Brussell, 7.6.2022

COM(2022) 266 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

L-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2023 f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

L-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2023 f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027

1.introduzzjoni

Din il-komunikazzjoni tipprovdi lill-awtorità baġitarja bir-riżultat tal-aġġustament tekniku qabel il-proċedura baġitarja għas-sena 2023 f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 1 (ir-“Regolament QFP”). B’mod partikolari, l-aġġustament tekniku jistabbilixxi l-limiti massimi tan-nefqa bil-prezzijiet attwali bbażati fuq id-deflatur fiss ta’ 2 % kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament QFP.

Abbażi tal-aħħar previżjonijiet ekonomiċi 2 , il-komunikazzjoni tipprovdi wkoll il-kalkolu tal-marġni taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea li tkun fis-seħħ fi żmien tal-adozzjoni ta’ din il-komunikazzjoni.

Il-komunikazzjoni tippreżenta wkoll l-ammonti disponibbli taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku skont l-Artikolu 11(1)(a) u 11(1)(c), l-aġġustament tal-limitu massimu tal-pagamenti f’konformità mal-Artikolu 11(1)(b) u l-aġġustamenti speċifiċi għall-programm kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament QFP.

Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament QFP, il-Kummissjoni tagħmel l-aġġustament tekniku fil-qafas finanzjarju u kull sena se tikkomunika r-riżultati lill-awtorità baġitarja, qabel il-proċedura baġitarja għas-sena n+1.

Skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-QFP, u mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 7 ta’ dak ir-Regolament, ma jsir l-ebda aġġustament tekniku ulterjuri fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korrezzjonijiet ex post matul is-snin ta’ wara.

2.It-termini tal-aġġustament tat-tabella tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (l-Anness - it-tabelli 1-2)

It-Tabella 1 fl-Anness turi l-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE fi prezzijiet tal-2018 tar-Regolament QFP aġġustati skont l-Artikolu 2(1), 5(2) u 11 ta’ dak ir-Regolament.

It-tabella 2 fl-Anness turi l-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE aġġustat bil-prezzijiet attwali.

Il-qafas finanzjarju espress bħala perċentwal tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-Unjoni huwa aġġornat bl-aħħar previżjonijiet ekonomiċi. Skont din il-bażi, l-ING tal-UE għall-2023 huwa stabbilit għal EUR 16 342 510 miljun fi prezzijiet attwali.

2.1.Ir-riżultati ewlenin tal-aġġustament tekniku tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2023

Il-limitu massimu globali tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2023 huwa ta’EUR 182 667 miljun fi prezzijiet attwali, li huwa ekwivalenti għal 1,12 % tal-ING. Il-limitu massimu kumplessiv tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament jikkorrispondi għal EUR 168 575 miljun fi prezzijiet attwali, ekwivalenti għal 1,03 % tal-ING.

Fl-1 ta’ Ġunju 2021, daħlet fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji (“DRP 2020”) 3 . Din tapplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2021. Il-limitu massimu tar-riżorsi proprji għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa stabbilit għal 2,00 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha. Minn dan, 0,60 punti perċentwali huma żieda temporanja għall-iskop uniku li jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw mill-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea 4 .

Il-marġini li jirriżulta għall-2023 bejn il-limitu massimu tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 158 275 miljun, jew 0,97 % tal-ING 5 .

It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi informazzjoni għall-perjodu 2021-2027 dwar il-marġni (f’perċentwal tal-ING) bejn il-limitu massimu tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

F’% tal-ING tal-UE

2021

2022 6

2023

2024

2025

2026

2027

2021-2027

Il-limitu massimu tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament

1,18 %

1,14%%

1, 03%

0,99 %

0,96 %

0,94 %

0,93 %

1,02 %

Marġni taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji tal-ING ta’ 2,00 % fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053

0,02 %

0,86 %

0, 97 %

1,01 %

1,04 %

1,06 %

1,07 %

0,98% 7

2.2.Aġġustament tas-sottolimitu massimu għall-Intestatura 3

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament QFP, is-sottolimitu għall-Intestatura 3 għan-nefqa relatata mas-suq u għall-pagamenti diretti (l-ewwel pilastru tal-politika agrikola komuni - PAK) għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jiġi aġġustat wara li jsiru t-trasferimenti bejn l-ewwel u t-tieni pilastri tal-PAK, f’konformità mal-att legali li jistabbilixxi dawn it-trasferimenti. L-ammont totali tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Intestatura 3 ma jinbidilx.

