|
7.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/974
tas-6 ta’ Lulju 2020
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Pecorino del Monte Poro” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja biex id-denominazzjoni “Pecorino del Monte Poro” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Pecorino del Monte Poro” tiġi rreġistrata, |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Jannar 2020, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li l-impriża Cooperativa Fattoria della Piana Società Agricola stabbilita fit-territorju tagħhom kienet legalment ikkummerċjalizzat il-prodott li jibbenefika mid-denominazzjoni tal-bejgħ “Pecorino Monteporo” bl-użu kontinwu ta’ din id-denominazzjoni għal aktar minn ħames snin, u li dan il-punt kien invokat fil-kuntest tal-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni. |
|
(4) |
Peress li l-impriża Cooperativa Fattoria della Piana Società Agricola tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-għoti ta’ perjodu tranżitorju li fih tkun tista’ tuża d-denominazzjoni tal-bejgħ b’mod legali wara r-reġistrazzjoni tagħha, jenħtieġ tingħata perjodu tranżitorju ta’ tliet snin li matulu tkun tista’ tuża d-denominazzjoni “Pecorino Monteporo”. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Pecorino del Monte Poro” (DOP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.3. Ġobon, kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
L-impriża Cooperativa Fattoria della Piana Società Agricola hija awtorizzata tkompli tuża d-denominazzjoni “Pecorino Monteporo” matul perjodu tranżitorju ta’ tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 333, 4.10.2019, p. 19.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).