<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑280/12 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0280</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:775">EU:C:2013:775</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT‑<DATE ISO="20131128">28.11.2013</DATE> — KAWŻA C‑280/12 P</P><P>IL-KUNSILL vs FULMEN U MAHMOUDIAN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑280/12 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentant fl-<DATE ISO="20120604">4 ta’ Ġunju 2012</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,</HT> irrappreżentat minn M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,</HT> irrappreżentat minn J. Beeko u A. Robinson, bħala aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża,</HT> irrappreżentata minn E. Ranaivoson u D. Colas, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-appell,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fulmen,</HT> stabbilita f’Tehran (l-Iran),</P><P><HT TYPE="BOLD">Fereydoun Mahmoudian,</HT> residenti f’Tehran,</P><P>irrappreżentati minn A. Kronshagen u C. Hirtzberger, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn M. Konstantinidis, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász, A. Rosas (Relatur), D. Šváby u C. Vajda, Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130704">4 ta’ Lulju 2013</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20120321">21 ta’ Marzu 2012</DATE> Fulmen u Mahmoudian vs Il-Kunsill (T‑439/10 u T‑440/10, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali annullat, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Fulmen u F. Mahmoudian:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2010">ĠU L 195, p. 39</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="197" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2010">ĠU L 197, p. 19</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2010">ĠU L 195, p. 25</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" PAGE.FIRST="81" DATE.PUB="2010">ĠU L 281, p. 81</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU L 281, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>atti kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>),</P></ITEM></LIST></P><P>u żammet l-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 961/2010, u ċaħdet il-kumplament tar-rikors.</P></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku u l-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>It-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari kien infetaħ għall-firem fl-<DATE ISO="19680701">1 ta’ Lulju 1968</DATE> f’Londra, f’Moska u f’Washington. It-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea huma partijiet kontraenti, kif ukoll ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu II ta’ dan it-trattat jipprovdi b’mod partikolari li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[k]ull Stat li ma għandux armi nukeari li huwa parti għat-Trattat jintrabat li […] ma jipproduċix u ma jiksibx bi kwalunkwe mod ieħor armi nukleari jew dispożittivi esplossivi nukleari oħra […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu III tal-imsemmi trattat jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[k]ull Stat li ma għandux armi nukeari li huwa parti għat-Trattat jintrabat li jaċċetta l-garanziji stipulati fil-ftehim li jkun negozjat u konkluż mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika [(iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>AIEA<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>)], b’mod konformi mal-Istatut tal-[AIEA] u mas-sistema ta’ garanziji tal-imsemmija Aġenzija, bil-għan biss li tiġi verifikata l-implementazzjoni tal-obbligi assunti mill-imsemmi Stat skont it-Trattat preżenti bil-għan li jipprevjenu milli l-enerġija nukleari tkun mibdula mill-użi paċifiċi tagħha f’armi nukeari jew dispożittivi esplossivi nukleari oħra […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikolu III B 4 tal-istatuti tagħha, l-AIEA tibgħat rapporti annwali fuq ix-xogħlijiet tagħha lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u, meta jkun f’loku, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kunsill tas-Sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Preokkupat mill-varji rapporti tad-Direttur Ġenerali tal-AIEA u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-gvernaturi tal-AIEA dwar il-programm nukleari tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, il-Kunsill tas-Sigurtà, fit-<DATE ISO="20061223">23 ta’ Diċembru 2006</DATE>, adotta r-Riżoluzzjoni 1737 (2006), fejn l-anness, jelenka serje ta’ persuni u ta’ entitajiet li huma implikati fil-proliferazzjoni nukleari u fejn il-fondi kif ukoll ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jiġu ffriżati.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Sabiex tiġi implimentata fl-Unjoni r-Riżoluzzjoni 1737 (2006), il-Kunsill adotta fis‑<DATE ISO="20070227">27 ta’ Frar 2007</DATE>, il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra l‑Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="004M" PAGE.FIRST="155" DATE.PUB="20080108">ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 155</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140 jipprovdi għall-iffriżar tal-fondi kollha u tar-riżorsi ekonomiċi kollha ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni u ta’ entitajiet enumerati fil-punti (a) u (b) ta’ din id-dispożizzjoni. B’hekk, il-punt (a) ta’ dan l-Artikolu 5(1) jipprovdi għall-persuni u l-entitajiet indikati fl-anness tar-Riżoluzzjoni 1737 (2006) kif ukoll il-persuni u l-entitajiet l-oħra indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà kkreat b’mod konformi mal-Artikolu 18 tar-Riżoluzzjoni 1737 (2006). Il-lista ta’ dawn il-persuni u entitajiet kienet tinsab fl-Anness I tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140. Il-punt (b) tal-imsemmi Artikolu 5(1) ikopri l-persuni u l-entitajiet mhux imsemmija fl-Anness I li, b’mod partikolari, jipparteċipaw, huma direttament assoċjati jew jappoġġaw l-attivitajiet nukleari tal-Iran, huma ta’ riskju għall-proliferazzjoni. Il-lista ta’ dawn il-persuni u ta’ dawn l-entitajiet tidher fl-Anness II tal-imsemmija pożizzjoni komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Sa fejn il-kompetenzi tal-Komunità Ewropea kienu kkonċernati, ir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) ġiet implementata bir-Regolament (KE) Nru 423/2007, tad-<DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335M" PAGE.FIRST="969" DATE.PUB="20081213">ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 969</REF.DOC.OJ>), adottat fuq il-bażi tal-Artikoli 60 KE u 301 KE, bil-għan