|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3121 |
10.6.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12369 — LIBERTY GLOBAL / VODAFONEZIGGO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/3121)
1.
Fl-1 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Liberty Global Holding B.V. (“LGH”, in-Netherlands) ikkontrollata minn Liberty Global Limited (“Liberty Global”, Bermuda), |
|
— |
VodafoneZiggo Group Holding B.V. (“VodafoneZiggo”, in-Netherlands), ikkontrollata b’mod konġunt minn Liberty Global u Vodafone Group Plc (ir-Renju Unit). |
LGH se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eskużiv tat-totalità ta’ VodafoneZiggo.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
LGH hija parti minn Liberty Global Limited, kumpanija internazzjonali konverġenti tas-servizzi tal-internet broadband, tal-vidjo, tat-telefonija b’linja fissa u tal-komunikazzjoni mobbli. |
|
— |
VodafoneZiggo hija fornitur ta’ servizzi tal-broadband, tal-mowbajl, tal-vidjo u tal-komunikazzjoni integrata u tad-divertiment lill-konsumaturi u lin-negozji madwar in-Netherlands. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12369 — LIBERTY GLOBAL / VODAFONEZIGGO
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
IL-BELĠJU/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3121/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)