Is-sottolimitu għall-Intestatura 3 ġie aġġustat għat-tielet darba 8 fl-aġġustament tekniku tal-QFP għall-2023.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifiki tat-trasferimenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni kienet l-1 ta’ Awwissu 2021. Ir-riżultat ġie stabbilit fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni 2022/42 9 tat-8 ta’ Novembru 2021 u 2022/648 tal-15 ta’ Frar 2022 10 . Dawn it-trasferimenti koprew it-tnaqqis tal-pagamenti u l-flessibbiltà bejn il-pilastri f’konformità mal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11(6), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 14(1), is-seba’ subparagrafu, u l-Artikolu 14(2), is-seba’ subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 11 . Dawn l-emendi jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 12 għas-sena 2023.

Il-bidliet fil-prezzijiet attwali fis-sottolimitu tal-Intestatura 3 huma kkonvertiti fi prezzijiet tal-2018 biex tiġi aġġustata t-tabella tal-qafas finanzjarju pluriennali li hija espressa fi prezzijiet tal-2018. Għal dan l-għan il-bilanċ nett tat-trasferimenti l-ewwel jiġi kkonvertit fi prezzijiet tal-2018 billi jintuża d-deflatur annwali fiss ta’ 2 %. Dan ir-riżultat imbagħad jiġi arrotondit ’il fuq sabiex jiġi espress is-sottolimitu aġġustat f’miljuni ta’ euro. L-arrotondiment huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li s-sottolimitu tal-QFP ikun dejjem ogħla mill-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa fil-baġit annwali għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). Id-differenza żgħira li tirriżulta ma tikkostitwixxix marġni disponibbli, iżda tirriżulta esklużivament mill-operazzjoni tal-arrotondiment. Għal kull baġit annwali, il-Kummissjoni se tuża l-ammonti eżatti tal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG.

It-tabella ta’ hawn taħt turi r-riżultat nett (f’miljuni ta’ euro) tat-trasferiment bejn iż-żewġ pilastri tal-PAK u l-impatt tagħhom fuq is-sottolimitu tal-Intestatura 3.

Is-sottolimitu tal-FAEG (nefqiet relatati mas-suq u pagamenti diretti) wara t-trasferimenti fi prezzijiet attwali u tal-2018

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2021-2027

- fi prezzijiet attwali -

Is-sottolimitu H3 inizjali

40 925,000

41 257,000

41 518,000

41 649,000

41 782,000

41 913,000

42 047,000

291 091,000

Is-sottolimitu H3 stabbilit fl-aħħar aġġustament tekniku (2022)

40 368,000

41 257,000

41 518,000

41 649,000

41 782,000

41 913,000

42 047,000

290 534,000

Trasferimenti netti sal-lum

- 557,046

- 618,811

- 1 175,857

Trasferiment nett fl-aġġustament tekniku attwali (2023)

-825,789

-825,789

Trasferimenti netti totali (mill-Pilastru 1 għall-Pilastru 2) meta mqabbla mas-sublimitu inizjali

- 557,046

- 618,811

-825,789

0,000

0,000

0,000

0,000

-2 001,646

Bilanċ nett tal-FAEG wara t-trasferimenti kollha

40 367,954

40 638,189

40 692,211

41 649,000

41 782,000

41 913,000

42 047,000

289 089,354

Sottolimitu H3 wara t-trasferimenti

40 368,000

40 639,000

40 693,000

41 649,000

41 782,000

41 913,000

42 047,000

289 091,000

Differenza tal-arrotondament

0,046

0,811

0,789

0,000

0,000

0,000

0,000

1,646

Differenza għas-sottolimitu oriġinali wara t-trasferimenti kollha

- 557,000

- 618,000

-825,000

0,000

0,000

0,000

0,000

-2 000,000

- fi prezzijiet tal-2018 -

Sottolimitu H3 inizjali

38 564,000

38 115,000

37 604,000

36 983,000

36 373,000

35 772,000

35 183,000

258 594,000

Is-sottolimitu H3 stabbilit fl-aħħar aġġustament tekniku (2022)

38 040,000

38 115,000

37 604,000

36 983,000

36 373,000

35 772,000

35 183,000

258 070,000

Trasferimenti netti sal-lum

- 524,375

- 571,595

- 1 095,970

Trasferiment nett fl-aġġustament tekniku attwali (2023)

