|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/302 |
20.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/302
tat-23 ta’ Ottubru 2024
li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard biex entitajiet finanzjarji jirrapportaw inċident kbir relatat mal-ICT u jinnotifikaw theddida ċibernetika sinifikanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20, ir-raba’ paragrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex jiġi żgurat li entitajiet finanzjarji jirrapportaw inċidenti kbar lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’mod konsistenti u jiġi żgurat li jipprovdu data ta’ kwalità tajba lil dawk l-awtoritajiet, jenħtieġ li jiġi speċifikat liema kampijiet tad-data l-entitajiet finanzjarji jeħtieġ jipprovdu fid-diversi stadji tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554. Huwa importanti li dik l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod li jippermetti ħarsa ġenerali unika tal-inċident. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mudell uniku ta’ rapportar għal dawk l-għanijiet. |
|
(2) |
L-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jimlew dawk il-kampijiet tad-data tal-mudell ta’ rapportar li jikkorrispondu għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni tan-notifika jew tar-rapport rispettiv. Madankollu, l-entitajiet finanzjarji li diġà jkollhom informazzjoni u li għandhom jipprovdiha fi stadju aktar tard ta’ rapportar, jiġifieri fir-rapport intermedju jew finali, jenħtieġ li jitħallew jantiċipaw il-preżentazzjoni tad-data. |
|
(3) |
Peress li inċidenti multipli jew rikorrenti jistgħu jikkostitwixxu inċident kbir kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1772 (2), jenħtieġ li d-disinn tal-mudell ta’ rapportar u tal-kampijiet tad-data jippermetti lil entitajiet finanzjarji jirrapportaw tali inċidenti rikorrenti. |
|
(4) |
Biex tiġi żgurata informazzjoni preċiża u aġġornata, jenħtieġ li l-mudell ta’ rapportar jippermetti lill-entitajiet finanzjarji, meta jippreżentaw ir-rapport intermedju u dak finali, li jaġġornaw kwalunkwe informazzjoni li ġiet ippreżentata qabel, u meta meħtieġ, jikklassifikaw mill-ġdid inċidenti kbar bħala mhux kbar. |
|
(5) |
L-identifikazzjoni legali tal-entitajiet jenħtieġ li tiġi allinjata mal-identifikaturi speċifikati fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554. |
|
(6) |
Meta entitajiet finanzjarji jesternalizzaw l-obbligi ta’ rapportar ta’ inċident kbir relatat mal-ICT lil parti terza, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu konxji mill-identità tal-parti terza li tirrapporta f’isem l-entità finanzjarja qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel notifika jew rapportar, sabiex jivverifikaw il-leġittimità tal-parti terza ta’ rapportar. |
|
(7) |
Biex jiġi identifikat b’mod faċli l-impatt ta’ inċident li seħħ f’fornitur terz jew li kien ikkawżat minnu, u li jaffettwa diversi entitajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed, u biex jitnaqqas l-isforz ta’ rapportar għal entitajiet finanzjarji, jenħtieġ li l-mudell ta’ rapportar jippermetti l-preżentazzjoni ta’ rapport aggregat li jkopri informazzjoni aggregata dwar l-impatt tal-inċident fuq l-entitajiet finanzjarji impattati kollha li jkunu kklassifikaw l-inċident bħala kbir. |
|
(8) |
Il-mudell ta’ rapportar jenħtieġ li jiġi ddisinjat b’mod newtrali fir-rigward tat-teknoloġija biex jippermetti l-implimentazzjoni tiegħu f’diversi soluzzjonijiet ta’ rapportar ta’ inċidenti li diġà jeżistu jew li jistgħu jiġu żviluppati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2022/2554. |
|
(9) |
Id-disinn tal-mudell ta’ rapportar u tal-kampijiet tad-data jenħtieġ li jiffaċilita r-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT minn partijiet terzi li lilhom l-entitajiet finanzjarji jkunu esternalizzaw l-obbligu ta’ rapportar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
|
(11) |
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbu l-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (3), (UE) Nru 1094/2010 (4), u (UE) Nru 1095/2010 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(12) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta opinjoni pożittiva fit-22 ta’ Lulju 2024. Kwalunkwe proċessar ta’ data personali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mal-prinċipji u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mudell għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I biex jippreżentaw in-notifika inizjali, ir-rapport intermedju, u r-rapport finali msemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554, kif ġej:
|
(a) |
l-entitajiet finanzjarji li jippreżentaw notifika inizjali għandhom jimlew il-kampijiet tad-data tal-mudell li jikkorrispondu mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/301 (7), u jistgħu, meta diġà jkollhom dik l-informazzjoni, jimlew dawk il-kampijiet tad-data li t-tlestija tagħhom mhijiex meħtieġa għal notifika inizjali iżda hija meħtieġa għal rapport intermedju jew finali; |
|
(b) |
l-entitajiet finanzjarji li jippreżentaw rapport intermedju għandhom jimlew il-kampijiet tad-data tal-mudell li jikkorrispondu mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/301 u jistgħu, meta diġà jkollhom l-informazzjoni rilevanti, jimlew il-kampijiet tad-data li t-tlestija tagħhom mhijiex meħtieġa għar-rapport intermedju, iżda hija meħtieġa għar-rapport finali. |
|
(c) |
l-entitajiet finanzjarji li jippreżentaw rapport finali għandhom jimlew il-kampijiet tad-data tal-mudell li jikkorrispondu mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/301. |
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fin-notifika inizjali, u fir-rapport intermedju u f’dak finali, tkun kompluta u preċiża.
3. L-entitajiet finanzjarji għandhom jipprovdu valuri stmati abbażi ta’ data u informazzjoni disponibbli oħra, sa fejn ikun possibbli, meta data preċiża ma tkunx disponibbli fil-ħin tar-rapportar għan-notifika inizjali jew għar-rapport intermedju.
4. Meta jippreżentaw rapport intermedju jew finali, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I biex jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa kollha u jaġġornaw, meta applikabbli, l-informazzjoni li ġiet ipprovduta qabel fin-notifika inizjali jew fir-rapport intermedju.
5. L-entitajiet finanzjarji għandhom isegwu l-glossarju tad-data u l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II meta jimlew il-mudell stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 2
Preżentazzjoni konġunta ta’ notifika inizjali, rapport intermedju u dak finali
L-entitajiet finanzjarji jistgħu jikkombinaw il-preżentazzjoni tan-notifika inizjali, ir-rapport intermedju, u r-rapport finali biex jipprovdu tnejn minnhom jew kollha kemm huma fl-istess ħin, meta jkunu rkupraw l-attivitajiet regolari jew tkun tlestiet l-analiżi tal-kawża ewlenija u dment li jiġu ssodisfati l-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/301.
Artikolu 3
Inċidenti rikorrenti relatati mal-ICT
L-entitajiet finanzjarji li jipprovdu l-informazzjoni dwar inċidenti rikorrenti mhux kbar relatati mal-ICT li kumulattivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal inċident kbir wieħed relatat mal-ICT kif stabbilit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1772, għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni f’forma aggregata.
Artikolu 4
Użu ta’ kanali elettroniċi siguri
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw kanali elettroniċi siguri kif magħmula disponibbli mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jippreżentaw in-notifika inizjali u r-rapport intermedju u dak finali.
2. L-entitajiet finanzjarji li ma jkunux jistgħu jużaw il-kanali elettroniċi siguri kif magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti tagħhom għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar inċident kbir relatat mal-ICT permezz ta’ mezz sigur ieħor bi qbil mal-awtorità kompetenti. Jekk meħtieġ mill-awtorità kompetenti, l-entitajiet finanzjarji għandhom jippreżentaw mill-ġdid in-notifika inizjali, jew ir-rapport intermedju jew finali, permezz tal-kanal elettroniku sigur kif magħmul disponibbli mill-awtorità kompetenti tagħhom ladarba jkunu jistgħu jagħmlu dan.
Artikolu 5
Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT
Meta, wara valutazzjoni ulterjuri, l-entità finanzjarja tikkonkludi li l-inċident relatat mal-ICT irrapportat qabel bħala kbir fl-ebda ħin ma jkun issodisfa l-kriterji ta’ klassifikazzjoni u l-livelli limiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1772, l-entità finanzjarja għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li hija tkun ikklassifikat mill-ġdid l-inċident relatat mal-ICT minn kbir għal mhux kbir billi tipprovdi l-informazzjoni dwar dik il-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-oqsma “tip ta’ rapport” u “informazzjoni oħra”.
Artikolu 6
Notifika ta’ esternalizzazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar
1. L-entitajiet finanzjarji li jkunu esternalizzaw l-obbligu ta’ rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT f’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar dak l-arranġament ta’ esternalizzazzjoni malli jiġi konkluż l-arranġament ta’ esternalizzazzjoni u mhux aktar tard qabel l-ewwel notifika jew rapportar.
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-parti terza li se tippreżenta n-notifiki jew ir-rapporti ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT għalihom.
