|
25.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/38 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/329
tal-24 ta’ Frar 2021
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi għat-tiġieġ tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: AVEVE NV), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1091/2009
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi biex jintużaw fl-għalf għall-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata u tiġġedded din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi kienet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma reesei MUCL 49755 u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma reesei MUCL 49754 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-mikroorganiżmu Trichoderma reesei ngħata l-isem ġdid Trichoderma longibrachiatum. L-applikazzjoni kellha magħha d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Marzu 2020 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant kien ipprovda d-data li turi li bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. L-Awtorità kkonfermat il-konklużjonijiet preċedenti tagħha li l-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum MUCL 49755 u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum MUCL 49754 ma għandhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi u fuq l-ambjent. Hija ddikjarat ukoll li jenħtieġ li l-addittiv jitqies bħala sensitizzatur kutanju u respiratorju. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi biex jipprevjenu effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf f’għalf li ġie sottomess mil-laboratorju ta’ referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum MUCL 49755 u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum MUCL 49754 turi li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dan l-addittiv jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (li qabel kienet magħrufa bħala Trichoderma reesei) MUCL 49755 u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (li qabel kienet magħrufa bħala Trichoderma reesei) MUCL 49754 bħala addittiv tal-għalf skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1091/2009. |
|
(7) |
Billi l-applikazzjoni tal-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (li qabel kienet magħrufa bħala Trichoderma reesei) MUCL 49755 u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (li qabel kienet magħrufa bħala Trichoderma reesei) MUCL 49754 mhijiex meħtieġa minnufih għal xi raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (li qabel kienet magħrufa bħala Trichoderma reesei) MUCL 49755 u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (li qabel kienet magħrufa bħala Trichoderma reesei) MUCL 49754, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” tiġġedded soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
1. Il-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (li qabel kienet magħrufa bħala Trichoderma reesei) MUCL 49755 u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (li qabel kienet magħrufa bħala Trichoderma reesei) MUCL 49754, u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom minnha, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-17 ta’ Settembru 2021 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel is-17 ta’ Marzu 2021 tista’ tibqa’ titqiegħed fis-suq u tintuża sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom il-preparazzjoni msemmija fil-punt 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-17 ta’ Marzu 2022 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel is-17 ta’ Marzu 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1091/2009 jitħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enzim ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (ĠU L 299, 14.11.2009, p. 6).
(3) EFSA Journal 2020;18(4):6062.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
Unitajiet ta’ attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà. |
|||||||||||||||
|
4a9 |
Aveve NV |
Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u Endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) b’attività minima ta’ 40 000 XU (1)/g u 9 000 BGU (2)/g f’forma solida u f’forma likwida |
Tiġieġ tas-simna |
- |
3 000 XU 675 BGU |
- |
|
17.3.2031 |
||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi: Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum MUCL 49755 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum MUCL 49754 |
|||||||||||||||
|
Metodu analitiku (3) Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv:
Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi fl-addittiv
|
|||||||||||||||
(1) 1 XU huwa l-ammont ta’ enżima li tirrilaxxa mikromol wieħed ta’ zokkrijiet riduċenti (ekwivalenti tal-ksilanażi) kull minuta mill-ksilan tal-ispelt tal-ħafur b’pH ta’ 4,8 b’temperatura ta’ 50 °C.
(2) 1 BGU huwa l-ammont ta’ enżima li tirrilaxxa mikromol wieħed ta’ zokkrijiet riduċenti (ekwivalenti taċ-ċellobijożju) kull minuta mill-ß-glukan tax-xgħir b’pH ta’ 5,0 b’temperatura ta’ 50 °C.
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx