31985R3818



Official Journal L 368 , 31/12/1985 P. 0020 - 0024
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0063
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0063
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0058
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0058


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3818/85

tat-30 ta’ Diċembru 1985

lijemenda ċerti Regolamenti li għandhom x’jaqsmu maż-żjut u x-xaħmijiet bħala riżultat ta’ l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, b’mod partikolari Artikolu 396 tiegħu,

Billi, bħala konsegwenza ta’ l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall u skond Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, ir-Regolamenti li ġejjin għandhom jiġu emendati:

- ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 172/66/KEE tal-5 ta’ Novembru 1966 li jiffissa koeffiċjenti għall-varjetajiet differenti taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat [1],

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 205/73 tal-25 ta’ Jannar 1973 dwar il-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jirrigwardaw iż-żjut u x-xaħmijiet [2],

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2041/75 tal-25 ta’ Lulju 1975 dwar regoli speċjali dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati tal-fissar bil-quddiem għaż-żjut u x-xaħmijiet [3],

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2960/77 tat-23 ta’ Diċembru 1977 dwar regoli dettaljati għall-bejgħ taż-żejt taż-żebbuġa miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent [4].

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3130/78 tat-28 ta’ Diċembru 1978 li jistabbilixxi ċ-ċentri ta’ l-intervent għaż-żejt taż-żebbuġa [5],

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3136/78 tat-28 ta’ Diċembru 1978 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex tiġi ffissata l-imposta fuq l-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa bl-offerta [6].

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2677/85 ta’ l-24 ta’ Settembru 1985 li jistabbilixxi regoli ta’ l-implimentazzjoni rigward is-sistema ta’ għajnuna għall-konsum għaż-żejt taż-żebbuġ [7].

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1726/82 tat-30 ta’ Ġunju 1978 li jistabbilixxi ċ-ċentri ta’ l-intervent għal-kolza, il-lift u żerriegħa tal-ward tax-xemx [8],

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2681/83 tal-21 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tas-sussidji għaż-żrieragħ taż-żejt [9].

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1813/84 tat-28 ta’ Ġunju 1984 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati l-ammonti differenzjali għall-kolza, il-lift u ż-żerriegħa tal-ward tax-xemx [10]:

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3061/84 tal-31 ta’ Ottubru 1984 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa [11].

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 27/85 tal-4 ta’ Jannar 1985 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KEE) Nru 2262/84, li jistabbilixxi miżuri speċjali rigward iż-żejt taż-żebbuġa [12].

Billi skond Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni, l-istituzzjonijiet Komunitarji jistgħu jadottaw, qabel l-adeżjoni, il-miżuri provduti f’Artikolu 396 ta’ l-Att, u billi dawn il-miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ bla ħsara għad-dħul fis-seħħ ta’ l-imsemmi Trattat u fid-data tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

1. Ir-Regolament Nru 172/66 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

Fl-Anness, jiġu mħassra d-dħul "Żejt verġni, għajr il-lampante, li joriġina fl-Andalusija (Spanja) u jiġi minnha" u l-koeffiċċjent korrispendenti ta’ l-ekwivalenza.

2. Ir-Regolament (KEE) Nru 205/73 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

F’Artikolu 4(1), tiġi mħassra il-kelma "Spanja".

3. Ir-Regolament (KEE) Nru 2041/75 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- Dan li ġej għandu jiżdied ma Artikolu 2a:

"Importaciones a granel o en recipientes superiores a 5 litros"

"Importaçoes a granel ou em embalagens imediatas de conteùdo superior a 5 litros"

.

"Importaciones en recipientes inferiores o iguales a 5 litros"

.

"Importaçoes em embalagens imediatas de conteùdo inferior ou igual a 5 litros".

- Dan li ġej għandu jiżdied ma’ Artikolu 9(2):

"Sin restitucion en metalico";

"Sem restituiçao en numerário".

- Dan li ġej għandu jiżdied ma’ Artikolu 9(3):

"Franquicia de exacción reguladora para … (cantidad para la cual el certificado se ha concedido) Kg";

"Isençao de direito nivelador para …(quantidade para a qual é emitido o certificado …) kgé".

- Dan li ġej għandu jiżdied ma’ Artikolu 12(1):

"La cantidad se refiere a la cualidad-tipo"

;

"A quantidade refere-se à qualidade-tipo".

4. Ir-Regolament (KEE) Nru 2960/77 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

Dan li ġej għandu jiżdied ma’ Artikolu 16(2):

"Exportaciones en el cuadro del reglamento (CEE) n. 2960/77"

;

"Exportaçoes no âmbito do regulamento (CEE) n.o 2960/77"

5. Ir-Regolament (KEE) Nru 3130/78 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

It-test ta’ Anness I li jinsab ma’ dan ir-Regolament jiżdied ma l-Anness.

6. Ir-Regolament (KEE) Nru 3136/78 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- Dan li ġej għandu jiżdied ma’ Artikolu 4(1):

"Tasa de exacción reguladora (en moneda nacional) por 100 kilogramos"

"taxa de direito nivelador (en moeda nacional) por 100 kilogramas"

- F’Artikolu 4(2):

- l-ewwel inċiż jiġi mħassar;

- jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:

"Madankollu, is-subparagrafu ta’ qabel għandu japplika biss għall-Spanja u l-Portugall mill-1 ta’ Jannar 1991."

- Is-subparagrafu li ġej jiġi miżdjud ma’ Artikolu 5(3):

"Madankollu, fil-każ tal-liċenzji li jkollhom il-kelma "Spanja" fit-Taqsimiet 13 u 14 id-data li fiha jiskadu dawn il-liċenzji ma għandhiex tiġi qabel it-28 ta’ Frar 1986."

7. Ir-Regolament (KEE) Nru 2677/85 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- Iż-żewġ inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda ma’ Artikolu 4(1):

"(CEE) - ESP għall-impjanti li jinsabu fi Spanja"

"(CEE) - P għall-impjanti li jinsabu fil-Portugall."

- Dan li ġej jiġi miżjud ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 17(2):

"Madankollu, fi Spanja u l-Portugall dan l-ammont għandu jkun egwali għal dak li jrid jiġi depożitat fil-pajjiżi l-oħra tal-Komunità."

8. Ir-Regolament (KEE) Nru 1726/82 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

Anness II ma’ dan ir-Regolament jiġi miżjud ma’ l-Anness.

9. Ir-Regolament (KEE) Nru 268/83 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- Dan li ġej jiġi miżjud mat-tielet subparagrafu ta’ Artikolu 18(5):

"ESP għal Spanja u P għall-Portugall".

- Dan li ġej jiġi miżjud ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 26(2):

"Semillas o mezclas importadas";

"sementes ou misturas importadas"

- Dan li ġej jiġi miżjud mal-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 26(2):

"Destinado a ser sometido al régimen de control previsto en el articulo 2 del reglamento (CEE) no 1594/83 o a ser puesto en condiciones de no poder beneficiarse de la ayuda"

;

"Destinado a ser submetido ao regime de controlo previsto no artigo 2.o do regulamento (CEE) n.o 1594/83 ou ser colocado em condiçoes de nao poder beneficiar da ajuda".

10. Ir-Regolament (KEE) Nru 1813/84 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- Dan li ġej jiġi miżjud ma’ Artikolu 10(1):

"Semillas cosechadas en …";

"sementes produzidas em …".

- Dan li ġej jiġi miżjud mal-punt (b) ta’ Artikolu 10(2):

"Destinado a ser transformado con vista a la produccion de aceite o, en el caso de las semillas de colza y de navina, para su incorporacion a los alimentos para animales, o a ser puestas en condiciones de no poderse beneficiar de la ayuda en el sentido del articulo 30 del reglamento (CEE) no 2681/83";

"Destinado a ser transformado para produçao de azeite ou, no case de se tratar de sementes de colza ou de nabita, com vista à sua incorporaçao em alimentos para animais, ou a ser colocado em condiçkoes de nao poder beneficiar da ajuda nos termos do artigo 30 do regulamento (CEE) n.o 2681/83".

11. Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 306/84 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

"5. Għal Spanja u l-Portugall, il-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 4 għandhom jitreġġgħu lura għall-31 ta’ Ottubru 1987, it-3 ta’ Diċembru 1987 u l-1 ta’ Novembru 1987 rispettivament u l-informazzjoni referita fil-paragrafu 3 għandha tkun dik li għandha x’taqsam mas-sena tas-suq 1986/87."

12. Ir-Regolament (KEE) Nru 27/85 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- Is-subparagrafu li ġej jiġi miżjud ma’ Artikolu 1(1):

"Madankollu, għal Spanja u l-Portugall, il-limitu taż-żmien għandu jitreġġa’ lura għall-1 ta’ Novembru 1986."

- Is-subparagrafu li ġej jiġi miżjud ma’ Artikolu 7:

"4. Il-paragrafi ta’ qabel għandhom japplikaw għal Spanja u l-Portugall għas-sena tas-suq 1986/87."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1986 bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,fit-30 ta’ Diċembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Franza Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 202, ta-7.11.1966, p. 3481/66.

[2] ĠU L 23, tad-29.1.1973, p. 15.

[3] ĠU L 213, tal-11.8.1975, p. 1.

[4] ĠU L 348, tat-30.12.1977, p. 46.

[5] ĠU L 370, tat-30.12.1978, p. 58.

[6] ĠU L 370, tat-30.12.1978, p. 72.

[7] ĠU L 254, tal-25.9.1985, p. 5.

[8] ĠU L 189, ta’ l-1.7.1982, p. 64.

[9] ĠU L 266, tat-28.9.1983, p. 1.

[10] ĠU L 170, ta-29.6.1984, p. 41.

[11] ĠU L 288, ta’ l-1.11.1984, p. 52.

[12] ĠU L 4, tal-5.1.1985, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS I

SPANJA | Il-Provinċja | I-Lokalità |

| Teruel | Alcañiz |

| Zaragoza | Caspe |

| Lérida | Borjas Blancas |

| Tarragona | Reus-Montroig y Tortosa |

| Madrid | Pinto, Villarejo de Salvanés |

| Ciudad Real | Daimiel, Villanueva de los Infantes |

| Toledo | Belvis de la Jara, Consuegra, Mora de Toledo |

| Alicante | Alcoy |

| Castellón | San Mateo |

| Murcia | Yecla |

| Badajoz | Azuaga, Roca de la Sierra y Villafranca de los Barros |

| Cáceres | Montanchez y Torre don Miguel |

| Cádiz | Arcos de la Frontera |

| Córdoba | Baena, Lucena, Montoro, Nueva Carteya, Pozoblanco, Puente Genil, Rute |

| Granada | Atarfe, Iznalloz y Loja |

| Huelva | San Juan del Puerto |

| Jaén | Alcalá la Real, Alcaudete, Andújar, Baeza, travu de Segura, Gampillo de Arenas, Espeluy, Huelma, Jaén, Linares, Martos, Peal de Becerro, Porcuna, Santisteban del Puerto, Torredonjimeno, Torreperojil, Úbeda, Vilches, Villacarrillo, |

| Málaga | Antequera, Cuevas Bajas, Villanueva de la Algaida |

| Sevilla | Alanix de la Sierra, Ecija, Estepa, Marchena |

IL-PORTUGALL | Id-Distrett | Il-Lokalità |

| Évora | Évora |

| Beja | Beja |

| Santarém | Santarém |

| Castelo Branco | Castelo Branco |

| Bragança | Bragança |

--------------------------------------------------

ANNESS II

A. Iż-Żerriegħa tal-lift

SPANJA | Il-Provinċja | Il-Lokalità |

| Navarra | Tafalla |

| Sevilla | Carmona |

| Valladolid | Olmedo |

| Badajoz | Puiebla de la Calzada |

| Lérida | Tárrega |

| Toledo | Quintanar de la Orden |

B. Iż-Żerriegħa tal-ward tax-xemx

SPANJA | Il-Provinċja | Il-Lokalità |

| Huesca | Binéfar |

| Lérida | Tárrega |

| Ávila | Hernán Sancho |

| Segovia | Segovia |

| Valladolid | Olmedo |

| Zamora | Fuentesauco |

| Albacete | La Roda |

| Ciudad Rea | Daimiel |

| Cuenca | Cuenca, La Almarcha, Tarancón |

| Toledo | Quintanar de la Orden |

| Badajoz | Don Benito, Puebla de la Calzada |

| Cádiz | Jédula, Vejer |

| Córdoba | Córdoba y Palma del Río |

| Jaén | Andújar |

| Sevilla | Carmona, La Roda de Andalucía, Lebrija, Osuna, Sevilla |

IL-PORTUGALL | Id-Distrettt | Il-Lokalità |

| Évora | Évora |

| Beja | Beja |

| Portalegre | Portalegre |

--------------------------------------------------