3. L-entitajiet finanzjarji għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tagħhom malli ma jibqgħux jesternalizzaw l-obbligi ta’ rapportar tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
Artikolu 7
Rapportar aggregat
1. Fornitur terz ta’ servizzi li lilu jkunu ġew esternalizzati l-obbligi ta’ rapportar kif imsemmi fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554 jista’ juża l-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament biex jipprovdi informazzjoni aggregata dwar inċident kbir relatat mal-ICT li jkollu impatt fuq diversi entitajiet finanzjarji f’notifika jew rapport uniku, u jippreżenta dik in-notifika jew dak ir-rapport lill-awtorità kompetenti f’isem l-entitajiet finanzjarji impattati kollha, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-inċident kbir relatat mal-ICT li għandu jiġi rrapportat joriġina jew qed jiġi kkawżat minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT; |
|
(b) |
dak il-fornitur terz ta’ servizzi jipprovdi s-servizz rilevanti tal-ICT lil aktar minn entità finanzjarja waħda, jew lil grupp; |
|
(c) |
l-inċident relatat mal-ICT huwa kklassifikat bħala kbir minn kull entità finanzjarja koperta fin-notifika jew fir-rapport aggregat; |
|
(d) |
l-inċident kbir relatat mal-ICT jaffettwa lill-entitajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed u r-rapport aggregat jirrelata mal-entitajiet finanzjarji li huma sorveljati mill-istess awtorità kompetenti; |
|
(e) |
l-awtoritajiet kompetenti jkunu espliċitament ippermettew dan it-tip ta’ entitajiet finanzjarji biex jaggregaw ir-rapportar tagħhom. |
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jitqiesu li jkunu ta’ rilevanza sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (16), tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (8), operaturi ta’ ċentri tan-negozjar, u kontropartijiet ċentrali, li għandhom jużaw biss il-mudell fl-Anness I biex jippreżentaw b’mod individwali notifiki jew rapport ta’ inċident kbir relatat mal-ICT lill-awtorità kompetenti tagħhom.
3. Meta l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu informazzjoni dwar l-impatt individwali tal-inċident kbir relatat mal-ICT fuq entità finanzjarja waħda, fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-entità finanzjarja għandha tippreżenta notifika individwali jew rapport dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT.
Artikolu 8
Notifika ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti
1. L-entitajiet finanzjarji li jinnotifikaw theddid ċibernetiku sinifikanti lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament u jsegwu l-glossarju tad-data u l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fin-notifika ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti tkun kompluta u preċiża.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1772 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT u theddid ċibernetiku, li jistabbilixxi livelli limitu ta’ materjalità u li jispeċifika d-dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti kbar (ĠU L, 2024/1772, 25.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1772/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1094/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/301 tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut u l-limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, u r-rapport intermedju u dak finali dwarhom, u l-kontenut tan-notifika volontarja għal theddid ċibernetiku sinifikanti (ĠU L, 2025/301, 20.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/301/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/468/oj).
ANNESS I
MUDELLI GĦAR-RAPPORTAR TA’ INĊIDENTI KBAR
|
Numru tal-kamp |
Kamp tad-data |
|
|
Informazzjoni ġenerali dwar l-entità finanzjarja |
||
|
1.1 |
Tip ta’ sottomissjoni |
|
|
1.2 |
Isem l-entità li tissottometti r-rapport |
|
|
1.3 |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità li tissottometti r-rapport |
|
|
1.4 |
Tip ta’ entità finanzjarja affettwata |
|
|
1.5 |
Isem l-entità finanzjarja affettwata |
|
|
1.6 |
Kodiċi LEI tal-entità finanzjarja affettwata |
|
|
1.7 |
Isem il-persuna ewlenija ta’ kuntatt |
|
|
1.8 |
Email tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt |
|
|
1.9 |
Telefown tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt |
|
|
1.10 |
Isem it-tieni persuna ta’ kuntatt |
|
|
1.11 |
Email tat-tieni persuna ta’ kuntatt |
|
|
1.12 |
Telefown tat-tieni persuna ta’ kuntatt |
|
|
1.13 |
Isem l-impriża omm apikali |
|
|
1.14 |
Kodiċi LEI tal-impriża omm apikali |
|
|
1.15 |
Munita tar-rapportar |
|
|
Kontenut tan-notifika inizjali |
||
|
2.1 |
Kodiċi ta’ referenza tal-inċident assenjat mill-entità finanzjarja |
|
|
2.2 |
Data u ħin tad-detezzjoni tal-inċident kbir relatat mal-ICT |
|
|
2.3 |
Data u ħin tal-klassifikazzjoni tal-inċident relatat mal-ICT u kkunsidrat bħala kbir |
|
|
2.4 |
Deskrizzjoni tal-inċident kbir relatat mal-ICT |
|
|
2.5 |
Kriterji ta’ klassifikazzjoni li skattaw ir-rapport tal-inċident |
|
|
2.6 |
Livelli limitu ta’ materjalità għall-kriterju ta’ klassifikazzjoni “Firxa ġeografika” |
|
|
2.7 |
Skoperta tal-inċident kbir relatat mal-ICT |
|
|
2.8 |
Indikazzjoni dwar jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT joriġinax minn fornitur terz jew entità finanzjarja oħra |
|
|
2.9 |
Attivazzjoni tal-pjan għall-kontinwità tal-operat, jekk attivat |
|
|
2.10 |
Informazzjoni rilevanti oħra |
|
|
Kontenut tar-rapport intermedju |
||
|
3.1 |
Kodiċi ta’ referenza tal-inċident ipprovdut mill-awtorità kompetenti |
|
|
3.2 |
Data u ħin tal-okkorrenza tal-inċident kbir relatat mal-ICT |
|
|
3.3 |
Data u ħin meta ġew irkuprati s-servizzi, l-attivitajiet jew l-operazzjonijiet |
|
|
3.4 |
Numru ta’ klijenti affettwati |
|
|
3.5 |
Perċentwal ta’ klijenti affettwati |
|
|
3.6 |
Numru ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati |
|
|
3.7 |
Perċentwal ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati |
|
|
3.8 |
Impatt fuq il-klijenti jew il-kontropartijiet finanzjarji rilevanti |
|
|
3.9 |
Numru ta’ tranżazzjonijiet affettwati |
|
|
3.10 |
Perċentwal ta’ tranżazzjonijiet affettwati |
|
|
3.11 |
Valur tat-tranżazzjonijiet affettwati |
|
|
3.12 |
Informazzjoni dwar jekk in-numri humiex reali jew stimi, jew jekk kienx hemm xi impatt |
|
|
3.13 |
Impatt fuq ir-reputazzjoni |
|
|
3.14 |
Informazzjoni kuntestwali dwar l-impatt fuq ir-reputazzjoni |
|
|
3.15 |
Tul ta’ żmien tal-inċident kbir relatat mal-ICT |
|
|
3.16 |
Perjodu ta’ qtugħ tas-servizz |
|
|
3.17 |
Informazzjoni dwar jekk in-numri għal tul ta’ żmien u perjodu ta’ qtugħ tas-servizz humiex reali jew stimi. |
|
|
3.18 |
Tipi ta’ impatt fl-Istati Membri |
|
|
3.19 |
Deskrizzjoni ta’ kif l-inċident kbir relatat mal-ICT għandu impatt fi Stati Membri oħra |
|
|
3.20 |
Livelli limitu ta’ materjalità għall-kriterju ta’ klassifikazzjoni “Telf tad-data” |
|
|
3.21 |
Deskrizzjoni tat-telf tad-data |
|
|
3.22 |
Kriterju ta’ klassifikazzjoni “Servizzi kritiċi affettwati” |
|
|
3.23 |
Tip ta’ inċident kbir relatat mal-ICT |
|
|
3.24 |
Tipi oħra ta’ inċidenti |
|
|
3.25 |
Theddid u tekniki użati mill-awtur ta’ theddida |
|
|
3.26 |
Tipi oħra ta’ tekniki |
|
|
3.27 |
Informazzjoni dwar l-oqsma funzjonali u l-proċessi tan-negozju affettwati |
|
|
3.28 |
Komponenti tal-infrastruttura affettwati li jappoġġaw il-proċessi tan-negozju |
|
|
3.29 |
Informazzjoni dwar il-komponenti tal-infrastruttura affettwati li jappoġġaw il-proċessi tan-negozju |
|
|
3.30 |
Impatt fuq l-interess finanzjarju tal-klijenti |
|
|
3.31 |
Rapportar lil awtoritajiet oħra |
|
|
3.32 |
Speċifikazzjoni ta’ awtoritajiet “oħra” |
|
|
3.33 |
Azzjonijiet/miżuri temporanji meħuda jew ippjanati li jittieħdu għall-irkupru mill-inċident |
|
|
3.34 |
Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni temporanja u miżura meħuda jew ippjanata li tittieħed għall-irkupru mill-inċident |
|
|
3.35 |
Indikaturi ta’ kompromess |
|
|
Kontenut tar-rapport finali |
||
|
4.1 |
Klassifikazzjoni ta’ livell għoli tal-kawżi ewlenin tal-inċident |
|
|
4.2 |
Klassifikazzjoni dettaljata tal-kawżi ewlenin tal-inċident |
|
|
4.3 |
Klassifikazzjoni addizzjonali tal-kawżi ewlenin tal-inċident |
|
|
4.4 |
Tipi oħra ta’ tipi ta’ kawżi ewlenin |
|
|
4.5 |
Informazzjoni dwar il-kawżi ewlenin tal-inċident |
|
|
4.6 |
Sommarju tar-riżoluzzjoni tal-inċident |
|
|
4.7 |
Data u ħin meta ġiet indirizzata l-kawża ewlenija tal-inċident |
|
|
4.8 |
Data u ħin meta ġie solvut l-inċident |
|
|
4.9 |
Informazzjoni jekk id-data tar-riżoluzzjoni permanenti tal-inċident tkun differenti mid-data tal-implimentazzjoni ppjanata inizjalment |
|
|
4.10 |
Valutazzjoni tar-riskju għall-funzjonijiet kritiċi għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni |
|
|
4.11 |
Informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni |
|
|
4.12 |
Livell limitu ta’ materjalità għall-kriterju ta’ klassifikazzjoni “Impatt ekonomiku” |
|
|
4.13 |
Ammont ta’ kostijiet u telf diretti u indiretti grossi |
|
|
4.14 |
Ammont ta’ rkupri finanzjarji |
|
|
4.15 |
Informazzjoni dwar jekk l-inċidenti mhux kbar kinux rikorrenti |
|
|
4.16 |