tal-pożizzjoni komuni 2007/140 u li l-kontenut huwa essenzjalment simili għal dak ta’ din tal-aħħar, l-istess ismijiet ta’ entitajiet u ta’ persuni fiżiċi jidhru fl-Annessi IV (persuni, entitajiet u organizzazzjonijiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà) u V (persuni, entitajiet u organizzazzjonijiet oħra minn dawk li jidhru fl-Anness IV) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament Nru 423/2007 huwa mfassal b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma l-proprjetà ta’, huma miżmuma jew huma kkontrollati mill-persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness IV għandhom ikunu ffriżati. L-Anness V għandu jinkludi persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi, mhux koperti mill-Anness IV, li, f’konformità ma’ l-Artikolu 5(1)(b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK […]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kienu involuti fi, assoċjati direttament ma, jew jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet nukleari ta’ l-Iran sensittivi għall-proliferazzjoni, jew<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Billi ġie kkonstatat li r-Repubblika Iżlamika tal-Iran ma kinitx irrispettat ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà, billi bniet ċentrali (Qom) bi ksur tal-obbligu tagħha milli tissospendi l-attivitajiet kollha marbuta mal-arrikkiment nukleari u żvelat dan biss f’Settembru 2009, li hija ma infurmatx lill-AIEA u rrifjutat milli tikkoopera ma’ din l-aġenzija, il-Kunsill tas-Sigurtà, permezz tar-Riżoluzzjoni 1929 (2010), tad-<DATE ISO="20100609">9 ta’ Ġunju 2010</DATE>, adotta miżuri iktar severi li laqtu b’mod partikolari l-kumpanniji marittimi Iranjani, is-settur tal-missili ballistiċi li jistgħu jġorru armi nukeari u l-Korpi tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iżlamika.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dikjarazzjoni annessa mal-konklużjonijiet tiegħu tas-<DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-Kunsill Ewropew sostna li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar kien preokkupat bil-programm nukleari Iranjan, filwaqt li laqgħa b’mod pożittiv l-adozzjoni, mill-Kunsill tas-Sigurtà, tar-Riżoluzzjoni 1929 (2010) u kkunsidra l-aħħar rapport tal-AIEA, datat il-<DATE ISO="20100531">31 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-punt 4 ta’ din id-dikjarazzjoni, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra li l-introduzzjoni ta’ miżuri restrittivi ġodda kienet saret inevitabbli. Hekk kif jirriżulta mix-xogħlijiet imwettqa mill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin, huwa stieden lil dan tal-aħħar jadotta, fil-laqgħa li jmiss, miżuri li jimplimentaw dawk previsti fir-Riżoluzzjoni 1929 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll ta’ miżuri ta’ akkompanjament, sabiex tikkontribwixxi sabiex tingħata risposta, permezz tan-negozjati, għall-preokkupazzjonijiet kollha li jkomplu jiġu kkawżati mill-iżvilupp mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran tat-teknoloġiji sensittivi insostenn tal-programmi nukleari u ballistiċi tagħha. Dawn il-miżuri għandhom ikopru s-setturi segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Is-settur tal-kummerċ, b’mod partikolari l-iskambju ta’ oġġetti b’użu doppju u ta’ restrizzjonijiet supplementari fil-qasam ta’ assigurazzjoni fuq l-iskambji kummerċjali; is-settur finanzjarju, inkluż fih l-iffriżar tal-assi ta’ banek Iranjani oħra u restrizzjonijiet fis-settur tal-banek u tal-assigurazzjoni; is-settur Iranjan tat-trasport, inkluż fih il-kumpannija tat-trasport marittimu tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (IRISL) u s-sussidjarji tagħha, u t-trasport ta’ merkanzija bl-ajru; is-setturi l-kbar tal-industrija tal-gass u taż-żejt, bil-projbizzjoni ta’ investimenti ġodda, tal-assistenza teknika u tat-trasferimenti tat-teknoloġiji, ta’ tagħmir u ta’ servizzi marbuta ma’ dawn is-setturi, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda t-teknoloġiji ta’ raffinar, ta’ likwifikazzjoni u tal-GNL; għandhom ukoll jiġu estiżi l-miżuri li jipprojbixxu viżi u l-iffriżar ta’ assi u b’mod partikolari kontra membri tal-Korpi tal-Gwardja Rivoluzzjonarja (IRGC).<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 2010/413, il-Kunsill implimenta din id-dikjarazzjoni, billi ħassar il-pożizzjoni komuni 2007/140 u adotta miżuri restrittivi supplementari meta kkomparati ma’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni 2010/413 jipprovdi għall-iffriżar tal-fondi ta’ numru ta’ kategoriji ta’ persuni u ta’ entitajiet. Il-punt (a) ta’ dan l-Artikolu 20(1) ikopri l-persuni u l-entitajiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà, li huma elenkati fl-Anness I tad-deċiżjoni. Il-punt (b) tal-imsemmi Artikolu 20(1) jikkonċerna, b’mod partikolari, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>persuni u entitajiet mhux koperti mill-Anness I li jkunu impenjati fi, assoċjati direttament ma’, jew jipprovdu appoġġ għal, attivitajiet nukleari sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni tal-Iran jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari, inkluż permezz ta’ involviment fl-akkwist tal-oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjal u teknoloġija pprojbiti, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet ta’ proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta’ mezzi illeċti, [...] kif elenkati fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-Kawża T‑439/10, Fulmen, hija kumpannija Iranjana, attiva b’mod partikolari fis-settur tat-tagħmir tal-elettriku. Hija inkluża fil-punt 13 tal-Parti I B tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413. Il-motivazzjoni hija s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Fulmen kienet implikata fl-istallazzjoni ta’ tagħmir elettroniku fuq is-sit ta’ Qom/Fordoo fi żmien meta l-eżistenza ta’ dan is-sit kienet għadha mhiex magħrufa.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-punt 2 tas-sentenza appellata, ir-rikorrent fil-kawża T‑440/10, F. Mahmoudian, huwa azzjonarju maġoritarju u president tal-kunsill ta’ amministrazzjoni ta’ Fulmen. Huwa inkluż fil-punt 9 tal-Parti I A tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413. Il-motivazzjoni hija s-segwenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Direttur ta’ Fulmen<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, adottat għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 423/2007, l-isem ta’ Fulmen, imsemmi fil-punt 11 tal-Parti I B tal-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, ġie miżjud mal-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u organizzazzjonijiet li jidhru fit-Tabella I tal-Anness V tar-Regolament Nru 423/2007.