-747,811

-747,811

Trasferimenti netti totali (mill-Pilastru 1 għall-Pilastru 2) meta mqabbla mas-sublimitu inizjali

- 524,375

- 571,595

-747,811

0,000

0,000

0,000

0,000

-1 843,781

Bilanċ nett tal-FAEG wara t-trasferimenti kollha

38 039,625

37 543,405

36 856,189

36 983,000

36 373,000

35 772,000

35 183,000

256 750,219

Sottolimitu H3 wara t-trasferimenti

38 040,000

37 544,000

36 857,000

36 983,000

36 373,000

35 772,000

35 183,000

256 752,000

Differenza tal-arrotondament

0,375

0,595

0,811

0,000

0,000

0,000

0,000

1,781

Differenza għas-sottolimitu oriġinali wara t-trasferimenti kollha

- 524,000

- 571,000

-747,000

0,000

0,000

0,000

0,000

-1 842,000

2.3.Aġġustamenti speċifiċi għall-programm f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament QFP

Skont l-Artikoli 5(2) u 4(1)(e) tar-Regolament QFP, din il-komunikazzjoni tinkludi l-kalkolu, għas-sena 2023, tal-allokazzjonijiet addizzjonali għall-programmi speċifiċi msemmija fl-Anness II tar-Regolament QFP u l-aġġustamenti ’l fuq li jirriżultaw tal-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Għall-2021, id-dħul mill-multi (u l-imgħax relatat) imposti skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 13 u (KE) Nru 139/2004 14 u rreġistrati bħala dħul baġitarju sal-aħħar tas-sena jammonta għal EUR 1 233 miljun 15 (EUR 1 117 miljun fi prezzijiet tal-2018). Dan l-ammont huwa taħt il-limitu minimu ta’ EUR 1 500 miljun fi prezzijiet tal-2018. Għalhekk, il-limitu minimu jipprovdi l-volum totali tal-aġġustament għall-2023 bil-prezzijiet tal-2018.

L-aġġustament fil-prezzijiet attwali jammonta għal EUR 1 657 miljun wara l-applikazzjoni tad-deflatur annwali ta’ 2 % u arrotondament sa miljun euro f’konformità ma’ kif jiġu espressi l-limiti massimi tal-QFP. Dan l-ammont jikkorrispondi għall-aġġustament ’il fuq tal-limitu massimu kumplessiv f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-limitu massimu f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-sena 2023.

Id-disaggregazzjoni tal-aġġustament skont l-intestatura u l-programm tal-QFP hija bbażata fuq il-kolonna “Koeffiċjent tad-distribuzzjoni” tal-Anness II tar-Regolament QFP. L-aġġustamenti tal-limiti massimi individwali f’approprjazzjonijiet ta’ impenn huma arrotonditi għall-eqreb miljun euro 16 .

LIMITI MASSIMI TA’ IMPENN:

Prezzijiet attwali

prezzijiet tal-2018

1. Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

602 000 000

545 000 000

Orizzont Ewropa

451 500 000

408 750 000

Fond InvestEU

150 500 000

136 250 000

2b. Reżiljenza u Valuri

904 000 000

819 000 000

EU4Health

437 302 384

395 912 558

Erasmus+

256 202 383

232 112 557

Ewropa Kreattiva

90 317 140

81 824 931

Drittijiet u Valuri

120 478 093

109 149 954

4. Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

151 000 000

136 000 000

Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

151 000 000

136 000 000

Limitu massimu tal-impenn totali:

1 657 000 000

1 500 000 000

LIMITU MASSIMU TA’ PAGAMENT:

1 657 000 000

1 500 000 000

2.4.Aġġustament tal-limitu massimu ta’ pagament skont l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 11(1)(b) — Strument ta’ Marġni Uniku.

F’konformità mal-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament QFP, l-aġġustament tekniku għandu jinkludi l-ammont ta’ aġġustament tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament taħt l-Istrument ta’ Marġni Uniku (SMI) kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1).

F’konformita mal-Artikolu 11(1)(b), dan l-aġġustament jitwettaq għall-ewwel darba fl-2022 għall-aġġustament tekniku tal-2023.