Data u ħin tal-okkorrenza ta’ inċidenti rikorrenti |
|
ANNESS II
GLOSSARJU TAD-DATA U STRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPORTAR TA’ INĊIDENTI KBAR
|
Kamp tad-data |
Deskrizzjoni |
Obbligatorju għan-notifika inizjali |
Obbligatorju għar-rapport intermedju |
Obbligatorju għar-rapport finali |
Tip ta’ kamp |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni ġenerali dwar l-entità finanzjarja |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Indika t-tip ta’ notifika jew rapport tal-inċident li jiġi sottomess lill-awtorità kompetenti. |
Iva |
Iva |
Iva |
Għażla:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-isem ġuridiku sħiħ tal-entità li tissottometti r-rapport. |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità li tissottometti r-rapport. Meta l-entitajiet finanzjarji jissottomettu n-notifika/r-rapport, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni għandu jkun Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier), li huwa kodiċi uniku b’20 karattru alfanumeriku, ibbażat fuq l-ISO 17442-1:2020. Fornitur terz li jissottometti rapport għal entità finanzjarja jista’ juża kodiċi ta’ identifikazzjoni kif speċifikat fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554.. |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tip tal-entità kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (t), tar-Regolament (UE) 2022/2554 li għaliha qed jiġi sottomess ir-rapport. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, it-tipi differenti ta’ entitajiet finanzjarji koperti fir-rapport aggregat li għandhom jintgħażlu. |
Iva |
Iva |
Iva |
Għażla (għażla multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-isem ġuridiku sħiħ tal-entità finanzjarja affettwata mill-inċident kbir relatat mal-ICT u meħtieġa li tirrapporta l-inċident kbir lill-awtorità kompetenti tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2022/2554. Fil-każ ta’ rapportar aggregat:
|
Iva, jekk l-entità finanzjarja affettwata mill-inċident tkun differenti mill-entità li tissottometti r-rapport u fil-każ ta’ rapportar aggregat. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja affettwata mill-inċident tkun differenti mill-entità li tissottometti r-rapport u fil-każ ta’ rapportar aggregat |
Iva, jekk l-entità finanzjarja affettwata mill-inċident tkun differenti mill-entità li tissottometti r-rapport u fil-każ ta’ rapportar aggregat |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier) tal-entità finanzjarja affettwata mill-inċident kbir relatat mal-ICT assenjat f’konformità mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Fil-każ ta’ rapportar aggregat:
L-ordni ta’ kif jidhru l-kodiċijiet LEI u tal-ismijiet tal-entitajiet finanzjarji għandha tkun identika. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja affettwata mill-inċident kbir relatat mal-ICT tkun differenti mill-entità li tissottometti r-rapport u fil-każ ta’ rapportar aggregat. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja affettwata mill-inċident kbir relatat mal-ICT tkun differenti mill-entità li tissottometti r-rapport u fil-każ ta’ rapportar aggregat. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja affettwata mill-inċident kbir relatat mal-ICT tkun differenti mill-entità li tissottometti r-rapport u fil-każ ta’ rapportar aggregat |
Kodiċi uniku b’20 karattru alfanumeriku, ibbażat fuq l-ISO 17442-1:2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem u kunjom il-persuna ewlenija ta’ kuntatt tal-entità finanzjarja. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-isem tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt fl-entità li tissottometti r-rapport aggregat. |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-indirizz tal-email tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għal komunikazzjoni ta’ segwitu. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-email tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt fl-entità li tissottometti r-rapport aggregat. |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
In-numru tat-telefown tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għal komunikazzjoni ta’ segwitu. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, in-numru tat-telefown tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt fl-entità li tissottometti r-rapport aggregat. In-numru tat-telefown għandu jiġi rrapportat bil-prefissi internazzjonali kollha (eż., +33XXXXXXXXX) |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-isem u l-kunjom tat-tieni persuna ta’ kuntatt jew l-isem tat-tim responsabbli tal-entità finanzjarja jew l-entità li tissottometti r-rapport f’isem l-entità finanzjarja |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-indirizz tal-email tat-tieni persuna ta’ kuntatt jew indirizz tal-email funzjonali tat-tim li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għal komunikazzjoni ta’ segwitu. |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
In-numru tat-telefown tat-tieni persuna ta’ kuntatt, jew ta’ tim, li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għal komunikazzjoni ta’ segwitu. In-numru tat-telefown għandu jiġi rrapportat bil-prefissi internazzjonali kollha (eż., +33XXXXXXXXX) |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-isem tal-impriża omm apikali tal-grupp li għalih tappartjeni l-entità finanzjarja affettwata, meta applikabbli. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja tappartjeni għal grupp. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja tappartjeni għal grupp. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja tappartjeni għal grupp. |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
LEI tal-impriża omm apikali tal-grupp li għalih tappartjeni l-entità finanzjarja affettwata, meta applikabbli. Assenjat f’konformità mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja tappartjeni għal grupp. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja tappartjeni għal grupp. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja tappartjeni għal grupp. |
Kodiċi uniku b’20 karattru alfanumeriku, ibbażat fuq l-ISO 17442-1:2020. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Munita użata għar-rapportar tal-inċident |
Iva |
Iva |
Iva |
Għażla mimlija bl-użu tal-kodiċijiet tal-munita ISO 4217 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontenut tan-notifika inizjali |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kodiċi ta’ referenza uniku maħruġ mill-entità finanzjarja li tidentifika b’mod inekwivoku l-inċident kbir relatat mal-ICT. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, il-kodiċi ta’ referenza tal-inċident assenjat mill-fornitur terz. |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-data u l-ħin li fihom l-entità finanzjarja saret konxja bl-inċident relatat mal-ICT. Għal inċidenti rikorrenti, id-data u l-ħin li fihom ġie identifikat l-aħħar inċident relatat mal-ICT. |
Iva |
Iva |
Iva |
L-istandard ISO 8601 UTC (SSSS-XX-JJ Ħss: mm:ss) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-data u l-ħin meta l-inċident relatat mal-ICT ġie kklassifikat bħala kbir skont il-kriterji ta’ klassifikazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1772 (2). |
Iva |
Iva |
Iva |
L-istandard ISO 8601 UTC (SSSS-XX-JJ Ħss: mm:ss) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni tal-aspetti l-aktar rilevanti tal-inċident kbir relatat mal-ICT. L-entitajiet finanzjarji għandhom jipprovdu ħarsa ġenerali ta’ livell għoli tal-informazzjoni li ġejja bħal kawżi possibbli, impatti immedjati, sistemi affettwati, u oħrajn. L-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu, meta magħruf jew raġonevolment mistenni, jekk l-inċident ikollux impatt fuq fornituri terzi jew entitajiet finanzjarji oħra, it-tip ta’ fornitur jew ta’ entità finanzjarja, isimhom, il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni rispettivi tagħhom u t-tip tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni (eż., LEI jew EUID). F’rapporti sussegwenti, il-kontenut tal-kamp jista’ jevolvi maż-żmien biex jirrifletti l-fehim li jkun għaddej tal-inċident relatat mal-ICT u jiddeskrivi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar l-inċident relatat mal-ICT mhux maqbud mill-kampijiet tad-data, inkluża l-valutazzjoni tas-severità interna mill-entità finanzjarja (eż., baxx ħafna, baxx, medju, għoli, għoli ħafna) u l-indikazzjoni tal-livell u l-isem tal-istrutturi tad-deċiżjonijiet l-aktar għolja li kienu involuti b’rispons għall-inċident relatat mal-ICT. |
Iva |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kriterji ta’ klassifikazzjoni skont ir-Regolament Delegat (UE) 2024/1772 li skattaw id-determinazzjoni tal-inċident relatat mal-ICT bħala kbir u n-notifika u r-rapportar sussegwenti. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ klassifikazzjoni li skattaw id-determinazzjoni tal-inċident relatat mal-ICT bħala kbir għal mill-inqas entità finanzjarja waħda jew aktar. |
Iva |
Iva |