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-motivazzjoni segwenti ġiet użata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fulmen kienet involuta fl-istallazzjoni ta’ tagħmir elettriku fuq is-sit ta’ Qom/Fordoo fi żmien meta l-eżistenza ta’ dan is-sit kienet għadha mhux magħrufa.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F. Mahmoudian, imsemmi fil-punt 2 tal-Parti I, A, tal-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, ġie miżjud mal-lista ta’ persuni fiżiċi li tidher fit-Tabella I tal-Anness V tar-Regolament Nru 423/2007. Il-motivazzjoni li jirrigwardah hija identika għal dik li tidher fid-Deċiżjoni 2010/413.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 ġie rrivedut u miktub mill-ġdid bid-Deċiżjoni 2010/644.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-premessi 2 sa 5 tad-Deċiżjoni 2010/644 jaqraw kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta’ persuni u entitajiet, kif tidher fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, li għalihom japplikaw l-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) ta’ dik id-Deċiżjoni. Meta għamel dan, il-Kunsill ħa kont ta’ osservazzjonijiet ippreżentati minn dawk ikkonċernati.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-Kunsill ikkonkluda li, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ entitajiet, il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li d-daħliet li jikkonċernaw ċerti entitajiet fil-lista għandhom jiġu emendati.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Il-lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-isem ta’ Fulmen ġie inkluż fil-punt 13 tal-lista ta’ entitajiet li jidhru fit-Tabella I tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 hekk kif jirriżulta mid-Deċiżjoni 2010/644. Il-motivazzjoni li tikkonċernaha hija identika għal dik li tidher fid-Deċiżjoni 2010/413.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F. Mahmoudian ġie inkluż fil-punt 9 tal-lista ta’ persuni li jidhru fit-Tabella I tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 hekk kif jirriżulta mid-Deċiżjoni 2010/644. Il-motivazzjoni li tikkonċernah hija identika għal dik li tidher fid-Deċiżjoni 2010/413.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 423/2007 ġie abrogat bir-Regolament Nru 961/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 961/2010 jipprovdi b’mod partikolari għall-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil ċerti persuni, entitajiet jew lil ċerti organizzazzjonijiet jew huma kkontrollati minnhom. Il-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni jipprovdi għal persuni, entitajiet jew organizzazzjonijiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà u elenkati fl-Anness VII ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma l-proprjetà ta’, huma miżmuma jew huma kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness VIII għandhom ikunu ffriżati. L-Anness VIII għandu jinkludi l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi, [...] li f’konformità mal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni [2010/413], ġew identifikati li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huma impenjati, huma direttament assoċjati ma’, jew jipprovdu apoġġ għal attivitajiet nukleari ta’ natura sensittiva fir-rigward tal-proliferazzjoni jew l-iżvilupp ta’ sistemi li jwasslu l-armi nukleari mill-Iran, inkluż permezz l-involviment fl-akkwist ta’ oġġetti u teknoloġija pprojbiti, jew li jkunu propjetà ta’, jew ikkontrollati minn, tali persuna, entità jew korp, inkluż permezz ta’ mezzi illeċiti, jew li jaġixxu f’isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-isem ta’ Fulmen ġie inkluż mill-Kunsill fil-punt 13 tal-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u organizzazzjonijiet elenkati fl-Anness VIII, B, tar-Regolament Nru 961/2010. Il-motivi ta’ din l-iskrizzjoni huma identiċi għal dawk li jidhru fid-Deċiżjoni 2010/413.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fereydoun Mahmoudian ġie inkluż fil-punt 14 tal-lista ta’ persuni fiżiċi li jidhru fil-lista taħt l-Anness VIII, A, tar-Regolament Nru 961/2010. Ir-raġunijiet għal din l-iskrizzjoni huma identiċi għal dawk li jidhru fid-Deċiżjoni 2010/413.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’ittri rispettivi tas-26 ta’ Awwissu u tal-<DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>, F. Mahmoudian u Fulmen talbu lill-Kunsill sabiex iħassar isimhom mil-listi inkwistjoni u min-naħa l-oħra stiednuh jibgħatilhom l-elementi li kien ibbaża ruħu fuqhom sabiex jadotta l-miżuri restrittivi fir-rigward tagħhom. B’ittri tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, il-Kunsill ċaħad dawn it-talbiet. F’dan ir-rigward, il-Kunsill irrisponda lil F. Mahmoudian u lil Fulmen li d-deċiżjoni tiegħu ta’ żamma tal-ismijiet tagħhom fil-listi kkontestati kienet ibbażata biss fuq l-elementi msemmija fil-motivazzjoni ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>B’rikorsi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20100924">24 ta’ Settembru 2010</DATE>, Fulmen u F. Mahmoudian kull wieħed ippreżentaw rikors għal annullament kontra d-Deċiżjoni 2010/413 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010. Dawn il-kawżi, irreġistrati rispettivament bin-numri T‑439/10 u T‑440/10 ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-repliki tagħhom, Fulmen u F. Mahmoudian estendew il-kapijiet tat-talbiet tagħhom, billi talbu wkoll l-annullament tad-Deċiżjoni 2010/644 u tar-Regolament Nru 961/2010, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawhom. Huma barra minn hekk talbu lill-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi d-dannu li huma subew minħabba l-fatt tal-adozzjoni tal-atti kontenzjużi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett ċaħdet l-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, fejn ikkunsidrat, essenzjalment, li l-motivazzjoni tal-atti inkwistjoni, għalkemm qasira, kienet suffiċjenti sabiex tippermetti lill-Fulmen u lil F. Mahmoudian jifhmu dak li kienu akkużati bih u sabiex jippreżentaw rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali eżaminat it-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-implikazzjoni ta’ Fulmen u ta’ F. Mahmoudian fil-proliferazzjoni nukleari. Huma jsostnu li l-Kunsill ma kienx ressaq il-prova tal-intervent ta’ Fulmen fuq is-sit ta’ Qom/Fordoo. Il-Kunsill irrisponda li ma setax jiġi mistenni minn naħa tagħha li tressaq il-prova ta’ din l-allegazzjoni. Fil-fatt, skont il-Kunsill, l-istħarriġ tal-Qorti tal-Unjoni għandu jkun limitat<?PAGE NO="7"?> għall-verifika li l-motivi invokati sabiex tiġi ġġustifikata l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi jkunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>verosimili<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Dan huwa l-każ f’din il-kawża, fid-dawl tal-fatt li Fulmen hija kumpannija li ilha għal ħafna żmien attiva fis-suq tat-tagħmir elettriku Iranjan u li għandha numru kunsiderevoli ta’ impjegati.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 96 sa 104 tas-sentenza appellata, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>96</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ att li bih ikunu ġew adottati miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità, jestendi għall-evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi invokati sabiex jiġġustifikawh, kif ukoll għall-verifika tal-provi u tal-informazzjoni li tkun ibbażata fuqhom din l-evalwazzjoni. F’każ ta’ kontestazzjoni, huwa l-Kunsill li jkollu jippreżenta dawn il-provi bil-għan li jiġu vverifikati mill-Qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20091014">14 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, [<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-390/08" PAGE.ECR="II-3967" YEAR="2009">T-390/08, Ġabra p. II-3967</REF.DOC.ECR>], punti 37 u 107).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Għalhekk, b’mod kuntrarju għal dak li jsostni l-Kunsill, l-istħarriġ ġudizzjarju li għandu jiġi eżerċitat f’dan il-każ ma huwiex limitat għall-verifika tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>verosomiljanza<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> astratta tal-motivi invokati, iżda għandu jinkludi l-kwistjoni jekk dawn tal-aħħar humiex sostnuti, b’mod suffiċjenti fil-liġi, minn provi u informazzjoni konkreta.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Il-Kunsill lanqas ma jista’ jsostni li huwa ma huwiex marbut li jippreżenta tali elementi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, il-Kunsill isostni li l-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrenti ġew adottati fuq proposta ta’ Stat Membru, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni 2010/413. Issa, din iċ-ċirkustanza ma tbiddel xejn mill-fatt li l-atti [kontenzjużi] huma atti tal-Kunsill, li għandu, għaldaqstant, jiżgura ruħu li l-adozzjoni tagħhom tkun iġġustifikata, jekk ikun il-każ billi jitlob lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jippreżentalu l-provi u l-informazzjoni neċessarja għal dan il-għan.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kunsill ma jistax jinvoka li l-elementi kkonċernati huma provenjenti minn sorsi kunfidenzjali u li bħala konsegwenza, ma jistgħux jixxandru. Fil-fatt, għalkemm din iċ-ċirkustanza tista’, eventwalment, tiġġustifika restrizzjonijiet fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ dawn l-elementi lir-rikorrenti jew lill-avukati tagħhom, xorta jibqa’ l-fatt li, fid-dawl tar-rwol essenzjali tal-istħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest tal-adozzjoni tal-miżuri restrittivi, il-Qorti tal-Unjoni għandha tkun tista’ tistħarreġ il-legalità u l-fondatezza ta’ tali miżuri, mingħajr ma jistgħu jiġu invokati kontriha s-sigriet jew il-kunfidenzjalità tal-provi u tal-informazzjoni użati mill-Kunsill (ara, b’analoġija, is-sentenza [tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-228/02" PAGE.ECR="II-4665" YEAR="2006">T-228/02, Ġabra p. II-4665</REF.DOC.ECR>], punt 155). Barra minn hekk, il-Kunsill ma għandux id-dritt li jibbaża att li jadotta miżuri restrittivi fuq informazzjoni jew fuq elementi mill-fajl ikkomunikati minn Stat Membru, jekk dan l-Istat Membru ma jkunx dispost li jawtorizza l-komunikazzjoni tagħhom lill-Qorti tal-Unjoni inkarigata mill-istħarriġ tal-legalità ta’ din id-deċiżjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20081204">4 ta’ Diċembru 2008</DATE>, People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-284/08" PAGE.ECR="II-3487" YEAR="2008">T-284/08, Ġabra p. II-3487</REF.DOC.ECR>, punt 73).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Kunsill jiżbalja meta jsostni li ma tistax tintalab mingħandu l-prova dwar l-involviment ta’ entità fil-proliferazzjoni nukleari, fid-dawl tan-natura klandestina tal-aġir ikkonċernat. Min-naħa waħda, is-sempliċi fatt li l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi tkun proposta abbażi tal-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni 2010/413 jippresupponi li l-Istat Membru kkonċernat jew ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika tas-Sigurtà, skont il-każ, ikollu provi jew elementi ta’ informazzjoni li turi, fil-fehma tiegħu, li l-entità kkonċernata hija involuta fil-proliferazzjoni nukleari. Min-naħa l-oħra, id-diffikultajiet eventwalment affrontati mill-Kunsill meta jfittex li jipprova dan l-involviment jistgħu, jekk ikun il-każ, ikollhom impatt fuq il-livell ta’ prova meħtieġa mingħandu. Min-naħa l-oħra, dawn ma jistgħux ikollhom il-konsegwenza li jeżentawh totalment mill-oneru tal-prova li għandu.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ dan il-każ, il-Kunsill ma ppreżenta ebda informazzjoni jew prova insostenn tal-motiv invokat fl-atti [kontenzjużi]. Hekk kif jammetti, essenzjalment, huwa stess, huwa bbaża ruħu fuq sempliċi allegazzjonijiet mhux sostanzjati li jgħidu li Fulmen installat tagħmir elettriku fis-sit ta’ Qom/Fordoo qabel ma ġiet skoperta l-eżistenza ta’ dan is-sit.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Kunsill ma ressaqx il-prova li Fulmen kienet intervjeniet fis-sit ta’ Qom/Fordoo u, għaldaqstant, it-tielet motiv għandu jiġi milqugħ mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi ttrattat it-tieni argument, imressaq minn F. Mahmoudian fil-Kawża T‑440/10, dwar il-pożizzjoni tiegħu fi ħdan Fulmen.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill ma invokax, fl-atti [kontenzjużi], ċirkustanzi oħra li jiġġustifikaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Fulmen u ta’ F. Mahmoudian, l-atti msemmija għandhom jiġu annullati sa fejn dawn jikkonċernaw [lill-Fulmen u lil F. Mahmoudian].<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Sabiex tevita li tiġi mminata ċ-ċertezza legali, il-Qorti Ġenerali żammet l-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, sad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi l-appell. B’mod konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appell għandu effett sospensiv fuq id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tannulla regolament, f’din il-kawża r-Regolament Nru°961/2010 sad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi l-appell.