<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑525/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0525</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2254">EU:C:2014:2254</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20141002">2.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑525/13</P><P>VAN DEN BROECK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika Agrikola Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2419/2001</KEYWORD><KEYWORD>Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ta’ għajnuna taż-żona</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 33</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Irregolaritajiet magħmula intenzjonalment</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑525/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vlaams Gewest</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Heidi Van Den Broeck,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, J. Malenovský u K. Jürimäe (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Vlaams Gewest, minn J. Fransen, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Van Den Broeck, minn K. Van Wynsberge, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Kranenborg u G. von Rintelen, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-<DATE ISO="20011211">11 ta’ Diċembru 2001</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 34, p. 308), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2004, tat-<DATE ISO="20040123">23 ta’ Jannar 2004</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 223, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 2419/2001<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqri flimkien mal-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Vlaams Gewest (Reġjun Fjamming) kontra H. Van Den Broeck, dwar l-irkupru minn din l-awtorità tat-totalità tal-għajnuniet għall-prodotti tar-raba’ li jinħarat li H. Van Den Broeck irċeviet għas-sena ta’ ħsad 2003, peress li l-applikazzjoni tagħha ta’ għajnuna tikkontjeni irregolaritajiet magħmula intenzjonalment.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 3508/92</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92, tas-<DATE ISO="19921127">27 ta’ Novembru 1992</DATE>, li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 223), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1593/2000, tas-<DATE ISO="20000717">17 ta’ Lulju 2000</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="182" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2000">ĠU L 182, p. 4</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament Nru 3508/92<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, minn hawn ’il quddiem imsemmija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>is-sistema integrata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>, u li tapplika:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fis-settur ta’ l-uċuħ:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>għas-sistema ta’ appoġġ għall-prodotturi ta’ uħud mill-prodotti tal-bagħli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 [tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE>, li jwaqqaf sistema ta’ appoġġ għal produtturi ta’ ċerti prodotti tar-raba’ li jinħarat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 322), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2704/1999 tal-<DATE ISO="19991214">14 ta’ Diċembru 1999</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 27, p. 469)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>għas-sistema ta’ għajnuna għall-produtturi tar-ross stabbilita mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 [tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="329" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="1995">ĠU L 329, p. 18</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2072/98 tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19980928">28 ta’ Settembru 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="265" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="1998">ĠU L 265, p. 4</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>għall-miżura speċifika rigward ċerti qmuħ tal-legumi introdotta permezz tar-Regolament (KE) 1577/96 [tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19960730">30 ta’ Lulju 1996</DATE>, li jintroduċi miżura speċifika f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti legumi tal-qamħ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3 Vol. 19, p. 341), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1826/97 tat-<DATE ISO="19970922">22 ta’ Settembru 1997</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 21, p. 391)];</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fis-settur tal-bhejjem:</TXT><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>għall-pagamenti diretti permezz ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 366)],</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) u (6) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sabiex ikun eliġibbli taħt waħda jew aktar mill-iskemi Komunitarji rregolati minn dan ir-Regolament, kull bidwi għandu jissottometti, għal kull sena, applikazzjoni għall-għajnuna għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>erja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>żona<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>] li tindika:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-qatgħat agrikoli, inklużi l-erji taħt l-uċuħ tal-mergħa, u l-qatgħat agrikoli koperti b’miżura għar-raba’ mserraħ u għall-art mhix maħduma,</P></ITEM><ITEM><P>fejn japplika, kwalunkwe tagħrif ieħor meħtieġ ipprovdut jew mir-Regolamenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskemi Komunitarji, jew mill-Istat Membru interessat.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Għal kull qagħta agrikola ddikjarata, il-bdiewa għandhom jindikaw l-erja u l-lokalità tagħha, liema informazzjoni għandha tiffaċilita li l-qagħta tiġi identifikata fis-sistema għall-identifikazzjoni tal-qatgħat agrikoli.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2419/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2419/2001 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessi 32 sa 34 ta’ dan ir-regolament jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(32)</NO.P><TXT>Sabiex ikunu protetti b’mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Komunità għandhom ikunu adottati miżuri adegwati sabiex jikkumbattu irregolaritajiet u frodi. Disposizzjonijiet separati għandhom ikunu magħmula għall-iskemi ta’ għajnuna taż-żona fuq naħa u l-iskemi ta’ għajnuna tal-bhejjem miżmuma għal xi raġuni fuq in-naħa l-oħra, minħabba naturi differenti ta’ dawn l-iskemi ta’ għajnuna.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(33)</NO.P><TXT>Tnaqqis u esklużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti minħabba l-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-problemi speċjali marbuta ma’ każijiet ta’ forza maġġuri kif ukoll ċirkustanzi eċċezzjonali u naturali. Tali tnaqqis u esklużjonijiet għandhom ikunu mogħtija grad skond il-gravità ta’ l-irregolaritajiet kommessi u għandhom imorru sa l-esklużjoni totali minn skema ta’ għajnuna waħda jew ħafna għal perjodu speċifikat.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Disposizzjoni għal tnaqqis u esklużjonijiet għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-partikolaritajiet ta’ l-iskemi ta’ għajnuna varji soġġetti għas-sistema intergrati. Għal dak li jirrigwarda l-applikazzjonijiet ta’ għajnuna taż-żona, irregolaritajiet normalment jaffettwaw partijiet ta’ oqsma, u dikjarazzjonijiet miżjudin għal dak li jirrigwarda pakkett wieħed jista’ jkun kumpensat b’dikjarazzjonijiet imnaqqsin ta’ rqajja’ oħra ta’ l-istess grupp ta’ kultivazzjoni. […] Għal dak li jirrigwarda applikazzjonijiet ta’ għajnuna taż-żona fejn jinstabu irregolaritajiet, għandu jkun previst li f’ċertu marġini ta’ tolleranza ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu aġġustati biss u tnaqqis jibda japplika biss ladarba l-marġini jinqabeż. […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(i) ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Applikazzjoni ta’ l-għajnuna ta’ l-zona<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> għandha tiġi interpretata bħala:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[A]pplikazzjoni għall-pagament ta’ għajnuna taħt skemi ta’ għajnuna kif imfissra fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) (iii) tar-[Regolament Nru 3508/92], u li jinkludi d-dikjarazzjoni ta’ kwalunkwe forom oħra ta’ zoni, b’mod partikolari d-dikjarazzjoni ta’ qasam ta’ forage għall-għanijiet ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna ta’ bhejjem miżmuma għal xi użu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament Nru 2419/2001, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Sejbiet għal dak li jirrigwarda applikazzjonijiet ta’ għajnuna taż-żona<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, huwa kompost mill-Artikoli 30 sa 35. L-Artikolu 30 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għall-għan ta’ dan il-kapitolu l-gruppi ta’ kultivazzjoni segwenti għandhom jintgħarfu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>oqsma ta’ forage dikjarati għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE>, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3 Vol. 25, p. 339)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>oqsma ta’ forage ħlief art ta’ mergħa u zoni oħra użati għall-produzzjoni ta’ kultivazzjoni fejn isir il-ħrit fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 dikjarati għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 13 [tar-Regolament Nru 1254/1999];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>art tal-mergħa fl-isfera tat-tifsira ta’ l-Artikolu 13(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 dikjarati għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>art permanenti tal-mergħa dikjarati għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 19 tar-[Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999, tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 366)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>zoni tal-kultivazzjoni li għalihom rata ta’ għajnuna differenti hija applikabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>zoni mitfugħa fil-ġenb u, fejn applikabbli, zoni mitfugħa fil-ġenb li għalihom rata ta’ għajnuna differenti hija applikabbli.