Iva |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri taż-ŻEE impattati mill-inċident kbir relatat mal-ICT Meta jivvalutaw l-impatt tal-inċident kbir relatat mal-ICT fi Stati Membri oħra, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-Artikoli 4 u 12 tar-Regolament Delegat 2024/1772. |
Iva, jekk jintlaħaq il-livell limitu ta’ “Firxa ġeografika”. |
Iva, jekk jintlaħaq il-livell limitu ta’ “Firxa ġeografika”. |
Iva, jekk jintlaħaq il-livell limitu ta’ “Firxa ġeografika”. |
Għażla (multipla) mimlija bl-użu tal-ISO 3166 ALPHA-2 tal-pajjiżi affettwati |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Indikazzjoni ta’ kif ġie skopert l-inċident kbir relatat mal-ICT. |
Iva |
Iva |
Iva |
Għażla:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Indikazzjoni dwar jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT joriġinax minn fornitur terz jew minn entità finanzjarja oħra. L-entitajiet finanzjarji għandhom jindikaw jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT joriġinax minn fornitur terz jew minn entità finanzjarja oħra (inklużi l-entitajiet finanzjarji li jappartjenu għall-istess grupp bħall-entità relatriċi) u l-isem, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur terz jew tal-entità finanzjarja u t-tip ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni (eż., LEI jew EUID). |
Iva, jekk l-inċident joriġina minn fornitur terz jew minn entità finanzjarja oħra |
Iva, jekk l-inċident joriġina minn fornitur terz jew minn entità finanzjarja oħra |
Iva, jekk l-inċident joriġina minn fornitur terz jew minn entità finanzjarja oħra |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Indikazzjoni ta’ jekk kienx hemm attivazzjoni formali tal-miżuri ta’ rispons għall-kontinwità tal-operat tal-entità finanzjarja. |
Iva |
Iva |
Iva |
Boolean (Iva jew Le) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kwalunkwe informazzjoni oħra mhux koperta fil-mudell. L-entitajiet finanzjarji li jkunu rriklassifikaw inċident kbir relatat mal-ICT bħala mhux kbir għandhom jiddeskrivu r-raġunijiet għaliex l-inċident relatat mal-ICT ma jissodisfax, u mhuwiex mistenni li jissodisfa, il-kriterji biex jitqies bħala inċident kbir relatat mal-ICT. |
Iva, jekk ikun hemm informazzjoni oħra mhux koperta fil-mudell jew jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT ikun ġie rriklassifikat bħala mhux kbir. |
Iva, jekk ikun hemm informazzjoni oħra mhux koperta fil-mudell jew jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT ikun ġie rriklassifikat bħala mhux kbir |
Iva, jekk ikun hemm informazzjoni oħra mhux koperta fil-mudell jew jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT ikun ġie rriklassifikat bħala mhux kbir |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontenut tar-rapport intermedju |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kodiċi ta’ referenza uniku assenjat mill-awtorità kompetenti fil-ħin tal-wasla tan-notifika inizjali biex jiġi identifikat b’mod inekwivoku l-inċident kbir relatat mal-ICT. |
Le |
Iva, jekk applikabbli |
Iva, jekk applikabbli |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-data u l-ħin li fihom seħħ l-inċident kbir relatat mal-ICT, jekk differenti mill-ħin meta l-entità finanzjarja tkun saret konxja tal-inċident kbir relatat mal-ICT. Għal inċidenti kbar relatati mal-ICT rikorrenti, id-data u l-ħin li fihom seħħ l-aħħar inċident kbir relatat mal-ICT. |
Le |
Iva |
Iva |
L-istandard ISO 8601 UTC (SSSS-XX-JJ Ħss: mm:ss) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar id-data u l-ħin tal-irkupru tas-servizzi, l-attivitajiet jew l-operazzjonijiet affettwati mill-inċident kbir relatat mal-ICT. |
Le |
Iva, jekk imtela l-kamp tad-data 3.16. “Perjodu ta’ qtugħ tas-servizz” |
Iva, jekk imtela l-kamp tad-data 3.16. “Perjodu ta’ qtugħ tas-servizz” |
L-istandard ISO 8601 UTC (SSSS-XX-JJ Ħss: mm:ss) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
In-numru ta’ klijenti affettwati mill-inċident kbir relatat mal-ICT li jużaw is-servizz ipprovdut mill-entità finanzjarja. Meta jivvalutaw in-numru ta’ klijenti affettwati, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-Artikoli 1(1) u 9(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat 2024/1772 fil-valutazzjoni tagħhom. Entità finanzjarja li ma tistax tiddetermina n-numru reali ta’ klijenti impattati għandha tuża stimi bbażati fuq data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, in-numru totali ta’ klijenti affettwati fl-entitajiet finanzjarji kollha. |
Le |
Iva |
Iva |
Numru sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-perċentwal ta’ klijenti affettwati mill-inċident kbir relatat mal-ICT fir-rigward tan-numru totali ta’ klijenti li jagħmlu użu mis-servizz affettwat ipprovdut mill-entità finanzjarja. Fil-każ ta’ aktar minn servizz wieħed affettwat, is-servizzi għandhom jiġu pprovduti b’mod aggregat. L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat 2024/1772 fil-valutazzjoni tagħhom. Entità finanzjarja li ma tistax tiddetermina l-perċentwal reali ta’ klijenti impattati għandha tuża stimi bbażati fuq data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, entità finanzjarja għandha tiddividi s-somma tal-klijenti affettwati kollha bin-numru totali ta’ klijenti tal-entitajiet finanzjarji impattati kollha. |
Le |
Iva |
Iva |
Espress bħala perċentwal - kwalunkwe valur sa ħames karattri numeriċi inkluż sa pożizzjoni deċimali waħda espressa bħala perċentwal (eż. 2,4 minflok 2,4 %). Jekk il-valur ikollu aktar minn ċifra waħda wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
In-numru ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati mill-inċident kbir relatat mal-ICT li kkonkludew kuntratt mal-entità finanzjarja. Meta jivvalutaw in-numru ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat 2024/1772 fil-valutazzjoni tagħhom. Entità finanzjarja li ma tistax tiddetermina in-numru reali ta’ kontropartijiet finanzjarji impattati għandha tuża stimi bbażati fuq data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, in-numru totali ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati fl-entitajiet finanzjarji kollha. |
Le |
Iva |
Iva |
Numru sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-perċentwal ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati mill-inċident kbir relatat mal-ICT fir-rigward tan-numru totali ta’ kontropartijiet finanzjarji li kkonkludew kuntratt mal-entità finanzjarja. Meta jivvalutaw il-perċentwal ta’ kontropartijiet finanzjarji affettwati, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-Artikoli 1(1) u 9(1), il-punt(c), tar-Regolament Delegat 2024/1772 fil-valutazzjoni tagħhom. Entità finanzjarja li ma tistax tiddetermina l-perċentwal reali ta’ kontropartijiet finanzjarji impattati għandha tuża stimi bbażati fuq data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, indika s-somma tal-kontropartijiet finanzjarji affettwati kollha diviża bin-numru totali ta’ kontropartijiet finanzjarji tal-entitajiet finanzjarji impattati kollha. |
Le |
Iva |
Iva |
Espress bħala perċentwal - kwalunkwe valur sa ħames karattri numeriċi inkluż sa pożizzjoni deċimali waħda espressa bħala perċentwal (eż. 2,4 minflok 2,4 %). Jekk il-valur ikollu aktar minn ċifra waħda wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kwalunkwe impatt identifikat fuq il-klijenti jew il-kontroparti finanzjarja rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) u fl-Artikolu 9(1), il-punt (f), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1772. |
Le |
Iva, jekk jintlaħaq il-livell limitu ta’ “Rilevanza tal-klijenti u tal-kontropartijiet finanzjarji” |
Iva, jekk jintlaħaq il-livell limitu ta’ “Rilevanza tal-klijenti u tal-kontropartijiet finanzjarji” |
Boolean (Iva jew Le) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
In-numru ta’ tranżazzjonijiet affettwati mill-inċident kbir relatat mal-ICT. Meta jivvalutaw l-impatt fuq it-tranżazzjonijiet, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat 2024/1772, inklużi t-tranżazzjonijiet domestiċi u transfruntiera affettwati kollha li fihom ammont monetarju li għandu mill-inqas parti waħda mit-tranżazzjoni mwettqa fl-Unjoni. Entità finanzjarja li ma tistax tiddetermina n-numru reali ta’ tranżazzjonijiet impattati għandha tuża stimi bbażati fuq data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, indika n-numru totali ta’ tranżazzjonijiet affettwati fl-entitajiet finanzjarji kollha. |
Le |
Iva, jekk xi tranżazzjoni tkun ġiet affettwata mill-inċident |
Iva, jekk xi tranżazzjoni tkun ġiet affettwata mill-inċident |
Numru sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-perċentwal ta’ tranżazzjonijiet affettwati fir-rigward tan-numru medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet domestiċi u transfruntiera mwettqa mill-entità finanzjarja relatati mas-servizz affettwat. L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-Artikolu 1(4) u l-Artikolu 9(1), il-punt (d), tar-Regolament Delegat 2024/1772. Entità finanzjarja li ma tistax tiddetermina l-perċentwal reali ta’ tranżazzjonijiet impattati għandha tuża stimi. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, entità finanzjarja għandha tgħodd in-numru tat-tranżazzjonijiet affettwati kollha u tiddividi s-somma bin-numru totali ta’ tranżazzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji impattati kollha. |