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20121024">24 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq ġew ammessi bħala partijiet intervenjenti sabiex isostnu t-talbiet tal-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi b’mod definittiv fuq il-kawża u li tiċħad ir-rikors ta’ Fulmen u ta’ F. Mahmoudian kontra l-atti kontenzjużi;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Fulmen u lil F. Mahmoudian għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest tal-ewwel istanza u tal-appell preżenti.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fulmen u F. Mahmoudian jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkonferma s-sentenza appellata, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-atti kontenzjużi sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Fulmen u lil F. Mahmoudian;</P></ITEM><ITEM><P>sa fejn meħtieġ, tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE>, ir-Regolament dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 88, p. 1</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell tal-Kunsill.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma ppreżentatx risposta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill kellu jressaq elementi sabiex jissostanzja li Fulmen intervjeniet fis-sit ta’ Qom/Fordoo, u dan minkejja l-fatt li l-elementi li jistgħu jitressqu huma provenjenti minn sorsi kunfidenzjali. L-iżbalji ta’ liġi li allegatament wettqet il-Qorti Ġenerali jirrigwardaw żewġ aspetti tal-komunikazzjoni ta’ dawn l-elementi. L-ewwel jirrigwarda l-komunikazzjoni lill-Kunsill ta’ provi mill-Istati Membri u t-tieni dwar il-komunikazzjoni tal-elementi kunfidenzjali lill-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Preliminarjament, il-Kunsill, sostnut mir-Repubblika Franċiża, isostni li l-installazzjoni nukleari fuq is-sit ta’ Qom/Fordoo inbniet klandestinament, mingħajr ma ġiet iddikjarata lill-AIEA u bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà. Ir-Repubblika Franċiża ċċitat f’dan ir-rigward ir-Riżoluzzjoni 1929 (2010), fil-preambolu li fih l-installazzjoni ta’ arrikkiment ta’ Qom hija msemmija. Minħabba l-karattru klandestin tal-kostruzzjoni tas-sit ta’ Qom, Stat Membru seta’ jikkunsidra neċessarju għas-sigurtà tiegħu li ma jiżvelax dokumenti kunfidenzjali, ħaġa li l-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx b’mod suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ilment tiegħu, il-Kunsill jikkontesta l-punt 99 tas-sentenza appellata, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, sabiex tivverifika li l-adozzjoni, fuq proposta ta’ Stat Membru, ta’ miżuri restrittivi hija ġustifikata, il-Kunsill għandu, jekk ikun il-każ, jitlob lill-Istat Membru kkonċernat jippreżentalu l-provi u informazzjoni neċessarja. Skont il-Kunsill, meta dawn l-elementi jkunu ġejjin minn sorsi kunfidenzjali, huwa jista’ leġittimament jiddeċiedi li jadotta miżura restrittiva fuq il-bażi biss tal-espożizzjoni tal-motivi ppreżentata minn Stat Membru, sa fejn din l-espożizzjoni tkun oġġettivament verosimili. Dan il-mod li bih wieħed jipproċedi huwa konformi mal-prinċipju tal-fiduċja reċiproka li għandu jseħħ bejn l-Istati Membri u dan u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, hekk kif previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża tikkunsidra wkoll li espożizzjoni tal-motivi, oġġetivament raġonevoli, trażmessa minn Stat Membru lill-Kunsill, kienet suffiċjenti fil-kuntest tal-adozzjoni tal-miżuri restrittivi u tirreferi għall-Artikolu 346(1)(a) TFUE li skont din <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>l-ebda Stat ma jkun obbligat li jagħti tagħrif li l-kxif tiegħu ikun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni min-naħa l-oħra li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, id-dritt għad-divulgazzjoni tal-provi skont id-drittijiet tad-difiża ma hijiex assoluta (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja EDH Jasper c. Ir-Renju Unit tas-<DATE ISO="20000216">16 ta’ Frar 2000</DATE>, rikors Nru 27052/95, punt 52). Din il-ġurisprudenza, dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, tirregola d-determinazzjoni ta’ akkużi kriminali, hija applikabbli <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> għall-miżuri restrittivi inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan l-ilment tal-Kunsill, ir-Renju Unit isostni fl-ewwel lok, li d-deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 29 TUE jeħtieġu, bis-saħħa tal-Artikolu 31 TUE, l-unanimità. Fit-tieni lok, dan l-Istat Membru jsostni li, billi jivvutaw fuq il-proposta ta’ Stat Membru, l-Istati Membri l-oħra jġiebu l-għarfien profond u l-konoxxenza tagħhom sabiex jikkontribwixxu għall-elaborazzjoni tad-deċiżjoni. Fl-aħħar nett, fit-tielet lok, huwa jsostni li ċerta informazzjoni jista’ jkun li ġiet skambjata bejn ċerti Stati Membri fuq bażi bilaterali. Jekk xi Stati Membri jikkunsidraw li<?PAGE NO="10"?> l-parteċipazzjoni tal-persuni jew ta’ entitajiet implikati f’atti li huma ta’ riskju għall-proliferazzjoni nukleari, allegata f’proposta tad-deċiżjoni tal-Kunsill, hija arbitrarja, mhux probabbli, jew nieqsa minn probabbiltà, huma għandhom jirrifjutaw l-adozzjoni tad-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment tiegħu, il-Kunsill jikkontesta l-punt 100 tas-sentenza appellata, li permezz tagħha, l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-qorti tal-Unjoni ma tistax topponi s-sigriet jew il-kunfidenzjalità tal-provi u ta’ informazzjoni li fuqha hija bbażata l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali injorat id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċeduri tagħha, li skont dawn il-Qorti Ġenerali għandha tieħu biss in kunsiderazzjoni dawk id-dokumenti u inkartamenti li l-avukati u l-aġenti tal-partijiet ikunu setgħu jikkonsultaw u li fuqhom ikunu setgħu jesprimu ruħhom. Huwa jsostni li r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma jippermettux, fl-istat attwali, lil parti li jikkomunikaw lill-Qorti Ġenerali elementi kunfidenzjali b’mod li huma jistgħu jiġu kkunsidrati mingħajr ma jiġu mgħoddija lill-avukati tal-parti avversarja. Ir-Repubblika Franċiża ssostni f’dan ir-rigward li ma huwiex attribwit għall-Kunsill li ma pprovdix għal modifika tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, peress li hija l-Qorti Ġenerali li għandha tistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura tagħha fi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja, bl-approvazzjoni tal-Kunsill. Skont ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit, sakemm il-Qorti Ġenerali ma tistax tikkunsidra l-elementi kunfidenzjali