<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑12/13 P</NO.CASE><NO.CASE>C‑13/13 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0012</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2284">EU:C:2014:2284</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141014">14.10.2014</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C‑12/13 P U C-13/13 P</P><P>BUONO <HT TYPE="ITALIC">ET</HT> vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Politika komuni tas-sajd</KEYWORD><KEYWORD>Kwoti tas-sajd</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri urġenti adottati mill-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Dannu reali u ċert</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-12/13 P u C-13/13 P,</P><P>Li għandhom bħala suġġett żewġ appelli abbażi tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati fl-<DATE ISO="20130104">4 ta’ Jannar 2013</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gérard Buono</HT>, residenti f’Agde (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Jean-Luc Buono</HT>, residenti f’Agde,</P><P><HT TYPE="BOLD">Roger Del Ponte</HT>, residenti f’Balaruc-les-Bains (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Serge Antoine Di Rocco</HT>, residenti f’Sète (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Jean Gérald Lubrano</HT>, residenti f’Balaruc-les-Bains,</P><P><HT TYPE="BOLD">Jean Lubrano</HT>, residenti f’Port-Vendres (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Jean Lucien Lubrano</HT>, residenti f’Saleilles (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Fabrice Marin</HT>, residenti f’Frontignan (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Robert Marin</HT>, residenti f’Balaruc-les-Bains,</P><P>irrappreżentati minn A. Arnaud u P.-O. Koubi-Flotte, avukati (C‑12/13 P),</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Syndicat des thoniers méditerranéens</HT>, stabbilit f’Marseille (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Marc Carreno</HT>, residenti f’Sète (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Jean Louis Donnarel</HT>, residenti f’Lourmarin (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Jean-François Flores</HT>, residenti f’Sète,</P><P><HT TYPE="BOLD">Gérald Jean Lubrano</HT>, residenti f’Balaruc-les-Bains,</P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Hervé Marin</HT>, residenti f’Balaruc-le-Vieux (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Nicolas Marin</HT>, residenti f’Frontignan,</P><P><HT TYPE="BOLD">Sébastien Marin</HT>, residenti f’Bouzigues (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Serge Antoine José Perez</HT>, residenti f’Sorède (Franza),</P><P>irrappreżentati minn C. Bonnefoi, avukat (C‑13/13 P),</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Bouquet u D. Nardi, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, viċi President, A. Tizzano, R. Silva de Lapuerta, E. Juhász, A. Borg Barthet u J. L. da Cruz Vilaça, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, J. Malenovský, E. Levits (Relatur), C. Vajda, S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Bl-appell tagħhom, Gérard Buono, Jean-Luc Buono, Roger Del Ponte, Serge Antoine Di Rocco, Jean Gérald Lubrano, Jean Lubrano, Jean Lucien Lubrano, Fabrice Marin u Robert Marin (Kawża C-12/13 P) kif ukoll is-Syndicat des thoniers méditerranéens (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>STM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), Marc Carreno, Jean-Louis Donnarel, Jean-François Flores, Gérald Jean Lubrano, Hervé Marin, Nicolas Marin, Sébastien Marin u Serge Antoine José Perez (Kawża C-13/13 P) jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Syndicat des thoniers méditerranéens <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (T‑574/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:583">EU:T:2012:583</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-ksib tad-danni allegatament subiti minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2008">ĠU L 155, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, tal-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE>, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 5, p. 460), għandu l-għan li jistabbilixxi approċċ fuq medda ta’ snin ta’ amministrazzjoni tas-sajd biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ dan is-settur.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2371/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Miżuri ta’ emerġenza tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ikun jidher li hemm xi theddida serja għall-konservazzjoni ta’ riżorsi akwatiċi ħajjin, jew għall-eko-sistema tal-baħar b’riżultat ta’ attivitajiet tas-sajd u jkun hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista’ tiddeċiedi fuq xi miżuri ta’ emerġenza li m’għandhomx ikunu għal aktar minn sitt xhur. Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni ġdida biex ittawwal iż-żmien dwar il-miżuri ta’ emerġenza b’mhux aktar minn sitt xhur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru għandu jgħaddi t-talba fl-istess ħin lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati. Jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun waslet it-talba.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħmistax-il ġurnata wara l-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri ta’ emerġenza għandhom jibdew iseħħu minnufih. Għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri konċernati, u pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ġranet mill-wasla tan-notifikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mill-wasla tat-talba riferita lilu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2371/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar il-limiti ta’ qbid u/jew opportunitajiet tas-sajd u dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif ukoll dwar il-kondizzjonijiet assoċjati ma’ dawk il-limiti. Opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri b’mod li jassigura lil kull Stat Membru stabbilità relattiva ta’ attivitajiet tas-sajd għal kull ħażna jew żona tas-sajd.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-Komunità tistabbilixxi opportunitajiet tas-sajd ġodda il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta’ dawk l-opportunitajiet, waqt li jqis l-interessi ta’ kull Stat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi, għal bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, dwar il-metodu kif jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd assenjati lil dak l-Istat Membru skond il-liġi tal-Komunità. Għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ allokazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal pajjiżi terzi f’ilmijiet tal-Komunità u jalloka dawk l-opportunitajiet lil kull pajjiż terz.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu, wara li javżaw lill-Kummissjoni, ibiddlu l-opportunitajiet kollha jew parti minnhom li jkunu allokati lilhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jidħol ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008, tas-<DATE ISO="20080116">16 ta’ Jannar 2008</DATE>, li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 19, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Dawn il-limiti u kwantitajiet ġew emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 446/2008, tat-<DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, li jadatta ċerti kwoti tat-tonn fl-2008 skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU L 134, p. 11</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2371/2002, il-Kummissjoni adottat, fit-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, ir-Regolament Nru 530/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tar-Regolament Nru 530/2008 tiddikjara li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Id-dejta li għandha, kif ukoll it-tagħrif miksub mill-ispetturi tal-Kummissjoni matul il-missjonijiet tagħhom fl-Istati Membri kkonċernati, juru li l-opportunitajiet ta’ sajd tat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran allokati lil bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera tal-Greċja, ta’ Franza, ta’ l-Italja, ta’ Ċipru u ta’ Malta jew li huma rreġistrati fihom se jitqiesu li ġew eżawriti fis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE> u li l-opportunitajiet ta’ sajd għall-istess stokk allokati lil bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati fiha se jitqiesu li ġew eżawriti fit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera tal-Greċja, ta’ Franza, ta’ l-Italja, ta’ Ċipru u ta’ Malta jew li huma rreġistrati fihom għandu jiġi pprojbit mis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Għandu jiġi pprojbit ukoll, li stokk ta’ dan it-tip jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, u t-trażbord jew il-ħatt l-art minn dawk il-bastimenti minn dik id-data.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati fiha għandu jiġi pprojbit mit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Għandu jiġi pprojbit ukoll, li stokk ta’ dan it-tip jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, u t-trażbord jew il-ħatt l-art minn dawk il-bastimenti minn dik id-data.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 530/2008 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skond it-tieni paragrafu, mis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>, operaturi Komunitarji ma għandhomx jaċċettaw il-ħatt l-art, it-tqegħid f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jew it-trażbordi f’ilmijiet jew f’portijiet tal-Komunità ta’ tonn maqbud fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħatt l-art, it-tqegħid fil-gaġeġ għat-tismin u għat-trobbija u t-trażbord f’ilmijiet jew f’portijiet tal-Komunità, ta’ tonn maqbud fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati fiha, għandhom ikunu konċessi sat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-appellanti fil-Kawża C-12/13 P kif ukoll Marc Carreno, Jean-Louis Donnarel, Jean-François Flores, Gérald Jean Lubrano, Hervé Marin, Nicolas Marin, Sébastien Marin u Serge Antoine José Perez, appellanti fil-Kawża C-13/13 P, huma sidien ta’ bastimenti u/jew azzjonisti f’bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Franċiża u li joperaw fil-Mediterran. Dawn huma kollha membri tas-STM.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Is-STM, li huwa appellant ukoll fil-Kawża C-13/13 P, huwa sindakat professjonali rregolat mill-Ktieb IV tal-Kodiċi tax-Xogħol Franċiż, li jistgħu jissieħbu miegħu biss il-ħaddiema ta’ fuq il-baħar marbuta mas-sajd tat-tonn.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-appellanti kollha minbarra s-STM kellhom, għall-2008, liċenzja tas-sajd speċjali, li kienet tawtorizzahom jaqbdu, iżommu, jittrażbordaw, jittrasferixxu, iħottu, jittrasportaw, jaħżnu u jbigħu tonn tal-Mediterran, fil-limiti tal-opportunitajiet ta’ sajd għad-dispożizzjoni tagħhom taħt forma ta’ kwoti individwali. L-awtorizzazzjoni, li nħarġet mill-awtoritajiet Franċiżi, kienet tippermetti s-sajd għall-perijodu mill-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE> sat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 530/2008, li pprekluda s-sajd tat-tonn fil-Mediterran, il-kampanja ta’ sajd għat-tonn ġiet interrotta fis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE> u l-liċenzji tas-sajd tal-appellanti minbarra s-STM ġew irtirati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20081224">24 ta’ Diċembru 2008</DATE>, ifformat kollettivament mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, awturi tal-appell fil-Kawżi C-12/13 P u C-13/13 P, dawn tal-aħħar ippreżentaw rikors għal kumpens intiż biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ħtija minħabba l-adozzjoni tar-Regolament Nru 530/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>B’digriet tal-<DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE>, il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali ġiet sospiża sakemm tingħata d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li ttemm l-istanza fil-Kawża C-221/09, AJD Tuna, u d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi fuq l-ammissibbiltà fil-Kawżi T‑532/08, Norilsk Nickel Harjavalta u Umicore vs Il-Kummissjoni, kif ukoll T‑539/08, Etimine u Etiproducts vs Il-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Bis-sentenza tas-<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, AJD Tuna (C-221/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Regolament Nru 530/2008 kien invalidu sa fejn, peress li ġie adottat abbażi tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2371/2002, il-preklużjonijiet stabbiliti minnu kienu jidħlu fis-seħħ mit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE> f’dak li jikkonċerna l-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Spanjola jew irreġistrati f’dan l-Istat Membru u l-operaturi Komunitarji li kkonkludew kuntratti magħhom filwaqt li dawn il-preklużjonijiet kienu jidħlu fis-seħħ mis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE> għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li kienu jtajru l-bandiera Griega, Franċiża, Taljana, ta’ Ċipru kif ukoll ta’ Malta, jew irreġistrati f’dawn l-Istati Membri u l-operaturi Komunitarji li kkonkludew kuntratti magħhom, mingħajr ma din id-differenza fit-trattament ma kienet iġġustifikata oġġettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Bis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-rikors kien inammissibbli, sa fejn dan kien ippreżentat mis-STM, u ċaħdet ir-rikors bħala infondat, sa fejn dan kien ippreżentat mir-rikorrenti l-oħra.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, il-Kawżi C-12/13 P u C-13/13 P ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza, skont l-Artikolu 54 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-appellanti fil-Kawża C-12/13 P jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi fil-mertu billi tikkundanna lill-Kummissjoni, abbażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, għall-ħlas tas-somom segwenti:</P></ITEM><ITEM><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>lil Gérard Buono u Jean-Luc Buono, is-somma ta’ EUR 1 523 588.94,</P></ITEM><ITEM><P>lil Roger Del Ponte, is-somma ta’ EUR 1 068 600,</P></ITEM><ITEM><P>lil Serge Antoine Di Rocco, is-somma ta’ EUR 1 094 800,</P></ITEM><ITEM><P>lil Jean Gérald Lubrano, is-somma ta’ EUR 855 628.20,</P></ITEM><ITEM><P>lil Jean Lubrano u Jean Lucien Lubrano, is-somma ta’ EUR 1 523 588.94,</P></ITEM><ITEM><P>lil Fabrice Marin u Robert Marin, is-somma ta’ EUR 865 