Le |
Iva, jekk xi tranżazzjoni tkun ġiet affettwata mill-inċident |
Iva, jekk xi tranżazzjoni tkun ġiet affettwata mill-inċident |
Espress bħala perċentwal - kwalunkwe valur sa ħames karattri numeriċi inkluż sa pożizzjoni deċimali waħda espressa bħala perċentwal (eż. 2,4 minflok 2,4 %). Jekk il-valur ikollu aktar minn ċifra waħda wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-valur totali tat-tranżazzjonijiet affettwati mill-inċident kbir relatat mal-ICT għandu jiġi vvalutat f’konformità mal-Artikolu 1(4) u l-Artikolu 9(1), il-punt (e), tar-Regolament Delegat 2024/1772. Entità finanzjarja li ma tistax tiddetermina l-valur reali tat-tranżazzjonijiet impattati għandha tuża stimi bbażati fuq data disponibbli minn perjodi ta’ referenza komparabbli. Entità finanzjarja għandha tirrapporta l-ammont monetarju bħala valur pożittiv. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet affettwati fl-entitajiet finanzjarji kollha. |
Le |
Iva, jekk xi tranżazzjonijiet ġew affettwati mill-inċident |
Iva, jekk xi tranżazzjoni tkun ġiet affettwata mill-inċident |
Monetarju L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrapportaw il-punt tad-data f’unitajiet billi jużaw preċiżjoni minima ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet (eż., 2,5 minflok EUR 2 500 ). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar jekk il-valuri rrapportati fil-kampijiet tad-data 3.4. sa 3.11., humiex reali jew stimi, jew jekk kienx hemm xi impatt. |
Le |
Iva |
Iva |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar l-impatt fuq ir-reputazzjoni li jirriżulta mill-inċident kbir relatat mal-ICT kif imsemmi fl-Artikoli 2 u 10 tar-Regolament Delegat 2024/1772. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji tal-impatt fuq ir-reputazzjoni għandhom japplikaw għal mill-inqas entità finanzjarja waħda. |
Le |
Iva, jekk jiġi ssodisfat il-kriterju ta’ “Impatt fuq ir-reputazzjoni” |
Iva, jekk jiġi ssodisfat il-kriterju ta’ “Impatt fuq ir-reputazzjoni” |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni li tiddeskrivi kif l-inċident kbir relatat mal-ICT affettwa, jew jista’ jaffettwa, ir-reputazzjoni tal-entità finanzjarja, inklużi ksur tal-liġi, rekwiżiti regolatorji mhux issodisfati, numru ta’ lmenti tal-klijenti, u oħrajn. L-informazzjoni kuntestwali għandha tinkludi t-tip ta’ media (eż., media tradizzjonali u diġitali, blogs, pjattaformi tal-istreaming) u l-kopertura mill-media, inkluż l-ilħuq tal-media (lokali, nazzjonali, internazzjonali). F’dan il-kuntest, il-kopertura mill-media ma għandhiex tfisser ftit kummenti negattivi mis-segwaċi jew mill-utenti tan-networks soċjali. L-entità finanzjarja għandha tindika wkoll jekk il-kopertura mill-media enfasizzatx riskji sinifikanti għall-klijenti tagħha fir-rigward tal-inċident kbir relatat mal-ICT, inkluż ir-riskju tal-insolvenza tal-entità finanzjarja jew ir-riskju ta’ telf ta’ fondi. L-entitajiet finanzjarji għandhom jindikaw ukoll jekk ipprovdewx informazzjoni lill-media li serviet biex tinforma b’mod affidabbli lill-pubbliku dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT u l-konsegwenzi tiegħu. L-entitajiet finanzjarji jistgħu jindikaw ukoll jekk kienx hemm informazzjoni falza fil-media fir-rigward tal-inċident relatat mal-ICT, inkluża l-informazzjoni bbażata fuq miżinformazzjoni deliberata mxerrda minn awturi ta’ theddida, jew l-informazzjoni relatata mat-tħassir tas-sit web tal-entità finanzjarja jew li turih. |
Le |
Iva, jekk ġie sodisfat il-kriterju tal-“Impatt fuq ir-reputazzjoni”. |
Iva, jekk ġie sodisfat il-kriterju tal-“Impatt fuq ir-reputazzjoni”. |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-entitajiet finanzjarji għandhom ikejlu t-tul ta’ żmien tal-inċident kbir relatat mal-ICT mill-mument li jkun seħħ l-inċident kbir relatat mal-ICT sal-mument li fih ikun ġie solvut l-inċident. L-entitajiet finanzjarji li ma jkunux jistgħu jiddeterminaw il-mument meta jkun seħħ l-inċident kbir relatat mal-ICT għandhom ikejlu t-tul ta’ żmien tal-inċident kbir relatat mal-ICT minn qabel il-mument li fih l-entità finanzjarja tkun identifikat l-inċident u l-mument meta l-entità finanzjarja rreġistrat l-inċident fir-reġistri tan-network jew tas-sistema jew sorsi oħra tad-data. L-entitajiet finanzjarji li għadhom ma jafux il-mument meta se jiġi solvut l-inċident kbir relatat mal-ICT għandhom japplikaw l-istimi. Il-valur għandu jiġi espress f’jiem, sigħat u minuti. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet finanzjarji għandhom ikejlu l-itwal tul ta’ żmien tal-inċident kbir relatat mal-ICT f’każ ta’ differenzi bejn l-entitajiet finanzjarji. |
Le |
Iva |
Iva |
JJ:SS:MM |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-perjodu ta’ qtugħ tas-servizz imkejjel mill-mument li s-servizz ma jkunx kompletament jew parzjalment disponibbli għall-klijenti, għall-kontropartijiet finanzjarji jew għal utenti interni jew esterni oħra, sal-mument meta l-attivitajiet jew l-operazzjonijiet regolari jkunu ġew restawrati għal-livell ta’ servizz li ġie pprovdut qabel l-inċident kbir relatat mal-ICT. Meta l-perjodu ta’ qtugħ tas-servizz jikkawża dewmien fil-forniment ta’ servizzi wara li jkunu rrestawrati l-attivitajiet jew l-operazzjonijiet regolari, l-entitajiet finanzjarji għandhom ikejlu l-perjodu ta’ qtugħ mill-bidu tal-inċident kbir relatat mal-ICT sal-mument meta jiġi pprovdut dak is-servizz imdewmi. L-entitajiet finanzjarji li ma jkunux jistgħu jiddeterminaw il-mument meta jkun beda l-perjodu ta’ qtugħ tas-servizz, għandhom ikejlu l-perjodu ta’ qtugħ tas-servizz minn qabel il-mument li jkun ġie identifikat l-inċident u l-mument meta jkun ġie rreġistrat. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet finanzjarji għandhom ikejlu l-itwal tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ qtugħ tas-servizz f’każ ta’ differenzi bejn l-entitajiet finanzjarji. |
Le |
Iva, jekk l-inċident ikkawża perjodu ta’ qtugħ fis-servizz |
Iva, jekk l-inċident ikkawża perjodu ta’ qtugħ fis-servizz |
JJ:SS:MM |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar jekk il-valuri rrapportati fil-kampijiet tad-data 3.15 u 3.16 humiex reali jew stimi. |
Le |
Iva, jekk ġie sodisfat il-kriterju “Tul ta’ żmien u perjodu ta’ qtugħ tas-servizz” |
Iva, jekk ġie sodisfat il-kriterju “Tul ta’ żmien u perjodu ta’ qtugħ tas-servizz” |
Għażla:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tip ta’ impatt fl-Istati Membri rispettivi taż-ŻEE. Indikazzjoni ta’ jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT kellux impatt fi Stati Membri oħra taż-ŻEE (għajr l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li lilha jiġi rrapportat direttament l-inċident), f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1772, u b’mod partikolari fir-rigward tas-sinifikat tal-impatt fir-rigward ta’:
|
Le |
Iva, jekk jintlaħaq il-livell limitu ta’ “Firxa ġeografika” |
Iva, jekk jintlaħaq il-livell limitu ta’ “Firxa ġeografika” |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni tal-impatt u s-severità tal-inċident kbir relatat mal-ICT f’kull Stat Membru affettwat, inkluża valutazzjoni tal-impatt u s-severità fuq:
|
Le |
Iva, jekk jintlaħaq il-livell limitu ta’ “Firxa ġeografika” |
Iva, jekk jintlaħaq il-livell limitu ta’ “Firxa ġeografika” |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tip ta’ telf tad-data li l-inċident kbir relatat mal-ICT jinvolvi fir-rigward tad-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità, u l-kunfidenzjalità tad-data. L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament Delegat 2024/1772 fil-valutazzjoni tagħhom. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, it-telf tad-data li jaffettwa mill-inqas entità finanzjarja waħda. |
Le |
Iva, jekk jiġi sodisfat il-kriterju “Telf tad-data” |
Iva, jekk jiġi sodisfat il-kriterju “Telf tad-data” |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni tal-impatt tal-inċident kbir relatat mal-ICT fuq id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data kritika f’konformità mal-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament Delegat 2024/1772. Informazzjoni dwar l-impatt fuq l-implimentazzjoni tal-objettivi tan-negozju tal-entità finanzjarja jew fuq l-issodisfar tar-rekwiżiti regolatorji. Bħala parti mill-informazzjoni pprovduta, l-entitajiet finanzjarji għandhom jindikaw jekk id-data affettwata hijiex data tal-klijenti, data ta’ entitajiet oħra (eż. kontropartijiet finanzjarji), jew data tal-entità finanzjarja nnifisha. L-entità finanzjarja tista’ tindika wkoll it-tip ta’ data involuta fl-inċident - b’mod partikolari, jekk id-data hijiex kunfidenzjali u x’tip ta’ kunfidenzjalità kienet involuta (eż. kunfidenzjalità kummerċjali/tan-negozju, data personali, segretezza professjonali: segretezza bankarja, segretezza tal-assigurazzjoni, segretezza tas-servizzi ta’ pagament, eċċ.). L-informazzjoni tista’ tinkludi wkoll ir-riskji possibbli assoċjati mat-telf tad-data, bħal jekk id-data affettwata mill-inċident tistax tintuża biex jiġu identifikati individwi u tistax tintuża mill-awtur ta’ theddida biex jinkiseb kreditu jew self mingħajr il-kunsens tagħhom, biex jitwettqu attakki ta’ spear phishing, biex tiġi żvelata informazzjoni pubblikament. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, deskrizzjoni ġenerali tal-impatt tal-inċident fuq l-entitajiet finanzjarji affettwati. Meta jkun hemm differenzi tal-impatt, id-deskrizzjoni tal-impatt għandha tindika b’mod ċar l-impatt speċifiku fuq l-entitajiet finanzjarji differenti. |
Le |
Iva, jekk jiġi sodisfat il-kriterju “Telf tad-data” |
Iva, jekk jiġi sodisfat il-kriterju “Telf tad-data” |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni relatata mal-kriterju “Servizzi kritiċi affettwati”. L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1772 fil-valutazzjoni tagħhom, inkluża informazzjoni dwar:
Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-impatt fuq is-servizzi kritiċi li japplikaw għal mill-inqas entità finanzjarja waħda. |
Le |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Klassifikazzjoni tal-inċidenti skont it-tip. |
Le |
Iva |
Iva |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tipi oħra ta’ inċidenti relatati mal-ICT: l-entitajiet finanzjarji li jkunu għażlu tip ta’ inċidenti “oħra” fil-kamp tad-data 3.23, għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ inċident relatat mal-ICT. |
Le |
Iva, jekk jintgħażel it-tip “oħra” ta’ inċidenti fil-kamp tad-data 3.23 |
Iva, jekk jintgħażel it-tip “oħra” ta’ inċidenti fil-kamp tad-data 3.23 |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Indika t-theddid u t-tekniki użati mill-awtur ta’ theddida, inklużi:
|
Le |
Iva, jekk it-tip ta’ inċident relatat mal-ICT ikun “relatat maċ-ċibersigurtà” fil-kamp 3.23 |
Iva, jekk it-tip ta’ inċident relatat mal-ICT ikun “relatat maċ-ċibersigurtà” fil-kamp 3.23 |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tipi oħra ta’ tekniki L-entitajiet finanzjarji li għażlu t-tip ta’ tekniki “oħra” fil-kamp tad-data 3.25 għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ teknika. |
Le |
Iva, jekk jintgħażel it-tip “oħra” ta’ tekniki fil-kamp tad-data 3.25 |
Iva, jekk jintgħażel it-tip “oħra” ta’ tekniki fil-kamp tad-data 3.25 |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Indikazzjoni tal-oqsma funzjonali u l-proċessi tan-negozju li huma affettwati mill-inċident, inklużi prodotti u servizzi. Iż-żoni funzjonali għandhom jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
Il-proċessi tan-negozju għandhom jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-oqsma funzjonali u l-proċessi tan-negozju affettwati f’mill-inqas entità finanzjarja waħda. |
Le |
Iva |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar jekk il-komponenti tal-infrastruttura (servers, sistemi operattivi, software, servers tal-applikazzjonijiet, midware, komponenti tan-network, oħrajn) li jappoġġaw il-proċessi tan-negozju ġewx affettwati mill-inċident kbir relatat mal-ICT. |
Le |
Iva |
Iva |
Għażla:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni dwar l-impatt tal-inċident kbir relatat mal-ICT fuq il-komponenti tal-infrastruttura li jappoġġaw il-proċessi tan-negozju inklużi l-hardware u s-software. Il-hardware jinkludi servers, kompjuters, ċentri tad-data, swiċċijiet, routers, ċentri. Is-software jinkludi sistemi operattivi, applikazzjonijiet, bażijiet tad-data, għodod tas-sigurtà, komponenti tan-network, oħrajn, jekk jogħġbok speċifika. Id-deskrizzjonijiet għandhom jiddeskrivu jew jagħtu isem lill-komponenti jew lis-sistemi tal-infrastruttura affettwati, u, meta disponibbli:
|
Le |
Iva, jekk l-inċident affettwa l-komponenti tal-infrastruttura li jappoġġaw il-proċessi tan-negozju |
Iva, jekk l-inċident affettwa l-komponenti tal-infrastruttura li jappoġġaw il-proċessi tan-negozju |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT kellux impatt fuq l-interess finanzjarju tal-klijenti. |
Le |
Iva |
Iva |
Għażla:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Speċifikazzjoni ta’ liema awtoritajiet ġew infurmati dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT. Filwaqt li jittieħed kont tad-differenzi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, il-kunċett ta’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandu jinftiehem b’mod ġenerali mill-entitajiet finanzjarji li jinkludi awtoritajiet pubbliċi li għandhom is-setgħa li jipproċedu kontra ċ-ċiberkriminalità, inklużi l-pulizija, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, u l-prosekuturi pubbliċi. |
Le |
Iva |
Iva |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Speċifikazzjoni ta’ tipi ta’ awtoritajiet “oħra” infurmati dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT. Jekk magħżula fil-Kamp tad-data 3.31. “Oħra”, id-deskrizzjoni għandha tinkludi informazzjoni aktar dettaljata dwar l-awtorità li lilha l-entità finanzjarja tkun issottomettiet informazzjoni dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT. |
Le |
Iva, jekk tip ta’ awtoritajiet “oħra” ikunu ġew infurmati mill-entità finanzjarja dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT. |
Iva, jekk tip ta’ awtoritajiet “oħra” ikunu ġew informati mill-entità finanzjarja dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Indikazzjoni ta’ jekk l-entità finanzjarja tkunx implimentat (jew tippjana li timplimenta) kwalunkwe azzjoni temporanja li tkun ittieħdet (jew ippjanata li tittieħed) biex tirkupra mill-inċident kbir relatat mal-ICT. |
Le |
Iva |
Iva |
Boolean (Iva jew Le) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-informazzjoni għandha tiddeskrivi l-azzjonijiet immedjati meħuda, inklużi l-iżolament tal-inċident fil-livell tan-network, il-proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva attivati, il-USB ports imblukkati, is-sit ta’ Rkupru minn Diżastru attivat, u kwalunkwe kontroll tas-sigurtà addizzjonali ieħor stabbilit temporanjament. L-entitajiet finanzjarji għandhom jindikaw id-data u l-ħin tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet temporanji u d-data mistennija tar-ritorn għas-sit primarju. Għal kwalunkwe azzjoni temporanja li ma tkunx ġiet implimentata iżda li tkun għadha ppjanata, indikazzjoni tad-data sa meta tkun mistennija l-implimentazzjoni tagħha. Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni/miżura temporanja, indika r-raġuni. |
Le |
Iva, jekk ittieħdu jew huma ppjanati li jittieħdu azzjonijiet/miżuri temporanji (kamp tad-data 3.33) |
Iva, jekk ittieħdu jew huma ppjanati li jittieħdu azzjonijiet/miżuri temporanji (kamp tad-data 3.33) |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni relatata mal-inċident kbir relatat mal-ICT li tista’ tgħin biex tidentifika attività malizzjuża f’network jew f’sistema ta’ informazzjoni (Indikaturi ta’ Kompromess, jew IoC), meta applikabbli. Il-kamp japplika biss għal dawk l-entitajiet finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u dawk l-entitajiet finanzjarji identifikati bħala entitajiet essenzjali jew importanti skont ir-regoli nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, meta rilevanti. L-IoC ipprovdut mill-entità finanzjarja għandu jinkludi l-kategoriji ta’ data li ġejjin:
Fil-prattika, dan it-tip ta’ informazzjoni tista’ tinkludi data relatata ma’, fost oħrajn, indikaturi li jiddeskrivu xejriet fit-traffiku tan-network li jikkorrispondu għal attakki magħrufa/komunikazzjonijiet botnet, indirizzi IP ta’ magni infettati b’malware (bots), data relatata ma’ servers ta’ “kmand u kontroll” użati minn malware (normalment dominji jew indirizzi IP), u URLs relatati ma’ siti ta’ phishing jew siti web osservati li jospitaw malware jew kits ta’ sfruttament. |
Le |
Iva, jekk tintgħażel relatata maċ-ċibersigurtà bħala tip ta’ inċident fil-kamp tad-data 3.23 |
Iva, jekk tintgħażel relatata maċ-ċibersigurtà bħala tip ta’ inċident fil-kamp tad-data 3.23 |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontenut tar-rapport finali |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-klassifikazzjoni ta’ livell għoli tal-kawża ewlenija tal-inċident kbir relatat mal-ICT skont it-tipi ta’ inċidenti, inklużi l-kategoriji ta’ livell għoli li ġejjin:
|
Le |
Le |
Iva |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Klassifikazzjoni dettaljata tal-kawżi ewlenin tal-inċident kbir relatat mal-ICT skont it-tipi ta’ inċidenti, inklużi l-kategoriji dettaljati li ġejjin b’rabta mal-kategoriji ta’ livell għoli li huma rrapportati fil-kamp tad-data 4.1:
L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu li għal inċidenti kbar rikorrenti relatati mal-ICT, titqies il-kawża ewlenija apparenti speċifika tal-inċident u mhux il-kategoriji wiesgħa inklużi f’dan il-qasam. |
Le |
Le |
Iva |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-klassifikazzjoni addizzjonali tal-kawżi ewlenin tal-inċident kbir relatat mal-ICT taħt it-tip ta’ inċident, inklużi l-kategoriji ta’ klassifikazzjoni addizzjonali li ġejjin b’rabta mal-kategoriji dettaljati li għandhom jiġu rrapportati fil-kamp tad-data 4.2. Il-kamp huwa obbligatorju għar-rapport finali jekk jiġu rrapportati kategoriji speċifiċi li jeħtieġu aktar granularità fil-kamp tad-data 4.2.