jekk ma kkomunikahomx lill-avukati tar-rikorrenti, huwa diffiċli għall-Istati Membri jaċċettaw li l-elementi kunfidenzjali li huma għandhom u li jiġġustifikaw l-fondatezza tal-miżuri restrittivi inkwistjoni jkunu kkomunikati lill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Matul is-seduta, il-Kunsill sostna li huwa ġustifikat li jimponi sanzjonijiet ekonomiċi ġenerali jew li jolqot ċerti setturi tal-ekonomija Iranjana, b’mod konformi mal-Artikolu 215(1) TFUE. L-għażla li jiġu pprivileġġjati miżuri mmirati jagħmilha possibbli li jiġu mtaffa l-effetti negattivi tal-miżuri restrittivi fuq il-popolazzjoni, iżda d-diffikultà tinstab fil-fatt tat-tressiq tal-prova tal-eżistenza ta’ attivitajiet, ta’ spiss klandestini, li jiġġustifikaw l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. Huwa jsostni wkoll li, fil-punt 49 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali setgħet tiġġustifika li ssir eċċezzjoni għall-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, iżda li, b’mod żbaljat, huwa ma applikax din l-eċċezzjoni f’dak li jirrigwarda l-prova tal-aġir allegat.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit isostni li l-Qorti Ġenerali kellha teżamina l-mod kif l-interessi leġittimi li għandhom jiġu protetti permezz tal-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi u l-interessi li għandhom jiġu protetti billi tiġi ppreżervata l-konfidenzjalità, minn naħa, u s-salvagwardja effettiva tal-protezzjoni ġudizzjarja, min-naħa l-oħra, għandhom ikunu konċiljati. Huwa jsostni li, peress li l-Unjoni ma poġġietx fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-komunikazzjoni lill-Qorti Ġenerali ta’ dokumenti kunfidenzjali, jeħtieġ li l-Qorti Ġenerali, fil-kuntest ta’ din il-konċiljazzjoni, tagħti attenzjoni ikbar lill-interessi tal-paċi u tas-sigurtà kif ukoll lill dawk tal-persuna li hija s-suġġett ta’ miżuri restrittivi. Huwa jfakkar li l-miżuri inkwistjoni huma preventivi u mhux kriminali. Jekk huma ta’ intrużjoni u għandhom ta’ spiss effetti kunsiderevoli, huma madankollu akkumpanjati minn dispożizzjonijiet partikolari li jipproteġu l-persuni affettwati mill-miżuri, bħall-Artikoli 19 u 21 tar-Regolament Nru 961/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fulmen u F. Mahmoudian isostnu, fl-ewwel lok, li l-argument li l-eżistenza tas-sorsi għandha tibqa’ kunfidenzjali huwa argument ġdid li l-Kunsill qatt ma semma fl-ewwel istanza, ħlief waqt is-sottomissjonijiet fuq id-domandi li saru mill-Qorti Ġenerali lill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Huma jsostnu, fit-tieni lok u sussidjarjament, li l-eżistenza tal-elementi provenjenti minn sorsi kunfidenzjali jammontaw għal deroga mhux biss għall-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, iżda wkoll għall-obbligu tat-tressiq tal-prova suffiċjenti tal-fatti li wasslu għad-deċiżjoni meħuda.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Fulmen u F. Mahmoudian jfakkru li, skont, b’mod partikolari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Kunsill li skont dan ma jkunx possibbli li jiġu kkomunikati lill-Qorti Ġenerali l-elementi kunfidenzjali b’mod li jistgħu jiġu kkunsidrati mingħajr ma jiġu mgħoddija lill-avukati tal-parti avversarja.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Huma jsostnu f’dan ir-rigward, li l-Kunsill qatt ma rrefera għal xi elementi kunfidenzjali insostenn tad-deċiżjoni tiegħu. Huma jfakkru li bagħtu żewġ ittri rreġistrati, fis-26 ta’ Awwissu u fl-<DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>, fejn esprimew li kienu sorpriżi li kienu ġew milquta mill-assenza ta’ provi in sostenn tad-deċiżjonijiet meħuda. Wara l-introduzzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji, l-Kunsill qatt ma rrefera għall-eżistenza tal-elementi kunfidenzjali kkomunikati minn wieħed mill-Istati Membri u/jew mis-servizzi Ewropej ta’ azzjoni esterna.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fulmen u F. Mahmoudian isostnu wkoll li, anki jekk l-elementi kunfidenzjali jeżistu, il-motivi tad-deċiżjoni kienu vagi ħafna u ma kinux jippermettu la lil Fulmen u lanqas lil F. Mahmoudian sabiex jippreżentaw difiża effettiva. Huma jfakkru l-ħafna żbalji kemm dwar Fulmen kif ukoll dwar F. Mahmoudian li jidhru fid-deċiżjoni u li ġew indikati lill-Qorti Ġenerali. Skont huma, dawn l-iżbalji jippermettu li tiġi ddubitata l-kredibbiltà tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill fuq l-eżistenza tal-elementi kunfidenzjali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Għandhom jiġu eżaminati mill-bidu ż-żewġ ilmenti li jiffurmaw l-aggravju tal-Kunsill. Fil-fatt, fil-punti 99 u 100 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tirrispondi għall-argument ta’ Fulmen u ta’ F. Mahmoudian, imfakkar fil-punt 94 tas-sentenza appellata, li skont dan il-Kunsill ma ressaqx il-prova tal-allegazzjonijiet tiegħu dwar l-intervent ta’ Fulmen fis-sit ta’ Qom/Fordoo. Il-punt 99 għandha għalhekk tiġi interpretata fis-sens li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-Kunsill għandu, jekk ikun il-każ, jitlob il-provi u l-informazzjoni neċessarja lill-Istat Membru li ppropona l-miżuri restrittivi, sabiex ikun f’pożizzjoni li jipproduċihom fil-kuntest ta’ stħarriġ ġudizzjarju msemmi fil-punt segwenti tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret fl-istħarriġ tal-miżuri restrittivi, il-Qrati tal-Unjoni għandhom, b’mod konformi mal-kompetenzi li huma għandhom taħt it-trattat, jiżguraw stħarriġ, bħala prinċipju komplut, tal-legalità tal-atti kollha tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali li jiffurmaw parti integrali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżit huwa speċifikament trattat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE (sentenza tat-<DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi, C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P, punt 97, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Kadi II<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fuq quddiem ta’ dawn id-drittijiet fundamentali tidher, b’mod partikolari, l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (sentenza Kadi II, iċċitata iktar ’il fuq, punt 98).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>L-ewwel wieħed minn dawn id-drittijiet, li huwa previst fl-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), jinkludi d-dritt għal smigħ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl fl-osservanza tal-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità (sentenza Kadi II, punt 99).