16.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10079 — SARP/Suez RV Osis)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 54/05)

1.   

Fid-9 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Société d’Assainissement Rationnel et de Pompage (“SARP”, Franza), ikkontrollata minn Veolia Environnement (Franza);

—

Suez RV OSIS (“OSIS”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Suez.

SARP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ OSIS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

SARP: fornitur ta’ servizzi għall-manutenzjoni tad-drenaġġ u networks u xogħlijiet ta’ tindif industrijali, prinċipalment fi Franza. SARP hija kkontrollata minn Veolia Environnement, fornitur ta’ servizzi tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija;

—

OSIS: fornitur tas-servizzi fis-setturi tal-manutenzjoni tan-networks tad-drenaġġ u x-xogħlijiet u t-tindif industrijali fi Franza, il-Belġju u l-Lussemburgu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.10079 — SARP/Suez RV Osis

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles

BELGIQUE


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366 tal-14.12.2013, p. 5.