|
Le |
Le |
Iva |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-entitajiet finanzjarji li għażlu tip “oħra” ta’ kawżi ewlenin fil-kamp tad-data 4.2. għandhom jispeċifikaw tipi oħra ta’ tipi ta’ kawżi ewlenin |
Le |
Le |
Iva, jekk jintgħażel tip “oħra” ta’ kawżi ewlenin fil-kamp tad-data 4.2. |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni tas-sekwenza ta’ avvenimenti li wasslu għall-inċident kbir relatat mal-ICT u deskrizzjoni ta’ kif l-inċident kbir relatat mal-ICT ikollu kawża ewlenija apparenti simili jekk dak l-inċident jiġi kklassifikat bħala inċident rikorrenti, inkluża deskrizzjoni konċiża tar-raġunijiet sottostanti u l-fatturi primarji kollha li kkontribwew għall-okkorrenza tal-inċident kbir relatat mal-ICT. Meta kien hemm azzjonijiet malizzjużi, deskrizzjoni tal-modus operandi tal-azzjoni malizzjuża, inklużi t-tattiċi, it-tekniki u l-proċeduri użati, kif ukoll il-vettur tad-dħul tal-inċident kbir relatat mal-ICT, inkluża deskrizzjoni tal-investigazzjonijiet u l-analiżi li wasslu għall-identifikazzjoni tal-kawżi ewlenin, jekk applikabbli. |
Le |
Le |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni addizzjonali rigward l-azzjonijiet/il-miżuri meħuda/ippjanati biex jissolva b’mod permanenti l-inċident kbir relatat mal-ICT u biex jiġi evitat li jseħħ mill-ġdid dak l-inċident. Tagħlimiet meħuda mill-inċident kbir relatat mal-ICT. Id-deskrizzjoni għandu jkun fiha l-punti li ġejjin:
|
Le |
Le |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data u ħin meta ġiet indirizzata l-kawża ewlenija tal-inċident. |
Le |
Le |
Iva |
L-istandard ISO 8601 UTC (SSSS-XX-JJ Ħss: mm:ss) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data u ħin meta ġie solvut l-inċident. |
Le |
Le |
Iva |
L-istandard ISO 8601 UTC (SSSS-XX-JJ Ħss: mm:ss) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjonijiet tar-raġuni għaliex id-data ta’ riżoluzzjoni permanenti tal-inċidenti kbar relatati mal-ICT hija differenti mid-data ta’ implimentazzjoni ppjanata inizjalment, meta applikabbli. |
Le |
Le |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni ta’ jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT joħloqx riskju għal funzjonijiet kritiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (35), tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-entitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jindikaw jekk l-inċident joħloqx riskju għall-funzjonijiet kritiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (35), tad-Direttiva 2014/59/UE, u kif irrapportati fil-Mudell Z07.01 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 (1) u mmappjati mal-entità speċifika fil-Mudell Z07.02. |
Le |
Le |
Iva, jekk l-inċident joħloq riskju għall-funzjonijiet kritiċi tal-entitajiet finanzjarji skont l-Artikolu 2(1), il-punt 35, tad-Direttiva 2014/59/UE |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni ta’ jekk u, jekk ikun il-każ, kif l-inċident kbir relatat mal-ICT affettwa r-riżolvibbiltà tal-entità jew tal-grupp. L-entitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jipprovdu informazzjoni dwar jekk, u jekk ikun il-każ, kif l-inċident kbir relatat mal-ICT affettwa r-riżolvibbiltà tal-entità jew tal-grupp. Dawk l-entitajiet għandhom jindikaw ukoll jekk l-inċident kbir relatat mal-ICT jaffettwax is-solvenza jew il-likwidità tal-entità finanzjarja u l-kwantifikazzjoni potenzjali tal-impatt. Dawk l-entitajiet għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dwar l-impatt fuq il-kontinwità operattiva, l-impatt fuq ir-riżolvibbiltà tal-entità, kwalunkwe impatt addizzjonali fuq il-kostijiet u t-telf mill-inċident kbir relatat mal-ICT, inkluż fuq il-pożizzjoni kapitali tal-entità finanzjarja, u jekk l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT għadhomx robusti u infurzabbli bis-sħiħ fil-każ ta’ riżoluzzjoni tal-entità. |
Le |
Le |
Iva, jekk l-inċident affettwa r-riżolvibbiltà tal-entità jew tal-grupp. |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dettaljata dwar il-livelli limiti li eventwalment jintlaħqu mill-inċident kbir relatat mal-ICT fir-rigward tal-kriterju “Impatt ekonomiku”, imsemmi fl-Artikoli 7 u 14 tar-Regolament Delegat 2024/1772. |
Le |
Le |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-ammont totali ta’ kostijiet u telf diretti u indiretti grossi mġarrba mill-entità finanzjarja li jirriżulta mill-inċident kbir relatat mal-ICT, inklużi:
L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu fil-valutazzjoni tagħhom l-Artikoli 7(1) u (2) tar-Regolament Delegat 2024/1772. L-entitajiet finanzjarji ma għandhomx jinkludu f’din iċ-ċifra rkupri finanzjarji ta’ xi tip. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrapportaw l-ammont monetarju bħala valur pożittiv. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-ammont totali tal-kostijiet u t-telf fl-entitajiet finanzjarji kollha. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrapportaw il-punt tad-data f’unitajiet billi jużaw preċiżjoni minima ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet. |
Le |
Le |
Iva |
Monetarju |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-ammont totali ta’ rkupri finanzjarji. L-irkupri finanzjarji għandhom ikunu relatati mat-telf oriġinali kkawżat mill-inċident, indipendentement miż-żmien meta jiġu riċevuti l-irkupri finanzjarji fil-forma ta’ fondi jew influssi ta’ benefiċċji ekonomiċi. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrapportaw l-ammont monetarju bħala valur pożittiv. Fil-każ ta’ rapportar aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-ammont totali ta’ rkupri finanzjarji fl-entitajiet finanzjarji kollha. |
Le |
Le |
Iva |
Monetarju L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrapportaw il-punt tad-data f’unitajiet billi jużaw preċiżjoni minima ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar jekk aktar minn inċident wieħed mhux kbir relatat mal-ICT kienx rikorrenti u li flimkien jitqiesu bħala inċident kbir skont it-tifsira tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat 2024/1772. L-entitajiet finanzjarji għandhom jindikaw jekk l-inċidenti mhux kbar relatati mal-ICT kinux rikorrenti u humiex flimkien meqjusa bħala inċident wieħed kbir relatat mal-ICT. L-entitajiet finanzjarji għandhom jindikaw ukoll in-numru ta’ okkorrenzi ta’ dawn l-inċidenti mhux kbar relatati mal-ICT. |
Le |
Le |
Iva, jekk l-inċident kbir jinkludi aktar minn inċident rikorrenti wieħed mhux kbir. |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Meta l-entitajiet finanzjarji jirrapportaw inċidenti rikorrenti relatati mal-ICT, id-data u l-ħin li fihom seħħ l-ewwel inċident relatat mal-ICT. |
Le |
Le |
Iva, għal inċidenti rikorrenti |
L-istandard ISO 8601 UTC (SSSS-XX-JJ Ħss: mm:ss) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 tat-23 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 (ĠU L 277, 7.11.2018, p. 1).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1772 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT u theddid ċibernetiku, li jistabbilixxi livelli limitu ta’ materjalità u li jispeċifika d-dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti kbar (ĠU L, 2024/1772, 25.6.2024).