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31(1) u (2) tar-Regolament Nru 2419/2001, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Bażi ta’ kalkulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk żona ta’ grupp ta’ kultivazzjoni kkalkulat jinstab li huwa ikbar minn dak dikjarat fl-applikazzjoni ta’ għajnuna, il-qasam dikjarat għandu jkun użat għall-kalkulazzjoni ta’ l-għajnuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għan-nuqqasijiet u esklużjonijiet f’konformità ma’ l-Artikoli 32 sa 35, jekk il-qasam dikjarat fl-applikazzjoni ta’ għajnuna taż-żona jiskorri l-qasam determinat għal dak il-grupp ta’ kultivazzjoni bħala riżultat ta’ verifiki amministrattivi jew fuq l-art l-għajnuna għandha tkun kalkulata fuq il-bażi taż-żona għal dak il-grupp ta’ kultivazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Tnaqqis u esklużjonijiet f’każijiet ta’ dikjarazzjoni żejda<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, f’dak li jirrigwarda grupp ta’ kultivazzjoni, iż-żona ddikkjarata taqbeż iż-żona determinata f’konformità ma’ l-Artikolu 31(2) l-għajnuna għandha tkun kalkulata fuq il-bażi taż-żona determinata mnaqqsa b’darbtejn id-differenza misjuba jekk dik id-differenza hija iktar minn jew 3 % jew żewġ ettari iżda mhux iktar minn 20 % taż-żona determinata.</ALINEA><ALINEA>Iżda jekk id-differenza hija iktar minn 20 % taż-żona determinata, l-ebda għajnuna tal-qasam marbuta għandha tkun mogħtija għall-grupp ta’ kultivazzjoni konċernata.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, f’dak li jirrigwarda l-qasam kollu determinat kopert b’applikazzjoni għall-għajnuna taħt l-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92, il-qasam dikjarat jiskorri l-qasam determinat in konformità ma’ l-Artikolu 31(2) b’iktar minn 30 %, l-għajnuna għal liema l-bidwi kien ikun intitolat għalih fl-Artikolu 31(2) għandhom ikunu rifjutati għas-sena ta’ kalendarju in kwistjoni taħt dawk l-iskemi ta’ għajnuna.</ALINEA><ALINEA>Jekk id-differenza hija iktar minn 50 %, il-bidwi għandu jkun eskluż darb’oħra milli jirċievi għajnuna sa ammont ugwali għal dak li għandu jkun rifjutat taħt l-ewwel subparagrafu. Dan l-ammont għandu jkun impaċċi kontra pagamenti ta’ l-għajnuna taħt kwalunkwe mill-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 għal liema l-bidwi huwa ntitolat fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet li jagħmel fil-kors ta’ tliet snin tal-kalendarju wara s-sena kalendarja tas-sejba.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Nuqqas ta’ konformità maħsuba<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Fejn differenzi bejn il-qasam dikjarat u l-qasam determinat f’konformità ma’ l-Artikolu 31(2) jirriżultaw minn irregolaritajiet magħmula intenzjonalment, l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat ma’ l-Artikolu 31(2) ma għandux ikun mogħti għas-sena kalendarja in kwistjoni taħt l-iskema ta’ għajnuna konċernata.</ALINEA><ALINEA>Iżjed minn dan, fejn hemm differenza ta’ iktar minn 20 % taż-żona magħżula, il-bidwi għandu jkun eskluż għal darba oħra milli jirċievi l-għajnuna sa ammont ugwali għall-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn iż-żona ddikkjarata u ż-żona magħżula skond l-Artikou 31(2). Dan l-ammont għandu jiġi paċut ma ħlasijiet li saru taħt kwalunkwe mill-iskemi msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru. 3508/92 li għalihom il-bidwi jista’ jkun intitolat fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet li dan jagħmel matul it-tlett snin tal-kalendarju wara is-sena tal-kalendarju li fiha jkunu saru xi sejbiet. Jekk l-ammont ma jistgħax ikun paċut kollu ma’ din l-għajnuna finanzjarja, il-bilanċ rimanenti għandu jiġi mħassar.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>H. Van Den Broeck hija bidwi. Fid-<DATE ISO="20030509">9 ta’ Mejju 2003</DATE>, hija ressqet quddiem il-Vlaams Gewest, għas-sena ta’ ħsad 2003, applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona, skont l-Artikolu 2(i) tar-Regolament Nru 2419/2001. Din l-applikazzjoni tirrigwarda bosta prodotti tar-raba’ li jinħarat, jiġifieri l-qamħ (78.34 ettaru) u l-piżelli miġbura fi stat niexef (8.2 ettaru), kif ukoll fuq żona li ma tinħadimx (10.08 ettaru).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040130">30 ta’ Jannar 2004</DATE>, hija rċeviet għajnuna għal ammont totali ta’ EUR 21 072.42. L-ebda għajnuna madankollu ma ngħatat f’dak li jirrigwarda l-qatgħa prevista għall-ħsad tal-piżelli miġbura fi stat niexef, peress li l-Vlaams Gewest ikkonstatat li dawn il-piżelli ma kinux manifestament inġabru niexfa. Kuntrarjament għall-piżelli niexfa, il-piżelli friski ma humiex, fil-fatt, ikkunsidrati bħala prodott tar-raba’ li jinħarat eliġibbli għall-imsemmija għajnuniet.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20050630">30 ta’ Ġunju 2005</DATE>, il-Vlaams Gewest talbet, bis-saħħa tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2419/2001, ir-rimbors tal-ammont ta’ għajnuna mħallas lil H. Van Den Broeck għall-kultivazzjonijiet kollha minbarra l-piżelli, peress li l-applikazzjoni għal għajnuna li hija kienet introduċiet fl-2003 kienet tikkontjeni irregolaritajiet magħmula intenzjonalment.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li H. Van Den Broeck ma rrimborsatx is-somma miltuba, il-Vlaams Gewest żammet il-pagament bil-quddiem fuq il-pagament uniku għall-azjenda għas-sena ta’ ħsad 2005. H. Van Den Broeck ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni tal-Vlaams Gewest quddiem ir-rechtbank van eerste aanleg te Brussel (qorti tal-ewwel istanza ta’ Brussell) sabiex jiġi kkonstatat, b’mod partikolari, li għajnuna kienet dovuta għall-ħsad tal-piżelli u li dak li kien ingħata lilha għas-sena 2003 kien inkiseb b’mod definittiv.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080122">22 ta’ Jannar 2008</DATE>, ir-rechtbank van eerste aanleg te Brussel iddeċidiet li l-ebda għajnuna ma kienet dovuta għall-qatgħa li fuqu kienu ġew miġbura l-piżelli, iżda li l-Vlaams Gewest kienet talbet b’mod żbaljat l-irkupru tal-għajnuna kollha mogħtija. Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-hof van beroep te Brussel (Qorti tal-Appell ta’ Brussell), li madankollu kkunsidrat li l-irregolarità fl-applikazzjoni għal għajnuna mressqa minn H. Van Den Broeck kellha karattru intenzjonali. Il-Vlaams Gewest appellat fil-kassazzjoni kontra din is-sentenza tal-hof van beroep te Brussel.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Hof van Cassatie (Qorti ta’ Kassazzjoni) tikkunsidra li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2419/2001 huwa suġġett għal interpretazzjoni dwar jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, u li ma tkunx ingħatatlu bħala sanzjoni, jipprevedi l-għajnuna li dan il-bidwi seta’ jkun intitolat għaliha taħt l-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri somma kkalkolata fuq il-bażi taż-żona determinata tal-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernata, jew jekk din hijiex għajnuna mogħtija taħt skema ta’ għajnuna kkonċernata, hekk kif prevista fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 3508/92. F’din l-aħħar ipoteżi, l-ammont tal-għajnuna rifjutata tikkorrispondi b’hekk għat-totalità tal-ammont mogħti taħt l-iskema ta’ għajnuna li minnhom jifformaw parti l-għajnuniet għall-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernat mill-irregolarità.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Hof van Cassatie (Qorti ta’ Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-[Regolament Nru 2419/2001] għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rifjut li tingħata, għas-sena kalendarja inkwistjoni, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>taħt l-iskema ta<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> għajnuna konċernata’, l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat ma’ [taħt] l-Artikolu 31(2) [ta’ dan ir-regolament]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> jikkonċerna l-ammont dovut skont l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>iskema ta’ għajnuna konċernata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> kif prevista fl-Artikolu 1(1) [tar-Regolament Nru 3508/92], b’tali mod li l-għajnuna li għandha tiġi rrifjutata ma hijiex biss l-għajnuna għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>grupp ta’ kultivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> kkonċernat iżda għandu jiġi rrifjutat l-ammont kollu tal-għajnuna taħt waħda mill-iskemi msemmija f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar u li jagħmel parti minnha l-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernat?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2419/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li f’każ ta’ irregolarità intenzjonata kkonstatata fil-kuntest ta’ applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona, il-bidwi jkun miċħud mill-għajnuna kollha li seta’ jkun intitolat għaliha taħt skema ta’ għajnuna kkonċernata permezz ta’ din l-applikazzjoni u li għaliha kien eliġibbli l-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernat minn din l-irregolarità jew jekk din is-sanzjoni għandhiex tkun limitata għall-għajnuniet li jirrigwardaw dan il-grupp ta’ kultivazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 ta’ dan ir-regolament, jirriżulta li l-portata tas-sanzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni tiddependi mit-tifsira tal-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>skema ta’ għajnuna konċernata<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>grupp ta’ kultivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li jidhru rispettivament f’dan l-artikolu u fl-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>skema ta’ għajnuna konċernata<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> użata fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2419/2001, għandu jingħad li, skont l-Artikolu 2(i) ta’ dan ir-regolament, l-iskemi li skont dawn huwa possibbli li titressaq applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona huma skemi ta’ għajnuna previsti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b)(iii) tar-Regolament Nru 3508/92. Fost dawn l-iskemi differenti hemm, fl-Artikolu 1(1)(a)(i) ta’ dan l-aħħar imsemmi regolament, sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti tar-raba’ li jinħarat, stabbilit bir-Regolament Nru 1251/1999.