31.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/2096

tas-27 ta’ Ottubru 2022

dwar il-ħatra tal-Kmandant tat-Taħriġ dwar l-Armi Kombinati għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (EUMAM Ukraine/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1968 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine).

(2)

L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 jistipula li għandu jiġi stabbilit fil-livell operazzjonali Kmand għat-Taħriġ tal-Armi Kombinati (CAT-C) multinazzjonali.

(3)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ħatra tal-Kmandanti tal-UE għall-EUMAM Ukraine, inkluż il-Kmandant għat-Taħriġ tal-Armi Kombinati.

(4)

Fil-21 ta’ Ottubru 2022, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Maġġur Ġeneral Piotr TRYTEK bħala l-Kmandant għat-Taħriġ tal-Armi Kombinati.

(5)

Fl-24 ta’ Ottubru 2022, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra, mis-27 ta’ Ottubru 2022, tal-Maġġur Ġeneral Piotr TRYTEK bħala l-Kmandant għat-Taħriġ tal-Armi Kombinati għall-EUMAM Ukraine.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Maġġur Ġeneral Piotr TRYTEK huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant għat-Taħriġ tal-Armi Kombinati għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) mis-27 ta’ Ottubru 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 270, 18.10.2022, p. 85.