|
25.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/18 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA TAL-EUROPOL
tad-9 ta’ April 2009
li taqbel mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol li jadattaw l-ammonti msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar it-taxxi li japplikaw għas-salarji u l-emolumenti mħallsa lill-membri tal-persunal tal-Europol għall-benefiċċju tal-Europol
(2009/346/KE)
IL-BORD TA’ TMEXXIJA TAL-EUROPOL,
Wara li kkunsidra l-Protokoll imfassal fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41(3) tal-Konvenzjoni tal-Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Europol, tal-membri tal-korpi tiegħu, tal-viċi diretturi u tal-impjegati tal-Europol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-6 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda li jadatta s-salarji u l-emolumenti għall-uffiċjali tal-Europol b’1,7 % b’effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2007. |
|
(2) |
Fid-9 ta’ April 2009, il-Bord ta’ Tmexxija ddeċieda li jżid l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tal-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tas-16 ta’ Novembru 1999 (2) bl-istess perċentwali u mill-istess data bħal dik stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009 imsemmija fil-punt 1. |
|
(3) |
B’konformità mal-istess Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tad-9 ta’ April 2009, l-ammonti b’hekk stabbiliti għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2007:
|
1. |
L-ammont imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 4 tal-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandu jinbidel f’EUR 115, 61. |
|
2. |
L-ammonti f’unitajiet ta’ euro tat-tabella inkluża fl-Artikolu 4 tal-Appendiċi tad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandhom jiġu sostiwiti b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ jum wara li tiġi adottata.
Magħmula fl-Aja, 9 ta’ April 2009.
Viktor ČECH
Chairman tal-Bord ta’ Tmexxija