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, il-qatgħat iddikjarati fl-applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona inkwistjoni għandhom bħala għan il-kisba ta’ għajnuna abbażi tas-sistema ta’ appoġġ għall-prodotti tar-raba’ li jinħarat prevista bir-Regolament Nru 1251/1999. Għalhekk, hemm lok li din l-iskema speċifika ta’ għajnuna titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>skema ta’ għajnuna konċernata<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2419/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>grupp ta’ kultivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li għalih jirreferi l-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 2419/2001, hemm lok li jingħad li dan huwa użat għall-finijiet, b’mod partikolari, li tiġi stabbilita l-bażi ta’ kalkolu tal-għajnuna li għaliha, l-bidwi jista’ jkun intitolat f’każ ta’ irregolarità kkonstatata fl-applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona mressqa abbażi ta’ reġim wieħed partikolari jew iktar.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li din id-dispożizzjoni ma tipprovdix sanzjoni iżda, tillimita ruħha li tiddefinixxi, bla ħsara għat-tnaqqis u esklużjonijiet previsti fl-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament Nru 2419/2001, ir-regoli li jippermettu li tiġi stabbilita ż-żona eliġibbli abbażi ta’ skema jew skemi li huma s-suġġett tal-applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona meta jidher li ż-żona dikjarata f’din l-applikazzjoni hija ikbar minn dik effettivament determinata wara stħarriġ mill-awtoritajiet kompetenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Haug, C‑286/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:296">EU:C:2006:296</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Mill-kliem tal-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li f’tali sitwazzjoni, hija biss iż-żona li tappartjeni għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>dak il-grupp ta’ kultivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, determinata wara stħarriġ li jkun sar mill-awtoritajiet kompetenti, li hija kkunsidrata għall-kalkolu tal-għajnuna. Għall-finijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jeħtieġ konsegwentement li ssir distinzjoni bejn iż-żoni differenti ddikjarati fl-applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona skont il-grupp ta’ kultivazzjoni partikolari, fost dawk imsemmija fl-Artikolu 30 ta’ dan ir-regolament, li għalihom jappartjenu.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, fis-sens tal-Artikolu 30, kif ukoll tal-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 2419/2001, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>grupp ta’ kultivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> għandu sens partikolari u ma jistax jinftiehem, hekk kif ikkonfermat, b’mod partikolari, mill-użu tal-kelma kollettiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>grupp ta’ kultivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, li tindika ż-żoni kollha li għandhom uniku u l-istess kultivazzjoni partikolari. Fil-fatt, mill-Artikolu 30 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li grupp ta’ kultivazzjoni jinkludi, b’mod iktar wiesa’, iż-żoni kollha ddikjarati f’applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona u li huma rispettivament destinati kemm għal kultivazzjonijiet ta’ forage, kemm għal mergħa jew għal mergħa permanenti, kemm għal kultivazzjonijiet oħra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>li għalihom rata ta’ għajnuna differenti hija applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jew inkella li ma hijiex qiegħda tintuża.