1993D0342 — MT — 26.04.2007 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼M1

DEĊIŻONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Mejju 1993

li tistabbilixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' tjur ħajjin u bajd li jkun wasal biex ifaqqas

▼B

(ĠU L 137, 8.6.1993, p.24)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta' Gunju 1994

  L 181

35

15.7.1994

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-28 ta' Awwissu 2006

  L 142

316

5.6.2007




▼B

▼M1

DEĊIŻONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Mejju 1993

li tistabbilixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' tjur ħajjin u bajd li jkun wasal biex ifaqqas

▼B



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-kummerċ fil-Komunità fi u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis ( 1 ), kif l-aħar emendata mid-Direttiva 92/65/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 22(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-kummerċ fil-Komunità fi u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ laħam frisk tat-tjur ( 3 ), kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/116/KEE ( 4 ), u partikolarment l-Artikolu 10 (2) tagħha,

Billi t-tjur, bajd għat-tfaqqis u laħam tat-tjur li ġej minn pajjiżi terzi għandu jkun liberu minn influwenza avjana u l-marda ta’Newcastle; billi huwa meħtieġli jiġu stabbiliti l-kriterji għall-klassifika ta’ pajjiżi terzi għal dan l-iskop;

Billi l-kriterji għal pajjiżi terzi għandhom jiġu stabbiliti b’ konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet dwar l-Istati Membri kif stabbilit fid-Direttivi tal-Kunsill 92/40/KEE ( 5 ) u 92/66/KEE ( 6 );

Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a) “influwenza avjana” tfisser infezzjoni kif definita fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A;

(b) “marda ta’ Newcastle” tfisser infezzjoni kif definita fil-Kapitolu II ta’ l-Anness A;

(ċ) “vaċċin magħruf” ifisser kull vaċċin kontra l-marda ta’ Newcastle li jikkonforma mall-kriterji stabbiliti fl-Anness B;

(d) “vaċċin ta’ emerġenza” ifisser vaċċin użat bħala mezz ta’ kontroll tal-marda wara epidemija waħda jew aktar u mwettqa:

(i) kontra l-influwenza avjana bl-użu ta’ kwalunkwe vaċċin;

(ii) kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċini mhux magħrufa;

(e) “politika ta’ qatla sanitarja” tfisser l-applikazzjoni fil-każ ta’ epidemiji ta’ influwenza avjana jew il-marda ta’ Newcastle, tal-miżuri previsti fl-Anness Ċ;

▼M1

(f) “parti mit-territorju” tfisser parti minn pajji¿ terz ta' daqs biżżejjed, li jkun definit tajjeb ġeografikament jew amministrattivament, wara li tiġi ikkunsidrata s-sitwazzjoni epiżootioloġika.

▼B

Artikolu 2

Pajjiż terz jiġi kklassifikat bħala liberu minn influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle jekk jaderixxi mal-kriterji ġenerali li ġejjin:

(a) għandu jkollu struttura ġenerali tas-saħħa ta’ l-annimali li jppermetti superviżjoni adegwata ta’ qatgħat tat-tjur;

(b) għandu jkollu liġi li tirrendi l-influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle mardiet notifikabbli għal kull speċe ta’ tjur u għall-għasafar kollha miżmuma fil-magħluq;

(ċ) għandu jobbliga ruħu li jeżamina kull suspett ta’ dawk il-mardiet;

(d) jekk hemm suspett, għandu jagħti kampjun ta’ kull virus ta’ l-influwenza avjana jew paramyxovirus misjub għal testjar fil-laboratorju speċifiku skond il-proċedura stabbilita fl-Anness A;

(e) għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu kapaċità fil-laboratorji proprji uffiċjali jew ikollu arranġamenti ma’ laboratorji oħrajn nazzjonali għat-testjar rapidu;

▼M1

(f) għandu jibgħat elenku ta' dawn il-laboratorji, kif ukoll deskrizzjoni tal-metodi użati għad-dijanjosi u l-pathotyping ta' l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda ta' Newcastle lill-Kummissjoni u jippermetti l-kontroll tagħhom minn esperti mill-Komunità;