784.59,</P></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-appellanti fil-Kawża C-13/13 P jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat mis-STM;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni, abbażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, għall-ħlas tas-somom kumpensatorji mitluba fir-rikors; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appelli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad ir-rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż tal-appelli kif ukoll għal dawk tal-ewwel istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba intiża għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura orali ntemmet fl-<DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE> wara l-preżentata tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, l-appellanti fil-Kawża C-13/13 P talbu l-ftuh mill-ġdid tal-proċedura orali b’ittra tal-<DATE ISO="20140324">24 ta’ Marzu 2014</DATE>, li ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20140325">25 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>B’mod partikolari, dawn tal-aħħar osservaw, minn naħa, li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali huma bbażati fuq argument li ma ġiex diskuss biżżejjed bejn il-partijiet, jiġifieri n-natura legali jew le tar-Regolament Nru 530/2008, u, min-naħa l-oħra, li jeżisti fatt ġdid, ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, marbut mal-fatt li l-Kummissjoni baqgħet inattiva u ma adottatx miżuri intiżi biex tirrimedja d-diskriminazzjoni li wasslet għall-invalidità tar-Regolament Nru 530/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, abbażi tal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ f’kull mument, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuh mill-ġdid tal-proċedura orali, b’mod partikolari jekk din tqis li ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni jew meta parti tkun ressqet, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex diskuss bejn il-partijiet jew bejn il-persuni interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara s-sentenzi Pohotovosť, C-470/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:101">EU:C:2014:101</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21, u Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company, C-190/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:249">EU:C:2014:249</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu d-dmir li jippreżenta fil-pubbliku, b’imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet immotivati dwar il-Kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, jeżiġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma hija marbuta la mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u lanqas mill-motivazzjoni li abbażi tagħha huwa jasal għal dawn il-konklużjonijiet (sentenza Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi, C‑584/10 P, C-593/10 P u C‑595/10 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li għandha biżżejjed informazzjoni biex tiddeċiedi, li dawn il-kawżi ma għandhomx bżonn li jiġu deċiżi abbażi ta’ argumenti li ma ġewx diskussi bejn il-partijiet u li l-fatt il-ġdid imsemmi mill-appellanti ma huwiex tali li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, ma hemmx lok li tintlaqa’ t-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appelli</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju invokat fil-Kawża C-13/13 P</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Bl-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti fil-Kawża C-13/13 P josservaw li, meta ddeċidiet li s-STM ma kellhiex <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi tal-proċess. Dawn iqisu li eżami komplet ta’ dawn il-provi jista’ jistabbilixxi l-eżistenza ta’ interess ġuridiku tas-STM li jippermettilu li jitlob kumpens għad-dannu distint tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn naħa, l-appellanti fil-Kawża C-13/13 P jikkontestaw l-eżattezza materjali tal-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali, li saret fil-punt 23 tas-sentenza appellata, li tgħid li s-STM ma pprovax id-dannu li sofra, billi rreferew għar-risposti bil-miktub tagħhom għal żewġ domandi magħmula mill-Qorti Ġenerali, li minnhom jirriżulta li d-dannu morali tas-STM huwa marbut mal-ħsara lid-dehra professjonali tal-attività tal-membri tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-appellanti fil-Kawża C-13/13 P ma jikkontestawx l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, magħmula fil-punt 24 tas-sentenza appellata, li tgħid li s-STM ma rċeviex dritt għal kumpens li ġie ttrasferit mill-membri tiegħu, iżda josservaw li, konformement mal-liġi Franċiża, is-STM għandu, bħala sindakat professjonali, missjoni ta’ interess ġenerali li tikkonferilu interess ġuridiku għalih u għall-membri tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti mressqa mill-appellanti fil-Kawża C-13/13 P insostenn tal-ewwel aggravju tagħhom. Fir-risposta tagħha, hija tinnota li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali jirrifletti l-argumentazzjoni konfuża żviluppata mis-STM.