26.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8872 — Advent International/Laird)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 146/06)

1.

Fid-19 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Laird PLC (“Laird”, ir-Renju Unit).

Advent takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Laird kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Advent: investitur dinji ta’ ekwità privata li tiffoka fuq l-investimenti f’ħames setturi ewlenin, jiġifieri servizzi finanzjarji u tan-negozju; il-kura tas-saħħa; industrijali; il-bejgħ bl-imnut, tal-konsumatur u ta’ rikreazzjoni; u t-teknoloġija, il-mezzi tax-xandir u tat-telekomunikazzjoni. Fost kumpaniji oħra ta’ portafoll, Advent hija proprjetarja ta’ Idemia, kumpanija dinjija li tiżviluppa, timmanifattura u tikkummerċjalizza prodotti u servizzi ta’ teknoloġija tas-sigurtà għat-telekomunikazzjonijiet, ħlasijiet u s-swieq tal-identità.

—   Laird: kumpanija dinjija li tipprovdi sistemi, komponenti u soluzzjonijiet li jippermettu konnettività f’applikazzjonijiet mingħajr fili u kritika għall-missjonijiet u sistemi ta’ antenna u elettronika tal-protezzjoni minn interferenzi elettromanjetiċi u s-sħana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8872 — Advent International/Laird

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.