(g) għal kull tifqiegħa ewlenija għandu jibgħat kampjuni iżolati tal-virus lill-laboratorju ta' rifernza tal-KE f'Weybridge (Addlestone, ir-Renju Unit);

(h) għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, fi żmien 24 siegħa wara l-konferma tat-tifqiegħa, tal-bidu f'kull parti tat-territorju tiegħu li qabel kienu ħielsa;

(i) għandu jibgħat lill-Kummissjoni, mill-anqas kull xahar fil-każ ta' tifqiegħa sussegwenti fl-istess parti tat-territorju, rapport fuq is-sitwazzjoni tal-marda;

▼B

(j) f’ każ ijieti fejn vaċċin kontra l-influwenza avjana u/jew il-marda ta’ Newcastle mhijiex projbita, għandu uffiċjalment jikkontrolla l-produzzjoni, testjar u distribuzzjoni għall-vaċċini;

(k) għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-karatteristiċi ta’ kull strain użat għall-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-influwenza avjana jew il-marda ta’ Newcastle.

Artikolu 3

1.  Mingħajr preġudizzju għall-kriterji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2, pajjiż terz jiġi kklassifikat bħala liberu minn influwenza avjana jekk:

(a) ma ġraw l-ebda attakki ta’ dik il-marda fit-tjur fit-territorju tiegħu għall-inqas għal 36 xhur; u

(b) ma saru l-ebda vaċċinazzjonijiet kontra virusis ta’ l-influwenza avjana ta’ l-istess sottotipi bħal dawk li huwa magħruf li jeżistu virus patoġeniċi ħafna (bħal issa sottotipi H5 u H7) għall-inqas għal 12-il xahar.

2.  Fejn tiġi prattikata politika għall-qatla sanitarja biex tiġi kkontrollata l-marda u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 (b) il-perjodu ta’ 36 xhur imsemmi fil-paragrafu 1 (a) jitnaqqas għal:

(a) 6 xhur jekk ma tkun twettqet l-ebda vaċċina ta’ l-emerġenza;

(b) 12-il xahar jekk twettqet vaċċina ta’ emerġenza, sakemm ikun għadda perjodu ieħor ta’ 12-il xahar wara t-tmiem uffiċjali ta’ din il-vaċċina ta’ emerġenza.

Artikolu 4

1.  Mingħajr preġudizzju għall-kriterji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2, pajjiż terz huwa kklassifikat bħala liberu mill-marda ta’ Newcastle għall-ewwel darba jekk:

(a) ma ġraw l-ebda attakki ta’ dik il-marda fit-tjur fit-territorju tiegħu għall-inqas għal 36 xhur; u

(b) ma twettqux vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċini mhux magħrufa għall-inqas għal 12-il xahar.

2.  Fejn tiġi pprattikata politika għall-qatla sanitarja biex tiġi kkontrollata l-marda u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 (b) il-perjodu ta’ 36 xhur imsemmi fil-paragrafu 1 (a) jitnaqqas għal:

(a) 6 xhur jekk ma tkun twettqet l-ebda vaċċin ta’ l-emerġenza;

(b) 12-il xahar jekk twettqet vaċċin ta’ emerġenza, sakemm ikun għadda perjodu ieħor ta’ 12-il xahar wara t-tmiem uffiċjali ta’ din il-vaċċin ta’ emerġenza.

▼M1 —————

▼B

4.  B’deroga mill-paragrafi 1 (b) u 2 (b) pajjiż terz huwa kklassifikat bħala liberu mill-marda ta’ Newcastle jekk jippermetti l-użu ta’ vaċċini kontra l-marda, li, għalkemm jikkonformaw mal-kriterji ġenerali stipulati fl-Anness B għall-vaċċini, ma jaderixxux għall-kriterji speċifiċi tagħhom.