Il-limitu massimu ta’ pagament għall-2021 kien ta’ EUR 166 140 miljun fi prezzijiet attwali. Il-pagamenti eżegwiti fl-2021 jammontaw għal EUR 165 587 miljun. Ma’ dan l-ammont iridu jiżdiedu (EUR 2 226 miljun) ir-riporti mill-2021 għall-2022 peress li dawn jitqiesu bħala eżegwiti.

Il-pagamenti u r-riporti relatati mal-istrumenti speċjali (EUR 4 316-il miljun) huma esklużi mill-eżekuzzjoni peress li huma ttrattati bħala li jmorru lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament QFP. Għaldaqstant l-eżekuzzjoni meqjusa għall-kalkolu tal-SMI hija ta' EUR 163 496 miljun.

Il-marġni li jifdal taħt il-limitu massimu ta’ pagament għall-2021 huwa ta’ EUR 2 644 miljun fi prezzijiet attwali.

It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tal-kalkolu tal-SMI parti 11(1)(b).

Strument ta’ Marġini Uniku parti 11(1)(b) (pagamenti)

Miljun EUR

 

2021

 

 

 

(1)

Limitu massimu tal-PA (prezzijiet tal-2018) qabel SMI 11(1)(b)

156 557,0

(2)

Limitu massimu tal-PA (prezzijiet attwali) qabel SMI 11(1)(b)

166 140,0

(3)

Mobilizzazzjoni tal-SMI Art. 11(1)(c) f’pagamenti (+/-)

0,0

(4) = (2) + (3)

LIMITU MASSIMU TOTALI BIEX TITQABBEL L-IMPLIMENTAZZJONI FUQ IL-BAĠIT IVVOTAT

166 140,0

(5)

Pagamenti eżegwiti fuq il-baġit ivvotat

165 586,5

(6)

Pagamenti eżegwiti fuq il-baġit ivvotat għall-FEG

9,7

(7)

Pagamenti eżegwiti fuq il-baġit ivvutat għas-SEAR — FSUE

791,4

(8)

Pagamenti eżegwiti fuq il-baġit ivvutat għas-SEAR — EAR

455,5

(9)

Pagamenti eżegwiti fuq il-baġit ivvutat għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit

407,2

(10)

Pagamenti eżegwiti fuq il-baġit ivvotat għall-Istrument ta’ Flessibbiltà

1 286,6

(11) = (6) + (7) + (8) +

+ (9) + (10)

Pagamenti eżegwiti fuq il-baġit ivvotat għall-istrumenti speċjali

2 950,4

(12)

Riporti mis-sena n għas-sena n+1

2 225,5

(13)

Riport mis-sena n għas-sena n + 1 għall-FEG

0,0

(14)

Riport mis-sena n għas-sena n + 1 għas-SEAR

74,5 

(15)

Riport mis-sena n għas-sena n + 1 għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit

1 290,7 

(16) = (13) + (14) + (15)

Riporti ta’ strumenti speċjali

1 365,2

(17)

Riporti li skadew mis-sena n-1 għas-sena n

0,0 

(18)

Riport skadut mis-sena n-1 għas-sena n FEG

0,0 

(19)

Riport skadut mis-sena n-1 għas-sena n SEAR

0,0 

(20)

Riport mis-sena n-1 għas-sena n għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit

0,0 

(21) = (18) + (19) + (20)

Riporti li skadew ta’ strumenti speċjali

0,0 

(22) = (5) + (12) - (17)

TOTAL TA’ PAGAMENTI EŻEGWITI n + RIPORT n GĦAL n+1 - RIPORT SKADUT n-1

167 812,0 

(23) = (11) + (16) - (21)

Strumenti speċjali: eżekuzzjoni totali + riport - riport skadut

4 315,6 

(24) = (4) - (22) + (23)

Marġni li jifdal

2 643,6

(25) = (24) arrotondit għal miljuni

Strument ta’ Marġni Uniku part 11(1)(b)  
(prezzijiet attwali)

2 644,0

 (26) = (25) aġġustati għall-prezzijiet tal-2018 bl-użu ta’ deflatur ta’ 2 % u arrotonditi għal miljuni

 Strument ta’ Marġni Uniku part 11(1)(b)  
(prezzijiet tal-2018)

2 492,0

L-ammont tal-SMI parti 11(1)(b) fi prezzijiet tal-2018 jikkorrispondi għal EUR 2 492 miljun. B’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3), il-limitu massimu ta’ pagament fl-2021 għandu jitnaqqas b’dan l-ammont. L-ammont tal-parti 11(1)(b) tal-SMI huwa trasferit għal-limiti massimi tal-pagamenti tas-snin 2022 (EUR 1 246 miljun) u tal-2023 (EUR 1 246 miljun). Dan jirriżulta f’limitu massimu kumplessiv ta’ pagament mhux mibdul għall-perjodu 2021-2027 fi prezzijiet tal-2018.