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>It-tieni wieħed tal-imsemmija drittijiet fundamentali, li huwa kkonfermat fl-Artikolu 47 tal-Karta, jeżiġi li l-parti interessata tista’ tkun taf il-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni meħuda fir-rigward tagħha kemm permezz tal-qari stess tad-deċiżjoni, kemm permezz ta’ komunikazzjoni ta’ dawn il-motivi li ssir fuq talba tagħha, bla ħsara tas-setgħa tal-qorti kompetenti li teżiġi mill-awtorità inkwistjoni li hija tikkomunikala, sabiex tkun tista’ tiddefendi d-drittijiet tagħha fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u li tiddeċiedi b’għarfien sħiħ tal-kawża jekk kienx utli li tinstema quddiem il-qorti<?PAGE NO="12"?> kompetenti, kif ukoll sabiex din tal-aħħar titpoġġa f’pożizzjoni li teżerċita l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni inkwistjoni (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20130604">4 ta’ Ġunju 2013</DATE>, ZZ, C‑300/11, punt 53 u ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll Kadi II, punt 100).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>L-Artikolu 52(1) tal-Karta madankollu jipprovdi għal limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet pprovduti minnha, sa fejn il-limitazzjoni kkonċernata tirrispetta l-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali inkwistjoni u li, fir-rispett tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, hija neċessarja u tirrispondi effettivament għall-għanijiet ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni (ara s-sentenzi ZZ, iċċitata iktar ’il fuq punt 51, u Kadi II, punt 101).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandha tiġi evalwata abbażi taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/10 P" PAGE.ECR="I-10439" YEAR="2011">C-110/10 P, Ġabra p. I-10439</REF.DOC.ECR>, punt 63), b’mod partikolari n-natura tal-att inkwistjoni, tal-kuntest tal-adozzjoni tiegħu u tar-regoli ġuridiċi li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenza Kadi II, punt 102; ara wkoll, f’dan is-sens, fir-rigward tal-osservanza tad-dmir ta’ motivazzjoni, sentenzi tal-<DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, Al-Aqsa vs Il-Kunsill u Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Al-Aqsa, C‑539/10 P u C‑550/10 P, punti 139 u 140, kif ukoll Il-Kunsill vs Bamba, C‑417/11 P, punt 53).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>L-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta teżiġi wkoll li l-qorti tal-Unjoni tiżgura li d-deċiżjoni, li għandha portata individwali għall-persuna jew l-entità kkonċernata, hija bbażata fuq bażi fattwali suffiċjentement solida. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li huma l-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, b’mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni tas-sunt veru tal-motivi invokati, iżda jirrigwarda l-punt jekk dawn il-motivi, jew, għall-inqas wieħed minnhom ikkunsidrat bħala suffiċjenti fih innifsu sabiex isostni din l-istess deċiżjoni, humiex sostnuti (ara s-sentenza Kadi II, punt 119).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tagħmel dan l-eżami billi titlob, skont il-każ, lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni tipproduċi informazzjoni jew provi, kunfidenzjali jew mhux, rilevanti għall-finijiet ta’ tali eżami (ara s-sentenza Kadi II, punt 120, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Hija, fil-fatt l-awtorità kompetenti tal-Unjoni li għandha, fil-każ ta’ kontestazzjoni, tistabbilixxi l-fondatezza tal-motivi meqjusa kontra l-persuna kkonċernata, u mhux lil din tal-aħħar li tipproduċi l-prova negattiva tal-assenza ta’ fondatezza ta’ dawn il-motivi (ara s-sentenza Kadi II, punt 121).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ma huwiex meħtieġ li din l-awtorità tipproduċi quddiem il-qorti tal-Unjoni l-informazzjoni u provi kollha inerenti għall-motivi allegati fl-att li ġie mitlub l-annullament tiegħu. Huwa importanti madankollu li l-informazzjoni jew l-elementi prodotti jsostnu r-raġunijiet meqjusa kontra l-persuna kkonċernata (ara s-sentenza Kadi II, punt 122).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Jekk ikun impossibbli għall-awtorità kompetenti tal-Unjoni li taċċedi għat-talba tal-qorti tal-Unjoni, hija din tal-aħħar li għandha tibbaża ruħha fuq l-uniċi elementi li jkunu ġew ikkomunikati lilha, jiġifieri, f’dan il-każ, il-motivazzjoni tal-att ikkontestat, l-osservazzjonijiet u l-elementi li għandhom eventwalment jiġu prodotti mill-persuna kkonċernata kif ukoll ir-risposta tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni għal dawn l-osservazzjonijiet. Jekk dawn l-elementi ma jippermettux li tiġi kkonstatata l-fondatezza ta’ motiv, il-qorti tal-Unjoni tiċħdu fejn jikkonċerna sostenn tad-deċiżjoni dwar iskrizzjoni jew ta’ żamma tal-iskrizzjoni inkwistjoni (ara s-sentenza Kadi II, punt 123).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Jekk, bil-kontra, l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tipprovdi informazzjoni jew provi rilevanti, il-qorti tal-Unjoni għandha tivverifika l-eżattezza materjali tal-fatti allegati fir-rigward ta’ din l-informazzjoni jew elementi u tevalwa s-saħħa probatorja ta’ dawn tal-aħħar skont ċirkustanzi tal-każ u fid-dawl tal-eventwali osservazzjonijiet ippreżentati, b’mod partikolari, mill-persuna kkonċernata għas-suġġett tagħhom (ara s-sentenza Kadi II, punt 124).</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Ċertament, kunsiderazzjonijiet imperattivi li jmissu ċ-ċertezza tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jew l-aġir tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom jistgħu jipprekludu l-komunikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni jew ta’ ċerti provi lill-persuna kkonċernata. F’każ simili, hija madankollu l-qorti tal-Unjoni, li ma jistax jiġi prekluż lilha l-aċċess minħabba s-segretezza jew il-kunfidenzjalità ta’ din l-informazzjoni jew elementi, li għandha timplementa, fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju li hija teżerċita, tekniki li jippermettu li jiġu kkonċiljati, minn naħa, il-kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ sigurtà fir-rigward tan-natura u s-sorsi ta’ informazzjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-adozzjoni tal-att ikkonċernat u, min-naħa l-oħra, in-neċessità li jiġi ggarantit biżżejjed lill-parti fil-kawża r-rispett tad-drittijiet proċedurali tagħha, bħad-dritt għal smigħ kif ukoll il-prinċipju ta’ kontradittorju (ara s-sentenzi Kadi II, punt 125, kif ukoll, b’analoġija, ZZ, iċċitata iktar ’il fuq, punti 54, 57 u 59).