neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar il-kwistjoni taż-żamma tal-effetti ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Arbuzov vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑289/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:445">EU:T:2020:445</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kunsill tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal‑<DATE ISO="20210304">4 ta’ Marzu 2021</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl‑Ukraina u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal‑<DATE ISO="20210304">4 ta’ Marzu 2021</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina huma annullati sa fejn isem Oleksandr Viktorovych Klymenko nżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Spielmann</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Mastroianni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Brkan</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’seduta bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil‑<DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>