F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament QFP, id-deflatur ta’ 2 % għandu jintuża għall-kalkolu tal-parti 11(1)(b) tal-SMI u l-aġġustament korrispondenti tal-limitu massimu tal-pagamenti. Il-limitu massimu tal-2021 fi prezzijiet attwali għalhekk jitnaqqas b’EUR 2 644 miljun u l-limitu massimu fil-prezzijiet attwali jiżdied b’EUR 1 349 miljun għall-2022 u b’EUR 1 376 miljun għall-2023. B’riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 11(1)(b), il-limitu massimu kumplessiv ta’ pagament fi prezzijiet attwali għall-perjodu 2021-2027 jikkorrispondi għal EUR 1 196 916 miljun.

It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tal-aġġustament tal-limitu massimu tal-pagamenti li jirriżulta mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(1)(b).

Aġġustament tal-limiti massimi SMI parti 11(1)(b)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2021-2027

Limitu massimu ta’ pagament inizjali (l-Anness I tar-Regolament 2020/2093)

 

 

 

 

 

 

 

 

prezzijiet tal-2018

156 557

154 822

149 936

149 936

149 936

149 936

149 936

1 061 058

prezzijiet attwali

166 140

167 585

165 542

168 853

172 230

175 674

179 187

1 195 211

Limitu massimu tal-pagamenti kif aġġustat l-aħħar (l-aġġustament tal-Art. 7 COM(2022)80 tat-28 ta’ Jannar 2022),

 

 

 

 

 

 

 

 

prezzijiet tal-2018

156 557

156 322

149 936

149 936

149 936

149 936

149 936

1 062 558

prezzijiet attwali

166 140

169 209

165 542

168 853

172 230

175 674

179 187

1 196 835

Strument ta’ Marġini Uniku Parti (1)(b) mill-2021

 

 

 

 

 

 

 

 

aġġustament tal-limitu massimu ta’ pagament (prezzijiet tal-2018)

-2 492

1 246

1 246

 

 

0

aġġustament tal-limitu massimu ta’ pagament (prezzijiet attwali)

-2 644

1 349

1 376

 

 

81

Limitu massimu aġġustat ta’ pagament skont l-Artikolu 11(1)(b) (Aġġustament tekniku għall-2023)

 

 

 

 

 

 

 

 

prezzijiet tal-2018

154 067

157 568

151 182

149 936

149 936

149 936

149 936

1 062 558

prezzijiet attwali

163 496

170 558

166 918

168 853

172 230

175 674

179 187

1 196 916

3.Strumenti speċjali 

L-istrumenti speċjali huma disponibbli barra mil-limiti massimi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021–2027. Dawn l-istrumenti għandhom l-għan li jiżguraw rispons rapidu għal ċirkustanzi eċċezzjonali jew mhux previsti, u li jipprovdu, sa ċerti limiti, flessibbiltà lil hinn mil-limiti massimi tan-nefqa miftiehma stabbiliti fir-Regolament QFP.

3.1.Strumenti Tematiki Speċjali

3.1.1.Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament QFP, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) 17 jista’ jiġi mobilizzat sa massimu ta’ EUR 186 miljun fis-sena bil-prezzijiet tal-2018, jew EUR 205,4 miljun bil-prezzijiet attwali għall-2023 18 . Ammonti mhux użati mis-sena ta’ qabel ma jistgħux jiġu riportati.

It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tad-disponibbiltà u tal-mobilizzazzjoni annwali tal-FEG fl-2021.

