European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5289

28.8.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11655 – WENDEL / PEP / GLOBEDUCATE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5289)

1.   

Fil-21 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Expansion 17 S.C.A., F. I. A. R. u Global Performance 17 S.C.A., F. I. A. R. (Lussemburgu), ikkontrollata minn Wendel SE, (Franza)

—

PUK VII S.à r.l. (Lussemburgu), ikkontrollata minn Providence Equity Partners, (USA)

—

PN VII Topco S.à r.l. (Globeducate) (Lussemburgu), ikkontrollata minn Providence Equity Partners, (USA).

Wendel SE u Providence Equity Partners se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ PN VII Topco S.à r.l. (Globeducate).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Wendel SE hija ditta tal-investiment u għandha kumpaniji tal-portafoll attivi f’diversi setturi. Dawn jinkludu IK Partners, li, min-naħa tagħhom, għandhom żewġ kumpaniji tal-portafoll, Domia Group (Acadomia) u Skill & You (S&Y), li huma attivi fl-edukazzjoni fi Franza u fi Spanja rispettivament.

—

Providence Equity Partners hija maniġer globali tal-assi u ditta tal-investiment tal-ekwità privata speċjalizzata li tiffoka fuq il-midja, il-komunikazzjoni, l-edukazzjoni u l-investimenti teknoloġiċi, madwar l-Amerika ta’ Fuq u l-Ewropa.

—

PN VII Topco S.à r.l. (Globeducate) tipprovdi servizzi tal-edukazzjoni K-12 (edukazzjoni mill-kindergarten sat-12-il grad) u topera skejjel bilingwi u internazzjonali f’Andorra, il-Kanada, Ċipru, Franza, l-Indja, l-Italja, in-Netherlands, il-Marokk, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.11655 – WENDEL / PEP / GLOBEDUCATE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5289/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)