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, hija l-qorti tal-Unjoni, filwaqt li tipproċedi għal eżami tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt kollha pprovduti mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni, li għandha tivverifika l-fondatezza tar-raġunijiet invokati minn din l-awtorità sabiex topponi tali komunikazzjoni (ara s-sentenzi Kadi II, punt 126, kif ukoll, b’analoġija, ZZ, iċċitata iktar ’il fuq, punti 61 u 62).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Jekk il-qorti tal-Unjoni titlob li dawn ir-raġunijiet ma jipprekludux il-komunikazzjoni, tal-inqas parzjali, tal-informazzjoni jew tal-provi kkonċernati, hija tagħti l-possibbiltà lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni li tikkomunika din l-informazzjoni fir-rigward tal-persuna kkonċernata. Jekk din l-awtorità topponi l-komunikazzjoni ta’ kull jew parti minn din l-informazzjoni jew elementi, il-qorti tal-Unjoni mbagħad tipproċedi għalhekk għall-eżami tal-legalità tal-att ikkontestat abbażi tal-elementi biss li ġew ikkomunikati lilha (ara s-sentenzi Kadi II, punt 127, u, b’analoġija, ZZ, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk jirriżulta li r-raġunijiet invokati mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni jipprekludu effettivament il-komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata ta’ informazzjoni jew ta’ provi prodotti quddiem il-qorti tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu bbilanċjati b’mod xieraq ir-rekwiżiti marbuta mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, b’mod partikolari fir-rispett tal-prinċipju ta’ kontradittorju, u dawk li jirriżultaw mis-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jew mit-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom (ara s-sentenzi Kadi II, iċċitata iktar ’il fuq, punt 128, kif ukoll, b’analoġija, ZZ, iċċitata iktar ’il fuq, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ tali bbilanċjar, huwa possibbli li jintużaw possibbiltajiet bħall-komunikazzjoni ta’ sunt tal-kontenut tal-informazzjoni jew tal-provi inkwistjoni. Indipendentement mill-użu ta’ tali possibbiltajiet, hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tevalwa jekk u sa fejn l-assenza ta’ żvelar ta’ informazzjoni jew ta’ provi kunfidenzjali lill-persuna kkonċernata u l-impossibbiltà korrelattiva għaliha li ssostni l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tagħhom humiex ta’ natura li jinfluwenzaw is-saħħa probatorja tal-provi kunfidenzjali (ara s-sentenzi Kadi II, punt 129, u, b’analoġija, ZZ, iċċitata iktar ’il fuq, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 52 tas-sentenza appellata, li l-motivazzjoni tal-iskrizzjoni ta’ Fulmen u ta’ F. Mahmoudian fil-lista tal-atti kontenzjużi, għalkemm qasira, kienet ippermettitilhom li jifhmu liema atti kienet akkużata bihom Fulmen u li jikkontestaw kemm ir-realtà tal-atti, kif ukoll ir-rilevanza tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għalkemm Fulmen sostniet matul is-seduta, li ġiet infurmata biss dwar il-perijodu dwar il-fatti li ġew attribwiti lilha, jiġifieri 2006‑2008, fl-istadju tal-proċeduri tal-appell, hemm lok li jingħad li dan il-perijodu seta’ jiġi faċilment dedott mid-dokumenti pubbliċi, peress li l-motivazzjoni kienet tkopri l-perijodu preċedenti għall-iskoperta tal-eżistenza tas-sit ta’ Qom u li r-Riżoluzzjoni 1929 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà kienet tindika li l-kostruzzjoni taċ-ċentrali ta’ Qom ġiet żvelata fix-xahar ta’ Settembru 2009.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prova tal-implikazzjoni ta’ Fulmen fl-istallazzjoni ta’ tagħmir elettroniku fuq is-sit ta’ Qom/Fordoo, il-Kunsill, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit sostnew li l-produzzjoni tad-dokumenti li jattestaw din l-implikazzjoni ma kintix neċessarja u, f’kull każ, ma kienx possibbli minħabba l-karattru kunfidenzjali ta’ dawn id-dokumenti u tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali li jimponu l-komunikazzjoni lill-parti avversarja.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, peress li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni rrifjutat li tipproduċi l-provi quddiem il-Qorti tal-Unjoni, din tal-aħħar, hekk kif jirriżulta mill-punt 68 tas-sentenza preżenti, għandha tibbaża biss fuq l-elementi li ġew ikkomunikati lilha.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>F’din il-kawża, l-uniku element għad-dispożizzjoni tal-qorti tal-Unjoni hija l-allegazzjoni li tidher fil-motivazzjoni tal-atti kontenzjużi. Hija ma hijiex sostnuta mill-produzzjoni tal-elementi ta’ informazzjoni jew tal-prova, bħal sunt tal-kontenut tal-informazzjoni inkwistjoni, ta’ iktar dettalji fuq it-tagħmir elettroniku allegatament installat fis-sit ta’ Qom jew ir-raġunijiet li jippermettu li jiġi stabbilit li kienet Fulmen li kienet installat dan it-tagħmir u b’hekk, il-fondatezza tal-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din iċ-ċirkustanza, għandu jiġi kkonstatat li Fulmen u F. Mahmoudian ma kinux f’pożizzjoni li jiddefendu ruħhom mill-fatti allegati u li l-qorti tal-Unjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tivverifika l-fondatezza tal-atti kontenzjużi.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Ftit huwa ta’ rilevanza li l-Artikolu 215(1) TFUE jagħti lill-Kunsill il-kompetenza sabiex jadotta miżuri ekonomiċi ġenerali kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Fil-fatt, il-miżura suġġetta għall-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni hija miżura mmirata li tkopri mhux settur ekonomiku partikolari, iżda impriża individwali minħabba attività allegata speċifika.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn l-elementi kollha, il-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet, fil-punt 103 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill ma ressaqx il-prova li Fulmen kienet intervjeniet fis-sit ta’ Qom/Fordoo.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-appell huwa infondat u għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun infondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-Artikolu 138 ta’ dawn ir-Regoli, li huwa applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn tal-aħħar, jipprovdi li l-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. L-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa applikabbli għall-proċeduri ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn jipprovdi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill tilef il-kawża, hemm lok, b’mod konformi mat-talbiet ta’ Fulmen u ta’ F. Mahmoudian, li jiġi kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit u l-Kummissjoni, partijiet intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="15"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>