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ir-rikors għandu, b’mod partikolari, jindika s-suġġett tal-kawża u għandu jkollu t-talbiet u espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li, biex azzjoni għad-danni tissodisfa r-rekwiżiti msemmija iktar ’il fuq, ir-rikorrent għandu jindika, fir-rikors, il-motivi li jrid jinvoka insostenn tal-pretensjonijiet tiegħu u, b’mod partikolari, in-natura tad-dannu li jkun sofra kif ukoll il-fatt li wassal għal dan id-dannu (digriet TAO/AFI vs Il-Kummissjoni, C‑322/91, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:495">EU:C:1992:495</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 13).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kull talba għad-danni, li s-suġġett tagħha ma huwiex ippreċiżat u li għaliha ma hemmx l-espożizzjoni tal-motivi invokati, għandha titqies inammissibbli (sentenza Zuckerfabrik Schöppenstedt vs Il-Kunsill, 5/71, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:116">EU:C:1971:116</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 8 u 9).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, ir-rikors fl-ewwel istanza ma kien fih ebda preċiżazzjoni fuq in-natura tad-dannu allegatament subit mis-STM.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dannu allegatament subit mis-STM jissemma’ biss fil-parti tar-rikors fejn jinsabu t-talbiet tar-rikorrenti fl-ewwel istanza u taħt il-forma ta’ talba għal ammont fil-forma ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 30 000, għad-danni morali, li ser jiġi investit fi programmi ta’ informazzjoni għall-membri tas-STM.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Isegwi li, hekk kif qieset il-Qorti Ġenerali fil-punt 22 tas-sentenza appellata, fir-rikors tiegħu s-STM ma pprovda ebda preċiżazzjoni dwar, minn naħa, in-natura tad-dannu allegat fir-rigward tal-aġir ilmentat kontra l-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, anki b’mod approssimattiv, l-evalwazzjoni ta’ dan id-dannu. Barra minn hekk, l-affermazzjoni li tgħid li l-ammont ta’ EUR 30 000 ser jintuża għall-informazzjoni tal-membri tas-STM hija irrilevanti għad-determinazzjoni tan-natura jew tal-firxa tad-dannu invokat, peress li din tirrigwarda biss l-użu futur tal-kumpens u mhux il-firxa tad-dannu invokat.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikors għad-danni mressaq mis-STM kellu, f’kull każ, jiġi ddikjarat inammissibbli minħabba li ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, mingħajr ma hemm bżonn li tingħata deċiżjoni dwar il-punt jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi meta ddikjarat ir-rikors inammissibbli, sa fejn dan kien tressaq mis-STM, minħabba n-nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju invokat fil-Kawża C-12/13 P u t-tielet u r-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ aggravji invokati fil-Kawża C-13/13 P</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Bit-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti fil-Kawża C-12/13 P josservaw li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx l-eżistenza, b’mod ġenerali, ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali mingħajr ħtija fil-liġi tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Bit-tielet u bir-raba’ aggravji tagħhom, li għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu aggravju wieħed, l-appellanti fil-Kawża C-13/13 P josservaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn din iddeċidiet, fil-punti 82 sa 88 tas-sentenza appellata, li d-dannu invokat ma kellux karattru mhux normali peress li ma kienx jaqbeż il-limiti tar-riskji ekonomiċi inerenti għas-settur tas-sajd.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti kollha invokati fil-kuntest tal-aggravji msemmija.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li, fl-istat attwali tal-liġi tal-Unjoni, l-eżami komparattiv tas-sistemi legali tal-Istati Membri ma jippermettix li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sistema ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni minħabba l-eżerċizzju legali minnha tal-attivitajiet tagħha li jidħlu fl-isfera normativa (ara s-sentenza FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C-120/06 P u C‑121/06 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 175 u 179).