(3) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).
(4) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
ANNESS III
MUDELLI GĦAN-NOTIFIKA TA’ THEDDID ĊIBERNETIKU SINIFIKANTI
|
Numru tal-kamp |
Kamp tad-data |
|
|
1 |
Isem l-entità li tissottometti n-notifika |
|
|
2 |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità li tissottometti n-notifika |
|
|
3 |
Tip tal-entità finanzjarja li tissottometti n-notifika |
|
|
4 |
Isem l-entità finanzjarja |
|
|
5 |
Kodiċi LEI tal-entità finanzjarja |
|
|
6 |
Isem il-persuna ewlenija ta’ kuntatt |
|
|
7 |
Email tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt |
|
|
8 |
Telefown tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt |
|
|
9 |
Isem it-tieni persuna ta’ kuntatt |
|
|
10 |
Email tat-tieni persuna ta’ kuntatt |
|
|
11 |
Telefown tat-tieni persuna ta’ kuntatt |
|
|
12 |
Data u ħin tad-detezzjoni tat-theddida ċibernetika |
|
|
13 |
Deskrizzjoni tat-theddida ċibernetika sinifikanti |
|
|
14 |
Informazzjoni dwar l-impatt potenzjali |
|
|
15 |
Kriterji ta’ klassifikazzjoni ta’ inċidenti potenzjali |
|
|
16 |
Status tat-theddida ċibernetika |
|
|
17 |
Azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni tal-materjalizzazzjoni |
|
|
18 |
Notifika lil partijiet ikkonċernati oħra |
|
|
19 |
Indikaturi ta’ kompromess |
|
|
20 |
Informazzjoni rilevanti oħra |
|
ANNESS IV
GLOSSARJU TAD-DATA u struzzjonijiet għan-notifika ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti
|
Kamp tad-data |
Deskrizzjoni |
Kamp obbligatorju |
Tip ta’ kamp |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-isem ġuridiku sħiħ tal-entità li tissottometti n-notifika. |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità li tissottometti n-notifika. Meta l-entitajiet finanzjarji jissottomettu n-notifika/r-rapport, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni għandu jkun Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier), li huwa kodiċi uniku b’20 karattru alfanumeriku, ibbażat fuq l-ISO 17442-1:2020. Meta fornitur terz jissottometti rapport għal entità finanzjarja, jista’ juża kodiċi ta’ identifikazzjoni kif speċifikat fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554. |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tip tal-entità msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (t) tar-Regolament (UE) 2022/2554 li tissottometti r-rapport. |
Iva, jekk ir-rapport ma jiġix ipprovdut direttament mill-entità finanzjarja affettwata. |
Għażla (għażla multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-isem ġuridiku sħiħ tal-entità finanzjarja li tinnotifika t-theddida ċibernetika sinifikanti. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja tkun differenti mill-entità li tissottometti n-notifika. |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier) tal-entità finanzjarja li tinnotifika t-theddida ċibernetika sinifikanti, assenjat f’konformità mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. |
Iva, jekk l-entità finanzjarja li tinnotifika t-theddida ċibernetika sinifikanti tkun differenti mill-entità li tissottometti r-rapport |
Kodiċi alfanumeriku uniku b’20 karattru, ibbażat fuq l-ISO 17442-1:2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem u kunjom il-persuna ewlenija ta’ kuntatt tal-entità finanzjarja. |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-indirizz tal-email tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għal komunikazzjoni ta’ segwitu. |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
In-numru tat-telefown tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għal komunikazzjoni ta’ segwitu. In-numru tat-telefown għandu jiġi rrapportat bil-prefissi internazzjonali kollha (eż., +33XXXXXXXXX) |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem u kunjom it-tieni persuna ta’ kuntatt tal-entità finanzjarja jew ta’ entità li tissottometti n-notifika f’isem l-entità finanzjarja, meta disponibbli. |
Iva, jekk isem u kunjom it-tieni persuna ta’ kuntatt tal-entità finanzjarja jew ta’ entità li tissottometti n-notifika għall-entità finanzjarja huma disponibbli. |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-indirizz tal-email tat-tieni persuna ta’ kuntatt jew indirizz tal-email funzjonali tat-tim li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għall-komunikazzjoni ta’ segwitu, meta disponibbli. |
Iva, jekk l-indirizz tal-email tat-tieni persuna ta’ kuntatt jew indirizz tal-email funzjonali tat-tim li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għall-komunikazzjoni ta’ segwitu huwa disponibbli. |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
In-numru tat-telefown tat-tieni persuna ta’ kuntatt li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għall-komunikazzjoni ta’ segwitu, meta disponibbli. In-numru tat-telefown għandu jiġi rrapportat bil-prefissi internazzjonali kollha (eż. +33XXXXXXXXX). |
Iva, jekk ikun disponibbli n-numru tat-telefown tat-tieni persuna ta’ kuntatt li jista’ jintuża mill-awtorità kompetenti għall-komunikazzjoni ta’ segwitu. |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-data u l-ħin li fihom l-entità finanzjarja saret konxja mit-theddida ċibernetika sinifikanti. |
Iva |
L-istandard ISO 8601 UTC (SSSS-XX-JJ Ħss: mm:ss) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni tal-aspetti l-aktar rilevanti tat-theddida ċibernetika sinifikanti. L-entitajiet finanzjarji għandhom jipprovdu:
|
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar l-impatt potenzjali tat-theddida ċibernetika fuq l-entità finanzjarja, il-klijenti jew il-kontropartijiet finanzjarji tagħha jekk tkun immaterjalizzat it-theddida ċibernetika |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kriterji ta’ klassifikazzjoni li setgħu skattaw rapport ta’ inċident kbir jekk tkun ġiet immaterjalizzat it-theddida ċibernetika. |
Iva |
Għażla (multipla):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar l-istatus tat-theddida ċibernetika għall-entità finanzjarja u jekk kienx hemm xi bidliet fl-attività tat-theddida. Meta t-theddida ċibernetika tkun waqfet tikkomunika mas-sistemi ta’ informazzjoni tal-entità finanzjarja, l-istatus jista’ jiġi mmarkat bħala inattiv. Jekk l-entità finanzjarja jkollha informazzjoni li t-theddida tibqa’ attiva kontra partijiet oħra jew is-sistema finanzjarja kollha kemm hi, l-istatus għandu jiġi mmarkat bħala attiv. |
Iva |
Għażla:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni ta’ livell għoli dwar l-azzjonijiet meħuda mill-entità finanzjarja biex tipprevjeni l-materjalizzazzjoni tat-theddid ċibernetiku sinifikanti, jekk applikabbli. |
Iva |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar in-notifika tat-theddida ċibernetika lil entitajiet jew awtoritajiet finanzjarji oħra. |
Iva, jekk entitajiet jew awtoritajiet finanzjarji oħra jkunu ġew informati dwar it-theddida ċibernetika). |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni relatata mat-theddida sinifikanti li tista’ tgħin biex tiġi identifikata attività malizzjuża f’network jew sistema ta’ informazzjoni (Indikaturi ta’ Kompromess, jew IoC), meta applikabbli. L-IoC ipprovduta mill-entità finanzjarja tista’ tinkludi, iżda ma għandhiex tkun limitata, għall-kategoriji ta’ data li ġejjin:
Dan it-tip ta’ informazzjoni tista’ tinkludi data relatata ma’ indikaturi li jiddeskrivu xejriet fit-traffiku tan-network li jikkorrispondu għal attakki magħrufa/komunikazzjonijiet botnet, indirizzi IP ta’ magni infettati b’malware (bots), data relatata ma’ servers ta’ “kmand u kontroll” użati minn malware (normalment dominji jew indirizzi IP), u URLs relatati ma’ siti ta’ phishing jew siti web osservati li jospitaw malware jew kits ta’ sfruttament. |
Iva, jekk tkun disponibbli informazzjoni dwar l-indikaturi ta’ kompromess b’rabta mat-theddida ċibernetika.) |
Alfanumeriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar it-theddida ċibernetika sinifikanti |
Iva, jekk applikabbli u jekk ikun hemm informazzjoni oħra disponibbli, mhux koperta fil-mudell. |
Alfanumeriku |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/302/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)