European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5443

5.9.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ April 2024

li tissostitwixxi membru fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

(C/2024/5443)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

1.

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027.

2.

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Carlos ARRANZ CORDERO, sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvernijiet.

3.

Il-gvern ta' Spanja nnomina kandidata għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Aitana GARÍ PÉREZ hija b'dan maħtura membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sur Carlos ARRANZ CORDERO, għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ April 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

D. CLARINVAL


(1)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(2)   ĠU C 116, 31.3.2023, p. 19.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5443/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)