Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2004 tat-23 ta' April 2004 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE - Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1644/2003 (EMSA)
Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0009 - 0009
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 40/2004 tat-23 ta' April 2004 li temenda l-Anness XIII (Trasport) li jinsab mal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunitat Konġunt ŻEE Nru 2/2004 tas-6 ta' Frar 2004 [1]. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1644/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar Sigurtà Marittima [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 56o (Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim: ", kif emendat bi: — 32003 R 1644: Regolament (KE) Nru 1644/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 10)." Artikolu 2 It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1644/2003 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġija, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' April 2004, kemm-il darba li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE tal-, u fis-Suppliment ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 116, tat-22.04.2004, p. 42. [2] ĠU L 245, tad-29.09.2003, p. 10. [3] Ma huma indikati ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------