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball ta’ liġi, peress li, minn naħa, hija bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza msemmija, fil-punti 69 sa 73 tas-sentenza appellata, u, min-naħa l-oħra, peress li din qieset, fil-punt 76 tas-sentenza msemmija, li kien fid-dawl ta’ din l-istess ġurisprudenza li kellu jiġi eżaminat il-motiv ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni riżultanti minn att legali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Isegwi li t-tielet aggravju invokat mill-appellanti fil-Kawża C-12/13 P għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet u tar-raba’ aggravji tar-rikorrenti fil-Kawża C-13/13 P, il-Qorti Ġenerali wettqet, fil-punti 77 sa 87 tas-sentenza appellata, l-eżami tal-karattru allegatament mhux normali u speċjali tad-dannu invokat b’mod eżawrjenti, fil-każ li l-prinċipju tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni riżultanti minn att legali kellu jiġi rikonoxxut fil-liġi tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Dorsch Consult vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C-237/98 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:321">EU:C:2000:321</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 18 u 19).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, hija ġurisprudenza stabbilita li, fil-kuntest ta’ appell, meta wieħed mill-motivi kkunsidrat mill-Qorti Ġenerali jkun biżżejjed biex jiġġustifika d-dispożittiv tas-sentenza tagħha, id-difetti li jista’ jkollu motiv ieħor tas-sentenza inkwistjoni ma jistgħux jinfluwenzaw id-dispożittiv imsemmi, b’tali mod li l-aggravju li jinvokahom ikun ineffettiv u jkollu jiġi miċħud (sentenza Il-Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta, C‑496/99 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:236">EU:C:2004:236</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Isegwi li t-tielet u r-raba’ aggravji invokati mill-appellanti fil-Kawża C-13/13 P għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi, peress li huma diretti kontra motiv eżawrjenti tas-sentenza appellata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju invokat fil-Kawża C-13/13 P</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Bit-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti fil-Kawża C-13/13 P josservaw li r-Regolament Nru 530/2008 jibqa’, anki wara l-adozzjoni tas-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), att prinċipalment legali, iddikjarat invalidu biss parzjalment, jiġifieri f’dak li jikkonċerna d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu fir-rigward tal-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Griega, Franċiża, Taljana, ta’ Ċipru kif ukoll ta’ Malta, jew irreġistrati f’dawn l-Istati Membri u l-operaturi tal-Unjoni li kkonkludew kuntratti magħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, wara li ħadet nota tal-fatt li l-aggravju msemmi kien dirett kontra punti tas-sentenza appellata fir-rigward ta’ rikorrenti fl-ewwel istanza differenti minn dawk li ppreżentaw l-appell fil-Kawża C-13/13 P, tikkunsidra li huwa fondat u li, konsegwentement, l-adozzjoni tas-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) ma tikkostitwixxix fatt ġdid, fis-sens tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat ammissibbli l-motiv ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni riżultanti minn att illegali, invokat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, li ppreżentaw l-appel fil-Kawża C-12/13 P, peress li, hekk kif jirriżulta minn qari tas-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ir-Regolament Nru 530/2008 invalidu biss sa fejn il-preklużjonijiet stabbiliti minnu daħlu fis-seħħ mit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE> għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Spanjola jew li huma rreġistrati f’dan l-Istat Membru u l-operaturi tal-Unjoni li kkonkludew kuntratti magħhom filwaqt li dawn il-preklużjonijiet daħlu fis-seħħ mis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE> għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Griega, Franċiża, Taljana, ta’ Ċipru kif ukoll ta’ Malta, jew irreġistrati f’dawn l-Istati Membri u l-operaturi tal-Unjoni li kkonkludew kuntratti magħhom u, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kienu b’ebda mod preklużi milli jippreżentaw rikors għad-danni minħabba preġudizzju li jirriżulta minn att illegali tal-Unjoni, anki fin-nuqqas ta’ sentenza li tiddikjara l-invalidità ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-inammissibbiltà tat-tieni aggravju mressaq mill-appellanti fil-Kawża C-13/13 P, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, meta l-Qorti Ġenerali tkun għaqdet żewġ kawżi u tkun adottat sentenza unika li tirrispondi l-motivi kollha ppreżentati mill-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kull waħda minnhom tista’ tikkritika r-raġunamenti relattivi għal motivi li, quddiem il-Qorti Ġenerali, ġew invokati biss mir-rikorrenti fil-kawża magħquda l-oħra (sentenza ISD Polska <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C-369/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:175">EU:C:2011:175</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 