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) - impenji

EUR miljuni

 

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Totali

Ammonti annwali fi prezzijiet tal-2018

186,0

186,0

186,0

186,0

186,0

186,0

186,0

1 302,0

Ammonti annwali fi prezzijiet attwali

197,4

201,3

205,4

209,5

213,7

217,9

222,3

1 467,4

Mobilizzazzjoni annwali

24,0

24,0

Skaduti

173,4

173,4

3.1.2.Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament QFP, ir-Riżerva għal Għajnuna f’Emerġenza (SEAR) tista’ tiġi mobilizzata sa massimu ta’ EUR 1 200 miljun kull sena bi prezzijiet tal-2018, jew EUR 1 324,9 miljun bi prezzijiet attwali għall-2023. Kwalunkwe ammont mhux użat tas-sena preċedenti jista’ jiġi riportat għas-sena ta’ wara. Il-parti tal-ammont annwali li tirriżulta mis-sena preċedenti għandha tintuża l-ewwel. Kwalunkwe parti mill-ammont annwali mis-sena n li ma tintużax fis-sena n+1 għandha tiskadi.

Ammont ta’ EUR 40 776 273, li baqa’ ma ntużax sa tmiem l-2021, ġie riportat mill-2021 għall-2022.

It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tad-disponibbiltà annwali u l-mobilizzazzjoni tal-SEAR.

Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza (SEAR) - impenji

EUR miljuni

 

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Totali

Ammonti annwali fi prezzijiet tal-2018

1 200,0

1 200,0

1 200,0

1 200,0

1 200,0

1 200,0

1 200,0

8 400,0

Ammonti annwali fi prezzijiet attwali

1 273,5

1 298,9

1 324,9

1 351,4

1 378,4

1 406,0

1 434,1

9 467,2

Riportati mis-sena preċedenti

48,0

40,8

Fornut minn qabel mis-sena ta’ wara (FSUE)

-

Mobilizzazzjoni annwali

1 280,7

1 280,7

Riportati għas-sena ta’ wara

40,8

Skaduti

-

3.1.3.Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit

F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament QFP, ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit tista’ tiġi mobilizzata soġġett għal u f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-istrument rilevanti għal ammont totali massimu ta’ EUR 5 000 miljun fi prezzijiet tal-2018 jew EUR 5 470,4 miljun fi prezzijiet attwali matul il-perjodu 2021-2025.

Il-profil għall-ammonti annwali għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit huwa stabbilit fl-att bażiku rilevanti 19 . It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tal-profil tal-allokazzjoni annwali tal-ammont kumplessiv f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-mobilizzazzjoni fl-2021:

Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit — impenji

EUR miljuni

 

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Totali

Ammonti annwali fi prezzijiet tal-2018

1 600,0

1 200,0

1 200,0

1 000,0

5 000,0

Ammonti annwali fi prezzijiet attwali

1 697,9

1 298,9

1 324,9

1 148,7

5 470,4

Mobilizzazzjoni annwali

1 697,9

1 697,9

3.2.Strumenti Speċjali mhux Tematiċi

3.2.1.Strument ta’ Marġni Uniku

3.2.1.1. Ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku parti 11(1)(a)

F’konformità mal-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament QFP, il-Kummissjoni għandha tikkalkula u tikkomunika, bħala parti mill-aġġustament tekniku annwali tal-QFP, l-ammont disponibbli f’approprjazzjonijiet ta’ impenn taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku (SMI) kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1). Dan l-ammont qed jiġi kkalkulat għall-ewwel darba f’din il-komunikazzjoni.

L-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament QFP jipprevedi li l-marġnijiet li jibqgħu disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena n-1 se jkunu disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-snin 2022 sa 2027.

Fil-baġit annwali finali tal-UE għall-2021, il-marġni li baqa’ disponibbli taħt il-limitu massimu tal-impenji jammonta għal EUR 629,0 miljun fi prezzijiet attwali. L-impenji fuq l-Istrumenti Speċjali (inkluż il-mobilizzazzjoni tal-partijiet 11(1)(a) u 11(1)(c) tal-SMI) ma jitqisux peress li jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament QFP.

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament QFP, id-deflatur fiss annwali ta’ 2 % għandu jintuża għall-kalkolu tal-aġġustament tekniku. L-ammont tal-marġni li jifdal mill-2021 li għandu jsir disponibbli għall-2022 jikkorrispondi għal EUR 629,0 miljun fi prezzijiet attwali fl-2021, jew EUR 641,5 miljun fi prezzijiet attwali fl-2022. F’każ li ma jintużax fl-2022, l-SMI disponibbli fl-2023 għalhekk se jkun ta’ EUR 654,4 miljun (fi prezzijiet attwali fl-2023).

It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tal-kalkolu tal-SMI li joriġina mill-2021.

Art. 11(1)(a) tal-SMI - li joriġina fl-2021

EUR miljuni - prezzijiet attwali

(1)

Limitu massimu CA 2021 (fil-31/12/2021)

163 483,000

(2)

Approprjazzjonijiet totali awtorizzati tal-baġit tal-2021

166 833,206

(3)= (4)+(5)+(6)+

+(7)+(8)+(9)

li minnhom strumenti speċjali:

3 979,172

(4)

SEAR (Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea + Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza)

1 321,432

(5)

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

197,385

(6)

Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit

1 697,933

(7)

Strument ta’ Flessibbiltà

762,423

(8)

SMI 11(1)(c) mobilizzat fl-2021 (nett mit-tpaċija li saret fl-2021)

-

(9)

SMI 11(1)(a) mobilizzat fl-2021

mhux applikabbli

(10)= (1)-(2)+(3)

SMI 11(1)(a) 2021 (prezzijiet attwali)

628,966

(11)

SMI 11(1)(a) (prezzijiet tal-2018)

592,689

(12) = (10)*1,02

SMI 11(1)(a) disponibbli fl-2022 (prezzijiet attwali)

641,545

(13)= (12)*1,02

SMI 11(1)(a) disponibbli fl-2023 (prezzijiet attwali)

654,376

3.2.1.2. Ammonti massimi totali f’impenji u pagamenti li jistgħu jiġu mobilizzati taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku partijiet 11(1)(a) u 11(1)(c).

L-ammont massimu totali msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2) huwa 0,04 % tal-ING tal-UE, li huwa ekwivalenti għal EUR 6 537,0 miljun fl-2023.

L-ammont massimu totali msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2) huwa 0,03 % tal-ING tal-UE, li huwa ekwivalenti għal EUR 4 902,8 miljun fl-2023.

3.2.2.Strument ta’ Flessibbiltà

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament QFP, l-Istrument ta’ Flessibbiltà jista’ jiġi mobilizzat sal-ammont annwali massimu ta’ EUR 915-il miljun fi prezzijiet tal-2018, jew EUR 1 010,2 miljun fi prezzijiet attwali għall-2023. Kwalunkwe porzjon tal-ammonti annwali mhux użat tas-sentejn preċedenti jista’ jiġi riportat.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti dettalji dwar id-disponibbiltajiet u l-mobilizzazzjoni annwali tal-Istrument ta’ Flessibbiltà f’approprjazzjonijiet ta’ impenn sal-baġit adottat tal-2022 20 .

Strument ta’ Flessibbiltà

EUR miljuni

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Totali

Ammonti annwali fi prezzijiet tal-2018

915,0

915,0

915,0

915,0

915,0

915,0

915,0

6 405,0

Ammonti annwali fi prezzijiet attwali

971,0

990,4

1 010,2

1 030,4

1 051,0

1 072,1

1 093,5

7 218,7

Riportati mis-sena preċedenti

-

208,6

Mobilizzazzjoni annwali

762,4

368,4

1 130,9

Riportati għas-sena ta’ wara

208,6

Skaduti

-

L-iskeda tal-pagamenti tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fil-baġit adottat sal-2022 u tal-ammonti pendenti li jirriżultaw minn mobilizzazzjonijiet taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014–2020 hija spjegata fid-dettall fit-tabella li ġejja:

Strument ta’ Flessibbiltà — profil ta’ pagament (prezzijiet attwali)

EUR miljuni

Oriġini tal-mobilizzazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Totali

QFP 2014-2020

583,0

207,1

122,2

0,0

0,0

0,0

0,0

912,3

2021

703,5

40,9

10,3

7,6

0,0

0,0

0,0

762,4

2022

219,2

62,7

49,8

36,7

368,4

Totali

1 286,6

467,2

195,2

57,4

36,7

0,0

0,0

2 043, 2



4.Tabella sommarja u konklużjonijiet

It-tabelli ta’ hawn taħt jiġbru fil-qosor il-bidliet fil-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fil-qafas finanzjarju abbażi tal-Artikoli 2(1), 5 u 11(1)(b) tar-Regolament QFP bi prezzijiet attwali u tal-2018 kif inkluż f’din il-Komunikazzjoni:

