22002D0021



Official Journal L 110 , 25/04/2002 P. 0021 - 0022


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 21/2002

ta' l-1 ta' Marzu 2002

li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001 tas-26 ta' Marzu 2001 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jirrigwarda l-istatistika fuq skond qasir rigward id-definizzjoni tar-Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS) [2], irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 588/2001 tas-26 ta' Marzu 2001 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jirrigwarda l-istatistika fuq skond qasir rigward id-definizzjoni tal-varjanti [3], irid jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98) fl-Anness XXI mal-Ftehim:

"2a. 32001 R 0586: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001 tas-26 ta' Marzu 2001 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jirrigwarda l-istatistika fuq skond qasir rigward id-definizzjoni tar-Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS) (ĠU L 86, tas-27.3.2001, p. 11).

2b. 32001 R 0588: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 588/2001 tas-26 ta' Marzu 2001 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jirrigwarda l-istatistika fuq skond qasir rigward id-definizzjoni tal-varjanti (ĠU L 86, tas-27.3.2001, p. 18)."

Artikolu 2

Għadhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KE) Nri 586/2001 u 588/2000 fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Marzu 2002, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 39.

[2] ĠU L 86, tas-27.3.2001, p. 11.

[3] ĠU L 86, tas-27.3.2001, p. 18.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------