|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2545 |
16.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2545
tal-15 ta’ Diċembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2335 billi jistabbilixxi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati u jispeċifika l-metodoloġija għad-definizzjoni tal-vetturi rappreżentattivi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2), il-punt (a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ġew emendati bl-introduzzjoni ta’ profili tal-missjoni ġodda, proċeduri tat-tibdil tal-gerijiet u l-valutazzjoni sħiħa tas-sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa fl-għodda ta’ simulazzjoni, li jwasslu għal tnaqqis fil-livell tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal rappreżentattivi b’aktar minn 5 g CO2/km. |
|
(2) |
Għalhekk, il-Kummissjoni għandha taġġusta, f’konformità mal-Artikolu 11(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/1242, għall-ewwel darba, l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għal ċerti sottogruppi ta’ vetturi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2335 (3) u tiddetermina l-emissjonijiet ta’ referenza aġġustati bħala i = 1 u l-emissjonijiet ta’ referenza mhux aġġustati, stabbiliti f’dak ir-Regolament, bħala i=0). |
|
(3) |
Biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati, jeħtieġ li tiġi speċifikata, f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/1242, metodoloġija biex jiġu definiti l-vetturi rappreżentattivi, inklużi l-ponderazzjonijiet statistiċi tagħhom u ċ-ċifri tat-tagħbija utli u tal-għadd ta’ passiġġieri. |
|
(4) |
Biex ikun hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/1242 u biex tinkiseb l-aħjar preċiżjoni possibbli u jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-manifatturi, il-vetturi rappreżentattivi għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati (i = 1) jenħtieġ li jkunu s-subsett tal-vetturi kollha li għalihom ġiet irrapportata d-data fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019 u li fir-rigward tagħhom id-data tista’ tiġi simulata mill-ġdid f’konformità mal-proċedura emendata tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
(5) |
L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati ġew iddeterminati skont il-proċedura ta’ aġġustament stabbilita fil-punt 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1242, kif spjegat fid-dettall f’rapport disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-JRC taħt ir-referenza JRC138612 u filwaqt li tqiesu l-aġġornamenti tad-data ta’ simulazzjoni pprovduta minn xi manifatturi. |
|
(6) |
Sabiex ir-riżultat tal-aġġustament jitqies malajr kemm jista’ jkun fid-determinazzjoni tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 u tat-trajettorji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati msemmija fil-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1242 jenħtieġ li jibdew japplikaw mill-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2025 ’il quddiem. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2335 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2335
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2335 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, jiżdied it-tieni paragrafu li ġej: “L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati, imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1242, għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2025 ’il quddiem huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.”; |
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej: “Artikolu 1a Speċifikazzjoni tal-vetturi rappreżentattivi għal i = 1 Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati (i=1), il-vetturi rappreżentattivi speċifiċi tas-sottogruppi tal-vetturi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD u 10-LH huma vetturi li huma inklużi fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 13c tar-Regolament (UE) 2019/1242, li ġew irrapportati fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019, u li huma ttikkettati bħala rappreżentattivi fir-reġistru ċentrali. It-tagħbijiet utli li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 huma definiti fil-punt 2.5.1. tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242. Il-piż statistiku kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1242 għandu jkun ‘1’ għall-vetturi rappreżentattivi kollha.” |
|
(3) |
L-Anness tar-Regolament (UE) 2025/2335 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1242/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/595/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2335 tal-20 ta’ Novembru 2025 li jistabbilixxi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019 (ĠU L, 2025/2335, 21.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2335/oj).
ANNESS
“ANNESS
L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2019/1242 (i = 0, mhux aġġustati) u l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati (i=1, aġġustati) għal ċerti sottogruppi ta’ vetturi, imsemmija fl-Artikolu 11(2), il-punt (a), u fil-punt 2 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, fi g/t•km:
|
Sottogrupp sg |
emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza fil-perjodi ta’ rapportar rispettivi |
|
|
Perjodi ta’ rapportar tas-sena 2019 u wara |
Perjodi ta’ rapportar tas-sena 2025 u wara |
|
|
i = 0 (mhux aġġustat) |
i = 1 (aġġustat) |
|
|
rCO2sg,0 fi g/tkm |
rCO2sg,1 fi g/tkm |
|
|
4-UD |
307,23 |
299,57 |
|
4-RD |
197,16 |
195,77 |
|
4-LH |
105,96 |
103,32 |
|
5-RD |
84,00 |
83,53 |
|
5-LH |
56,60 |
55,02 |
|
9-RD |
110,98 |
110,56 |
|
9-LH |
65,16 |
63,47 |
|
10-RD |
83,26 |
82,75 |
|
10-LH |
58,26 |
56,84 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2545/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)