▼M2 —————

▼M1

Artikolu 4a

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 90/539/KEE u tal-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Deċiżjoni japplikaw mutatis mutandis għall-partijiet mit-territorju li jħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fihom, jekk kemm-il darba jkunu ngħataw garanziji soddisfaċenti f'dak li għandu x' jaqsam ma':

— ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment rigward partijiet oħra tat-territorju li m'humiex ħielsa mill- influwenza ta' l-għasafar u/jew il-marda ta' Newcastle,

— analiżi seroloġika meta jkun hemm bżonn,

— mi¿uri oħra possibli.

▼B

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill l-1 ta’ Ottubru 1993.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS A

DEFINIZJONIJIET TA’ INFLUWENZA AVJANA U MARDA TA’ NEWCASTLE

Il-KAPITOLU I

Influwenza Avjana

Influwenza Avjana tfisser infezzjoni tat-tjur ikkawżata minn kwalunkwe virus ta’ l-influwenza A li għandu indiċi patoġeniku intravin (IPIV) fi flieles ta’ sitt ġimgħat ogħla minn 1.2 jew kwalunkwe infezzjoni b’virus ta’ l-influwenza A tas-sottotip H5 jew H7 li s-sekwenzar nukleotidu wera l-preżenza ta’ aċidi amino bażi multipli fi-sit tax-xaqq tal-haemagglutinin.

L-IVPI għandu jiġi ddeterminat skond il-metodu segwenti:

Indiċi patoġeniku intravin(IPIV)

1.

Likwidu allatojku infettiv mill-livell ta’ passaġġ l-aktar baxx possibbli mill-iżolazzjoni inizjali mingħajr l-ebda selezzjoni, jiġi dilwit 101 f’salina iżotonika sterili.

2.

0,1 ml virus dilwit jiġi injettat intravenalment f’kull wieħed minn 10 flieles ta’ sitt ġimgħat (għandhom jintużaw għasafar speċifiċi mingħajr patoġeni).

3.

L-għasafar jiġu eż aminati f’intervalli ta’ 24 siegħa għal 10 ijiem.

4.

F’ kull osservazzjoni kull għasfur jiġi rreġistrat normali (O), marid (1), marid ħafna (2) jew mejjet (3).

5.

Irreġistra r-riżultati u kkalkula l-indiċi kif jidher f’dan l-eżempju:



Sinjali

Ġranet wara l-inkubazzjoni(numru ta' għasafar)

Total

Rata

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

Normali

10

2

0

0

0

0

0

0

0

0

12 × 0

= 0

Morda

0

4

2

0

0

0

0

0

0

0

6 × 1

= 6

Morda ħafna (1)

0

2

2

2

0

0

0

0

0

0

6 × 2

= 12

Mejtin

0

2

6

8

10

10

10

10

10

10

76 × 3

= 228

Total =246

(1)   Dan irid ikun valwazzjoni klinika soġġettiva imma normalment dan jinvolvi għasafar li juru aktar minn waħda minn dawn is-sinjali: involviment respiratorju, depressjoni, diarrhoea, ċjanozi ta' ġilda esposta jew wallets, oedema tal-wiċċ u/jew ras, sinjali ta' nervi

image

Il-KAPITOLU II

Marda ta’ Newcastle

Il-marda ta’ Newcastle tfisser infezzjoni tat-tjur ikkawżata minn kwlaunkwe strain avjan tal-paramyxovirus 1 b’indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ) fi flieles ta’ jum ogħla minn 0,7.

L-IPIĊ għandu jiġi ddeterminat skond il-metodu segwenti:

It-test ta’ l-indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ)

1.

Likwidu allatojku infettat maqbud frisk (HA titre għandu jkun ikbar minn 24) jitħallat 1: 10 f’salina iżotonika sterili (m’ għandhomx jintużaw antibjotiċi).

2.

0,05 ml tal-virus imħallat jiġi injettat intraċerebralment f’kull wieħed mill-għaxart iflieles ta’ jum (24-40 siegħa wara li jfaqqsu). Il-flieles għandhom jitfaqqsu minn bajd miksub minn qatgħa speċifika libera minn patoġeni.

3.