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>B’hekk, il-grupp ta’ kultivazzjoni previst fis-subparagrafu (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 30 ta’ dan ir-regolament jindika ż-żoni kollha li jirrigwardaw il-kultivazzjonijiet iddikjarati f’applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona, anki meta għal kull wieħed minnhom tkun applikabbli rata ta’ għajnuna differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>B’hekk jirriżulta li ż-żoni destinati għall-prodotti tar-raba’ li jinħarat li, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, ġew iddikjarati taħt l-iskema tal-għajnuna stabbilita bir-Regolament Nru 1251/1999, jammontaw, meħuda flimkien, għal grupp ta’ kultivazzjoni fis-sens sħiħ, hekk kif huma destinati għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>kultivazzjoni li għalihom rata ta’ għajnuna [hija] differenti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tas-subparagrafu (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 2419/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jirriżulta li, għall-finijiet li tiġi stabbilita l-għajnuna li jista’ jikseb bidwi u li għaliha jirreferi l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2419/2001, hemm lok li jiġu kkunsidrati ż-żoni kollha destinati għall-prodotti tar-raba’ li jinħarat, iddikjarati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona taħt l-iskema stabbilita mir-Regolament Nru 1251/1999, bħala li tammonta għal grupp ta’ kultivazzjoni b’mod sħiħ fis-sens tal-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 2419/2001.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’hekk jirriżulta li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2419/2001 għandu jinftiehem fis-sens li irregolarità intenzjonata f’tali applikazzjoni tiċħad lill-bidwi mill-għajnuna kollha li kien ikun intitolat għaliha taħt din l-iskema fuq il-bażi taż-żoni li jirrigwardaw prodotti differenti tar-raba’ li jinħarat li huwa ddikjara.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Tali konklużjoni hija kkonfermata mill-għanijiet tar-Regolament Nru 2419/2001. Fil-fatt, dan jipprovdi, hekk kif previst fil-premessa 32 tiegħu, sabiex jadotta l-miżuri neċessarji għall-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ skemi differenti ta’ għajnuna rilevanti tas-sistema integrata u dan bil-għan li tipproteġi b’mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, dan l-istess regolament jipprovdi, hekk kif jirriżulta mill-premessa 33 tiegħu, tnaqqis u esklużjonijiet abbażi tal-gravità tal-irregolarità mwettqa fl-applikazzjoni għal għajnuna u tista’ tasal sal-esklużjoni totali ta’ skema waħda jew iktar ta’ għajnuna għal perijodu partikolari (ara, b’analoġija, is-sentenza Agrargenossenschaft Pretzsch, C‑417/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:715">EU:C:2002:715</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 35 sa 39).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, interpretazzjoni tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2419/2001 li jwassal għas-sanzjonament tal-irregolaritajiet magħmula intenzjonalment bħal ma huma l-irregolaritajiet l-iktar gravi, hija konformi mal-għan ta’ sistema ta’ sanzjonijiet suffiċjentement dissważivi u effettivi sabiex jiġu miġġielda l-irregolaritajiet kif ukoll il-frodi mwettqa f’applikazzjonijiet ta’ għajnuniet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>żona<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (ara, b’analoġija, is-sentenza National Farmers’ Union <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑354/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:379">EU:C:1997:379</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, sanzjoni li tikkonsisti f’li bidwi jiġi eskluż minn benefiċċju ta’ skema ta’ għajnuna hija partikolarment dissważiva u hija, b’hekk, ta’ natura li tiġġieled b’mod effettiv kontra l-varji irregolaritajiet li huma mwettqa fil-kuntest tal-għajnuniet għall-agrikoltura u li, huma ta’ piż kbir fuq il-baġit tal-Unjoni, jistgħu jikkompromettu l-azzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet f’dan il-qasam (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Käserei Champignon Hofmeister, C‑210/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:440">EU:C:2002:440</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38, u Bonda, C‑489/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:319">EU:C:2012:319</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, hemm lok li tingħata risposta għad-domanda preliminari li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 2419/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ irregolarità intenzjonata kkonstatata fil-kuntest ta’ applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona, il-bidwi jkun miċħud mill-għajnuna kollha li seta’ jkun intitolat għaliha taħt skema ta’ għajnuna kkonċernata permezz ta’ din l-applikazzjoni u li għaliha kien eliġibbli l-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernat minn din l-irregolarità.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-<DATE ISO="20011211">11 ta’ Diċembru 2001</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2004, tat-<DATE ISO="20040123">23 ta’ Jannar 2004</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ irregolarità intenzjonata kkonstatata fil-kuntest ta’ applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona, il-bidwi jkun miċħud mill-għajnuna kollha li seta’ jkun intitolat għaliha taħt skema ta’ għajnuna kkonċernata permezz ta’ din l-applikazzjoni u li għaliha kien eliġibbli l-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernat minn din l-irregolarità.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="9"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>