85 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, anki jekk, inizjalment, il-Qorti Ġenerali kellha quddiemha kawża waħda biss, il-fatt li, matul il-proċedura bil-miktub, l-appellanti ġew maqsuma f’żewġ gruppi, fejn wieħed minnhom, jiġifieri dak tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, li ppreżentaw l-appell fil-Kawża C-12/13 P, invoka aggravju ġdid, jippermetti l-applikazzjoni, b’analoġija, tal-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Isegwi li t-tieni aggravju ppreżentat mill-appellanti fil-Kawża C-13/13 P, dirett kontra r-risposta li ngħatat mill-Qorti Ġenerali għal motiv invokat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, li ppreżentaw l-appell fil-Kawża C-12/13 P, huwa ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-fondatezza tat-tieni aggravju ppreżentat mill-appellanti fil-Kawża C-13/13 P, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat matul il-kawża, sakemm dan il-motiv ma jkunx ibbażat fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi li joħorġu matul il-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif tfakkar fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li r-Regolament Nru 530/2008 kien invalidu, il-Qorti Ġenerali talbet lill-partijiet fil-kawża biex jadottaw pożizzjoni bil-miktub fuq il-konsegwenzi li kellhom jinsiltu mis-sentenza msemmija. Fir-risposta tagħhom, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza, li ppreżentaw l-appell fil-Kawża C-12/13 P, ifformulaw motiv ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni riżultanti minn att illegali. B’mod partikolari, dawn tal-aħħar osservaw li l-permess mogħti lill-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Spanjola li jistadu sat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>, filwaqt li l-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Griega, Franċiża, Taljana, ta’ Ċipru<?PAGE NO="11"?> kif ukoll ta’ Malta kellhom jinterrompu s-sajd tagħhom fis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>, ikkawżalhom dannu li għandu natura reali u ċerta u li jikkonsisti fil-parti li ma nqabditx u li ma nbiegħetx tal-kwota tagħhom għall-2008.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li fil-punti 48 u 49 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li r-rikorrenti fl-ewwel istanza, li ppreżentaw l-appell fil-Kawża C-12/13 P, kienu fformulaw motiv li ma kienx issemma fir-rikors promotur u li, konsegwentement, kien jikkostitwixxi motiv ġdid, fis-sens tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, dwar l-ammissibbiltà ta’ dan il-motiv, fil-punti 53 u 54 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li s-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja f’data li ġiet wara dik tal-preżentata tar-rikors, kellha titqies li hija element li jippermetti l-preżentata ta’ motiv ġdid, peress li s-sentenza msemmija bidlet is-sitwazzjoni legali eżistenti waqt il-preżentata tar-rikors. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, wara s-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-Regolament Nru 530/2008 ġie invalidat b’mod sħiħ billi ma baqax joħloq effetti legali bl-applikazzjoni tal-preżunzjoni ta’ legalità.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali jibda minn qari żbaljat tas-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). B’mod partikolari, mill-punti 105 sa 108 tas-sentenza msemmija jirriżulta li, billi ddifferiet sat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE> id-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ projbizzjoni tas-sajd għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Spanjola biss, mingħajr ma dan it-terminu supplimentari ma kien oġġettivament iġġustifikat, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. B’hekk, minn din l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, billi ċaħdet il-motivi l-oħra kollha intiżi biex jistabbilixxu l-invalidità tar-Regolament Nru 530/2008, is-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) iddikjarat lil dan ir-Regolament invalidu biss sa fejn il-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Spanjola bbenefikaw minn ġimgħa supplimentari ta’ sajd, filwaqt li żammet il-validità tad-data ta’ projbizzjoni ffissata għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines l-oħra, jiġifieri s-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Isegwi li, kuntrarjament għall-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, peress li r-Regolament Nru 530/2008 ġie ddikjarat invalidu biss sa fejn jagħti trattament iktar favorevoli lill-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Spanjola, l-adozzjoni tas-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) ma tikkostitwixxix element ta’ liġi ġdid li deher matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, peress li l-projbizzjoni ta’ sajd stabbilita għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Griega, Franċiża, Taljana, ta’ Ċipru kif ukoll ta’ Malta, baqgħet valida, is-sentenza msemmija ma għamlet xejn ħlief ikkonfermat sitwazzjoni ta’ liġi li r-rikorrenti fl-ewwel istanza, li ppreżentaw appell fil-Kawża C-12/13 P, kienu jafu fil-mument meta huma ppreżentaw ir-rikors tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-adozzjoni tas-sentenza AJD Tuna (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kienet tikkostitwixxi element ta’ liġi ġdid, li jippermetti l-preżentata ta’ motiv ġdid matul l-istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, jekk il-motivi ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali jirrilevaw ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda li d-dispożittiv jidher fondat għal motivi oħra ta’ liġi, tali ksur ma huwiex ta’ natura li jwassal għall-annullament ta’ din is-sentenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 187, kif ukoll Diputación Foral de Vizcaya vs Il-Kummissjoni, C-465/09 P sa C-470/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:372">EU:C:2011:372</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 171).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat ammissibbli l-motiv ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni riżultanti minn att illegali, invokat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, li ppreżentaw l-appell fil-Kawża C-12/13 P, dan l-iżball ma huwiex tali li jwassal għall-annullament tas-sentenza appellata, peress li l-Qorti Ġenerali, f’kull każ, ċaħdet il-motiv imsemmi bħala infondat fil-punti 55 sa 66 tas-sentenza appellata.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, it-tieni aggravju invokat mill-appellanti fil-Kawża C-13/13 P, għalkemm fondat, għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Ojha vs Il-Kummissjoni, C-294/95 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:434">EU:C:1996:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52, kif ukoll FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 189).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni aggravji invokati fil-Kawża C-12/13 P</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Bl-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti fil-Kawża C-12/13 P josservaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-eżami tal-attivazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni riżultanti minn att illegali, sa fejn din iddeċidiet, fil-punti 61 sa 66 tas-sentenza appellata, li d-dannu invokat ma kellux natura reali u ċerta.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Bit-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti fil-Kawża C-12/13 P josservaw li l-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-karattru reali u ċert tad-dannu invokat, sa fejn din ma kkonstatatx li dan tal-aħħar jirriżulta mill-ksur li sar tad-drittijiet ta’ proprjetà u tal-libertà tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li dawn l-aggravji għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli u, f’kull każ, bħala infondati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-punt 64 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat ammissibbli l-motiv ibbażat fuq l-attivazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni riżultanti minn att illegali, invokat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, li ppreżentaw l-appell fil-Kawża C-12/13 P, matul il-proċedura fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Isegwi li, peress li l-motiv imsemmi kellu jiġi ddikjarat inammissibbli, l-ewwel u t-tieni aggravji invokati mill-appellanti fil-Kawża C-12/13 P għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi sa fejn dawn jirrigwardaw l-analiżi mwettqa mill-Qorti Ġenerali dwar l-eżami fil-mertu tal-istess motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, l-appelli ppreżentati mill-appellanti fil-Kawżi C-12/13 P u C-13/13 P għandhom jiġu miċħuda b’mod sħiħ.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-appellanti tilfu, hemm lok li huma jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi għall-Kawżi C-12/13 P u C-13/13 P, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appelli ppreżentati fil-Kawżi C-12/13 P u C-13/13 P huma miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Gérard Buono, Jean-Luc Buono, Roger Del Ponte, Serge Antoine Di Rocco, Jean Gérald Lubrano, Jean Lubrano, Jean Lucien Lubrano, Fabrice Marin u Robert Marin huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża C-12/13 P u s-Syndicat des thoniers méditerranéens,<?PAGE NO="13"?> Marc Carreno, Jean-Louis Donnarel, Jean-François Flores, Gérald Jean Lubrano, Hervé Marin, Nicolas Marin, Sébastien Marin u Serge Antoine José Perez huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża C-13/13 P.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>