L-għasafar jiġu eżaminati f’intervalli ta’ 24 siegħa għal tmint ijiem.

4.

F’ kull osservazzjoni kull għasfur jiġi ratat: 0 = normali; 1 = marid; 2 = mejjet.

5.

L-indiċi jiġi kkalkolat kif jidher fl-eżempju segwenti:



Sinjali

Jiem wara;-inokkluazzjoni

Total

Rata

1

2

3

4

5

6

7

8

Normali

10

4

0

0

0

0

0

0

14 × 0

= 0

Morda

0

6

10

4

0

0

0

0

20 × 1

= 20

Mejtin

0

0

0

6

10

10

10

10

46 × 2

= 92

Total = 112

Indiċi = huwa mezz ta' pannell kull ta' għasfur ta' osservazjoni =

image

=1,4




L-ANNESS B

KRITERJI GĦALL-VAĊĊINI MAGĦRUFA

1.   Kriterji Ġenerali

A. Vaċċini għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat qabel ma jiġi permess li jkun distribwit u użat. Għal din ir-reġistrazzjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddependu fuq fajl komplet li jikkontjeni data dwar l-effikaċja u l-inokwità; għall-vaċċini l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddependu fuq data verifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn il-vaċċin ġie prodott, sa fejn dawn il-verifiki jkunu twettqu f’konformitá ma’ standards aċċettati fuq skala internazzjonali.

B. Oltre, importazzjoni jew produzzjoni u distribuzzjoni tal-vaċċini għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat.

C. Qabel ma tiġi permessa d-distribuzzjoni, kull grupp ta’ vaċċini għandha tiġi ttestjata għall-inokwità, partikolarmnet dwar attenwazzjoni jew inattivazzjoni u nuqqas ta’ aġenti kontaminanti mhux tajbin, u effikaċja għan-nom ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

2.   Kriterji speċifiċi

A. Vaċċini ħajjin attenwati tal-marda ta’ Newcastle għandhom jiġu ppreparati minn strain tal-virus tal-marda ta’ Newcastle li ż-żerriegħa ewlenija tagħha ġiet ittestjata għaliha u murija li għandha indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ) ta’:

jew

(i) inqas minn 0,4 jekk mhux inqas minn 107 EID50 jiġu amministrati lil kull għasfur fit-test ta’ l-IPIĊ;

jew

(ii) inqas minn 0,5 jekk mhux inqas minn 108 EID50 jiġu amministrati lil kull għasfur fit-test tal-IPIĊ;

B. Vaċċini inattivati tal-marda ta’ Newcastle għandhom jiħu ppreparati minn strain tal-virus tal-marda ta’ Newcastle li għandha indiċi ta’ patoġenità intraċerebrali (IPIĊ) fi flieles ta’ jum ta’ inqas minn 0,7 jekk mhux inqas minn 108 EID50 jiġu amministrati lil kull għasfur fit-test ta’ l-IPIĊ.




L-ANNESS Ċ

MIŻURI MINIMI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU META TIĠI PPRATTIKATA QATLA SANITARJA BIEX JIĠU ELIMINATI EPIDEMIJI TA’ INFLUWENZA AVJANA JEW MARDA TA’ NEWCASTLE

1.

F’ każ ta’ suspett l-azjenda kkonċernata għandha titqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali. Dan ifisser partikolarment illi:

(a) kull kampjun meħtieġ għandu jittieħed mingħajr dewmien u mibgħut lil xi laboratorji approvat mill-awtoritajiet kompetenti għad-dianjosi;

(b) għandha ssir reġistrazzjoni tal-kategoriji kollha tat-tjur miżmuma fl-azjenda li turi n-numru ta’ annimali mejta u morda; dan ir-rekord għandu jinżamm aġġornat m’għandu jiġi ċċekjat f’kull ż jara uffiċjali;

(ċ) it-tjur kollha għandhom jibqgħu iżolati u, fejn possibbli, fil-kwartieri fejn jgħixu;

(d) l-ebda tjur mhuwa permess li jidħol jew joħroġmill-azjenda;

