31995R1516



Official Journal L 147 , 30/06/1995 P. 0049 - 0050


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/95

tad-29 ta' Ġunju 1995

li jemenda Regolament (KEE) Nru 1722/93 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 u (KEE) Nru 1418/76 dwar rifużjonijiet ta' produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u r-ross rispettivament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94, u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 1722/93 tat-30 ta' Ġunju 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KEE) Nru 1766/92 u (KEE) Nru 1418/76 li jikkonċernaw rifużjonijiet ta' produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u r-ross rispettivament [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3125/94 [5], għandu jiġi adattat biex jittieħed qies tas-sistema għal importazzjoni taċ-ċereali li tirriżulta mill-Ftehim fuq l-Agrikultura konkluż fil-qafas tar-Round ta l-Urugwaj tan-negozjati multilaterali tal-kummerċ; billi, sabiex jiġi vverifikat li l-valur tar-rifużjoni tal-produzzjoni hu korrett, prezzijiet tal-qamħirrum u/jew tal-qamħ u tax-xgħir fuq is-swieq dinji jew Komunitarji jridu jinżammu taħt osservazzjoni;

Billi l-miżuri pprovduti għalihom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Immaniġġjar għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1722/93 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(6) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"6. Lamti impurtati ġewwa l-Komunitá taħt skema ta' importazzjoni li twassal għal tnaqqis fid-dazju ta' l- importazzjoni ma jistgħux jibbenefikaw minn rifużjoni ta' produzzjoni.";

2. il-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 3 jiġu mibdula b'dan li ġej;

"2. Ir-rifużjoni għal kull tunnellata metrika ta' lamtu ta' qamħirrum, lamtu tal-qamħ, lamtu tal-patata, lamtu tar-ross jew lamtu tar-ross imkisser għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi, inter alia, tad-differenza bejn:

(i) il-prezz ta' l-intervent għaċ-ċereali għax-xhar inkwistjoni meta wieħed iqis id-differenzi fil-prezzijiet tas-suq għall-qamħirrum;

u

(ii) il-medju tal-prezzijiet rappreżentattivi fuq l-importazzjoni cif f'Rotterdam użati biex jiġi kkalkulat id-dazju ta' importazzjoni fuq il-qamħ tul il-ġimgħatejn preċedenti għax-xhar ta' applikazzjoni, multiplikat b'koeffiċjenti ta' 1,60.

3. Ir-rifużjoni għal kull tunnellata metrika ta' lamtu tax-xgħir jew ħafur għandu jiġi kkalkulat b'mod partikolari fuq il-bażi tad-differenza bejn:

(i) il-prezz ta' l-intervent għaċ-ċereali għax-xhar inkwistjoni meta wieħed iqis id-differenzi fil-prezzijiet tas-suq għax-xgħir;

u

(ii) il-medju tal-prezzijiet rappreżentattivi fuq l-importazzjoni cif f'Rotterdam użati biex jiġi kalkulat id-dazju ta' importazzjoni fuq ix-xgħir tul il-ġimgħatejn preċedenti għax-xahar ta' l-applikazzjoni, multiplikat b'koeffiċjenti ta' 2,7.";

3. L-Artikolu 12 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 12

Matul it-tliet xhur tat-tmiem ta' kull perijodu kif definit fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bit-tip, kwantitajiet u oriġini tal-lamtu (qamħirrum, qamħ, patata, xgħir, ħafur jew ross) li għalih ġew imħallsa rifużjonijiet u t-tip u l-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ġie użat il-lamtu."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jseħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[3] ĠU L 166. tal-25.6.1976, p. 1.

[4] ĠU L 159, ta' l-1.7.1993, p. 112.

[5] ĠU L 330, tal-21.12.1994, p. 39.

--------------------------------------------------