Official Journal L 206 , 14/08/1979 P. 0012 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0073
Greek special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0057
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0073
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0207
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0207
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1799/79 tat-13 t’Awissu 1979 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1391/78 u (KEE) Nru 2962/78 li jikkonċernaw ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ premiums għan-non-marketing tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u għal bdil tal-merħliet li jipproduċu l-ħalib IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1078/77 tas-17 ta’ Mejju 1977 li jintroduċi sistema ta’ premiums għan-non-marketing tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u għal bdil tal-merħliet li jipproduċu l-ħalib [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1270/79 [2], u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu, Billi l-applikazzjoni tas-sistema ta’ premiums għan-non-marketing tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u għal bdil tal-merħliet li jipproduċu l-ħalib ġiet estiża sa l-aħħar tas-sena tal-ħalib ta’ l-1979/80; billi, minħabba l-esperjenza tal-passat, ċerti disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1391/78 tat-23 ta’ Ġunju 1978 li jistipula regoli emendati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ premiums għan-non-marketing tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u għal bdil tal-merħliet li jipproduċu l-ħalib [3], kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2962/78 [4] għandu jkun aġġustat; Billi sar meħtieġ li jkunu speċifikati partikolarment id-disposizzjonijiet dwar każi ta’ forza maġġuri u li jkun provdut għall-irkuprar parzjali għall-premium tal-konverżjoni fejn il-benefiċjarju ma jibqax iżomm in-numri meħtieġa ta’ stokk fl-aħħar tal-perjodu tal-konverżjoni; billi, min-naħa l-oħra, il-benefiċjarju, li daħal f’obbligi li jirregolaw id-dħul ta’ dak il-premium, għandu wara jitħalla jagħżel is-sistema ta’ premiums tan-non-marketing, għalkemm, fit-tali każ, l-ammonti tal-premium u l-perjodu tan-non-marketing iridu b’hekk ikunu aġġustati. Billi, dwar il-karti ta’ l-identità maħruġa mill-24 ta’ Ġunju 1978, l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1391/78 (imdaħħal mir-Regolament (KEE) Nru 2962/78) jippermetti li jinħareġ wieħed duplikat fil-każ li jintilef l-oriġinal; billi huwa xieraq li tkun applikata dik id-disposizzjoni, fuq it-talba ta’ kull parti interessata, għall-karti ta’ l-identità li nħarġu qabel id-data fuq imsemmija; Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1391/78 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 12 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 12 1. Meta, minħabba każ ta’ forza maġġuri li jseħħ wara l-ġurnata meta l-applikazzjoni għall-premium ġiet approvata, il-benefiċjarju jew is-suċċessur tiegħu riferut fl-Artikolu 9(2) ma jistax, jew ikun jista’ biss b’sagrifiċċju kbir, iwettaq l-obbligu li joħroġ mis-sistema ta’ premiums, l-Istat Membru konċernat jistabbilixxi l-miżuri li jidhirlu meħtieġa rigward iċ-ċirkostanzi li nqalgħu.. Miżuri tali jistgħu, skond il-każ, jinvolvu postponiment tal-bidu tal-perjodu tan-non-marketing jew tal-konverżjoni riferut fl-Artikolu 5(3) jew is-sospensjoni ta’ l-obbligi għal tul speċifiku ta’ żmien matul dak il-perjodu u li ma jkunux rifusi l-premiums diġa mħallsa, li kien jkollhom ikunu mħallsa lura skond l-Artikolu 9(1). 2. Mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni f’każijiet individwali, is-sitwazzjonijiet li ġejjin partikolarment jistgħu jitqiesu li jiġġustifikaw waħda mill-miżuri riferuti fil-paragrafu 1: (a) il-mewt tal-benefiċjarju jekk mexxa r-razzett huwa nnifsu; (b) inkapaċità twila ta’ xogħol tal-benefiċjarju jekk mexxa r-razzett huwa nnifsu; (ċ) xiri obbligatorju ta’ parti sostanzjali tal-medda agrikola maħduma utiliżżata mill-benefiċjarju, sakemm it-tali xiri obbligatorju ma kienx mistenni fil-jum meta l-applikazzjoni ġiet approvata; (d) diżastru naturali li jaffettwa sostanzjalment il-medda agrikola maħduma mill-benefiċjarju; (e) il-qerda aċċidentali tal-bini tal-benefiċjarju li kien jintuża biex fih jitrabbew il-bhejjem jew in-ngħaġ; (f) tfaqqa’ marda epiżotika li taffettwa xi jew l-istokk kollu tal-bhejjem jew tan-ngħaġ tal-benefiċjarju. 3. L-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni bil-każijiet kollha ta’ forza maġġuri li jkunu aċċettati minnhom bħala tali. 4. B’mod ta’ deroga mill-Artikolu 9(1), f’każ li ma jistax jitqies bħala każ ta’ forza maġġuri u li fih il-benefiċjarju tal-premium tal-konverżjoni ma jibqax jirrispetta, matul ir-raba’ sena tal-perjodu tal-konverżjoni, l-obbligu riferut fl-Artikolu 3(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1078/77, l-ammont tal-premium li għandu jkun irkuprat jew, jekk il-bilanċ għadu ma tħallasx, l-ammont li għandu jinżamm ikun daqs 25 % ta’ l-ammont totali tal-premium li kien ikun intitolat għalih, dan il-persentaġġ ikun imnaqqas fi proporzjon tad-differenza bejn in-numru ta’ rjus miżmuma u numru meħtieġ ta’ rjus." 2. L-Artikolu 12a li ġej għandu jkun mdaħħal: "Artikolu 12a 1. Qabel l-aħħar tat-tielet sena tal-perjodu tal-konverżjoni, kull riċevitur tal-premium tal-konverżjoni jista’ jiddikja bil-miktub lill-awtorità kompetenti li jixtieq li jkun ikkunsidrat bħal benefiċjarju tal-premium tan-non-marketing, billi jaċċetta l-kondizzjonijiet riferuti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1078/77. 2. Fit-tali każijiet, l-awtorità kompetenti tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fl-approvazzjoni li nħareġu l-ewwel u partikolarment taġġusta l-perjodu tan-non-marketing u l-ammonti tal-premium li għadhom ma tħallsux, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni li kienu jeżistu li kieku l-parti interessata applikat għall-premium tan-non-marketing mill-bidu." 3. Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 15: "Id-disposizzjoni li hemm fl-Artikolu 8(5) tgħodd, fuq talba tal-partijiet interessati, għall-karti ta’ l-identità li nħarġu skond ir-Regolament (KEE) Nru 1307/77." Artikolu 2 It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2962/78 għandu jitħassar. Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-13 t’Awissu 1979. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU L 131, tas-26.5.1977, p. 1. [2] ĠU L 161, tad-29.6.1979, p. 10. [3] ĠU L 167, ta’ l-24.6.1978, p. 45. [4] ĠU L 352, tas-16.12.1978, p. 23. --------------------------------------------------