EUR miljuni - prezzijiet attwali

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2021-2027

1. Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

602

602

2. Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

904

904

2a. Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

0

2b. Reżiljenza u Valuri

904

904

3. Riżorsi Naturali u Ambjent

0

li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

-825

-825

4. Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

151

151

5. Sigurtà u Difiża

0

6. Il-Viċinat u d-Dinja

0

7. Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

0

li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

0

Tibdil totali fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn

0

0

1 657

0

0

0

0

1 657

Tibdil totali fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament

-2 644

1 349

3 033

0

0

0

0

1 738

EUR miljuni - prezzijiet tal-2018

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2021-2027

1. Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

545

545

2. Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

819

819

2a. Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

0

2b. Reżiljenza u Valuri

819

819

3. Riżorsi Naturali u Ambjent

0

li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

-747

-747

4. Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

136

136

5. Sigurtà u Difiża

0

6. Il-Viċinat u d-Dinja

0

7. Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

0

li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

0

Tibdil totali fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn

0

0

1 500

0

0

0

0

1 500

Tibdil totali fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament

-2 492

1 246

2 746

0

0

0

0

1 500

(1)     ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 11
(2)    Il-Kummissjoni Ewropea, Tbassir Ekonomiku Ewropew tar-Rebbiegħa 2022: Tbassir Ekonomika Ewropew. Ir-Rebbiegħa 2022. Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu) , ( https://ec.europa.eu/info/publications/european-economic-forecast-spring-2022_mt )
(3)    ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19, ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 23.
(5)      Il-marġni speċifiku taħt iż-żieda temporanja tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji li jikkorrispondi għal 0.60 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha se jiddependi fuq in-nefqa awtorizzata għall-2023 fir-rigward tar-responsabbiltajiet skont l-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi proprji korrispondenti biex jiffinanzjawh.
(6)    F’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament QFP, il-limitu massimu tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-marġnijiet għas-snin 2021 u 2022 mhumiex aġġustati aktar wara l-aġġustament tekniku għall-2021 (ikkomunikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-18.12.2020 (COM(2020)848 final)) u fl-2022 (ikkomunikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fis-07.06.2021 (COM(2021)365 final).
(7)      Dan il-persentaġġ huwa kkalkulat billi titnaqqas il-medja tal-limiti massimi annwali tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal kull sena tal-perjodu 2021-2027 (jiġifieri 1,02 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha) mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ 2,00 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha, applikabbli matul il-perjodu kollu 2021–2027.
(8)    L-ewwel aġġustament kien deskritt fl-aġġustament tekniku tal-QFP għall-2021 (COM/2020/848 final) tat-18 ta’ Diċembru 2020. L-aġġustament għall-2022 kien deskritt f’COM(2021)365 tal-4 ta’ Ġunju 2021.
(9)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/42 tat-8 ta’ Novembru 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi nazzjonali u tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti għal ċerti Stati Membri għas-sena kalendarja 2022.
(10)      Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/648 tal-15 ta’ Frar 2022 li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti tal-appoġġ mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali fis-sena finanzjarja 2023.
(11)    Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608). Skont l-Artikolu 11(1), l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta’ pagamenti diretti b’mill-inqas 5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż EUR 150 000. F’konformità mal-Artikolu 11(6), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tnaqqis tal-pagamenti għas-sena kalendarja 2022 u bi kwalunkwe prodott stmat tat-tnaqqis sal-1 ta’ Awwissu 2021. L-Artikolu 14(1) jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu ċertu sehem mil-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti disponibbli bħala appoġġ addizzjonali taħt il-FAEŻR. L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti ċertu perċentwal tal-allokazzjonijiet tagħhom tal-FAEŻR.
(12)      Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013.
(13)      Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1 .
(14)      Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 .
(15)      Abbażi tal-kontijiet annwali proviżorji tal-2021 (l-Artikoli 420 u 424) wara t-tnaqqis tal-ammont miġbur għas-sena n-1 imsemmi fl-Artikolu 141(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
(16)      L-ammont għall-intestatura bl-ogħla sehem huwa stabbilit bħala d-differenza bejn l-aġġustament totali u s-somma tal-ammonti għall-intestaturi l-oħra kollha sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi fl-arrotondament.
(17)      Ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013, ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.
(18)      F’konformità mar-Regolament QFP, il-konverżjoni hija bbażata fuq deflatur fiss ta’ 2 %. Ir-riżultat fi prezzijiet attwali huwa espress f’miljuni u arrotondit għal tliet ċifri deċimali. Dan huwa approċċ orizzontali applikabbli għall-istrumenti speċjali kollha.
(19)      Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1).
(20)    ĠU L 45, 24.2.2022, p. 1.