(e) iċ-ċaqliq kollu ta’ persuni, vetturi, materjali eċċ. għal fuq u mill-intrapriża huma soġġetti għal awtorizzazzjoni uffiċjali;

(f) bajd ta’ l-ikel jistgħu jitilqu mill-azjenda wara diżinfettazzjoni xierqa jew jistgħu jintbagħtu direttament f’xi stallazzjoni fejn jirċievu trattament xieraq ta’ sħana;

(g) mezzi xierqa ta’ diżinfettazzjoni għandhom jintużaw fl-intrati ta’ azjendi li fihom jgħixu t-tjur u ta’ l-azjenda stess;

(h) inkjesta epiżootjoloġika għandha ssir biex jiġi skopert l-għajn ta’ l-infezzjoni u t-tixrid possibbli tagħha;

(i) siti ta’ kuntatt possibbilment infettat, i. e. Dawk magħrufa mill-inkjesta mfissra fil-punt (g) għandhom jitqiegħdu wkoll taħt sorveljanza uffiċjali.

2.

Malli l-preż enza ta’ marda tiġi kkonfermata uffiċjalment f’azjenda, il-miż uri segwenti għandhom jittieħdu flimkien ma’ dawk imsemmija fil-punt 1:

(a) it-tjur kollha fl-azjenda għandhom jinqatlu fil-post minnufih; il-karkassi u l-bajd tagħhom jiġu distrutti; dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizzaw ir-riskju li l-marda tixxerred;

(b) kwalunkwe sustanza jew skart li jista’ jkun ikkontaminat għandu jiġi distrutt b’ mod li jiżgura d-distruzzjoni ta’ kwalunkwe virus preżenti;

(ċ) il-laħam ta’ tjur maqtul waqt il-perjodu ta’ l-inkubazzjoni preżunta għandu jiġi ntraċċat u distrutt;

(d) bajd għat-tfaqqis li ġie mibjud waqt il-perjodu ta’ l-inkubazzjoni preżunta għandu jiġi ntraċċat u distrutt; tjur li ġie mfaqqas minn dawn il-bajd għandu jitqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali;

(e) wara li jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ qtil u distruzzjoni is-sit għandu jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat sewwa;

(f) l-ebda tjur m’għandu jerġa jidħol fl-azjenda sa għall-inqas 21 jum wara t-tmiem ta’ l-operazzjonijiet ta’ diżinfezzjoni.

3.

L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 jistgħu jiġu ristretti għal partijiet ta’ intrapriżi li jiffurmaw unità epiżootjoloġika sakemm jeżistu garanziji meħtieġa biex jiġu evitata t-tixrid tal-marda fl-unitajiet mhux infettati fl-azjenda.

4.

Għandha tiġi implementata madwar epidemiji kkonfermati tal-marda, ż ona ta’ protezzjoni b’radjus minimu ta’ 3 km u ż ona ta’ sorveljanza b’radjus minimu ta’ 10 km. F’dawn iż-żoni għandhom ikunu fis-seħħ miżuri ta’ waqfien u ta’ movimenti kkontrollati sa mhux inqas minn 21 jum wara t-tmiem ta’ l-operazzjonijiet ta’ diżinfettazzjoni fuq l-azjenda infettata. Qabel jitneħħew il-miżuri f’dawn iż-żoni, l-awtoritajiet għandhom jagħmlu l-inkjesti meħtieġa u l-kampjunar ta’ l-azjendi tat-tjur biex jikkonfermaw li l-mard m’ għadux preż enti fir-reġjun ikkonċernat.

5.

L-operazzjonijiet imsemmija f’dan l-Anness għandhom jitwettqu minn jew taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji uffiċjali.

▼M1 —————

▼M2 —————

▼M1 —————



( 1 ) ĠU L 303, ta’ l-1.10.1990, p. 6.

( 2 ) ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

( 3 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35.

( 4 ) ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1.

( 5 ) ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 1.

( 6 ) ĠU L 260, tal-5.9.1992, p. 1.