27.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 139/356


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/778

tas-16 ta' Mejju 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 fir-rigward tal-Ġestjoni tal-Kontroll tat-Tibdil

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeżiġi li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) trid tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (“TSI”) u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797, u tiżgura li t-TSI jiġu adattati għall-progress tekniku, ix-xejriet tas-suq u l-ħtiġijiet soċjali.

(2)

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (3) jeżiġi li trid tiġi emendata t-Taqsima 7.2 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 (4) (TSI tat-TAF) biex tispeċifika l-proċedura modifikata tal-kontroll tat-tibdil għat-TSI tat-TAF.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/796, twaqqaf grupp ta' ħidma biex jipproponi rakkomandazzjoni dwar tibdil fit-Taqsima 7.2 tat-TSI tat-TAF.

(4)

Fl-20 ta' April 2018, l-Aġenzija bagħtet rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tat-Taqsima 7.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014.

(5)

It-Taqsima 7.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 marbuta mat-TSI tat-TAF jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Jenħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tad-dokumenti tekniċi rilevanti msemmija fit-TSI tat-TAF.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit b'konformità mal-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-Taqsima 7.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 hija sostitwita bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Appendiċi I tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 (TSI tat-TAF) huwa sostitwit bit-test fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438).


ANNESS I

It-Taqsima 7.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 hija sostitwita b'dan li ġej:

“7.2.   Ġestjoni tat-Tibdil

7.2.1.   Proċess ta' Ġestjoni tat-Tibdil

Għandhom jitfasslu proċeduri tal-ġestjoni tat-tibdil biex ikun żgurat li l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tibdil jiġu analizzati kif xieraq u li t-tibdil jiġi implimentat b'mod ikkontrollat. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu definiti, jiddaħħlu fis-seħħ, appoġġati u ġestiti mill-Aġenzija, u għandhom jinkludu:

—

l-identifikazzjoni tar-restrizzjonijiet tekniċi li jirfdu t-tibdil,

—

dikjarazzjoni dwar min jerfa' r-responsabbiltà għall-proċeduri tal-implimentazzjoni tat-tibdil,

—

il-proċedura għall-validazzjoni tat-tibdil li jrid jiġi implimentat,

—

il-politika għall-ġestjoni tat-tibdil, ir-rilaxx, il-migrazzjoni u l-iskjerament,

—

id-definizzjoni tar-responsabbiltajiet għall-ġestjoni tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati u għall-assigurazzjoni tal-kwalità tagħha kif ukoll il-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tagħha.

Il-Bord għall-Kontroll tal-Bidla (CCB) għandu jkun magħmul mill-Aġenzija, korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju u l-Istati Membri. Affiljazzjoni tal-partijiet bħal din għandha tiżgura perspettiva fuq it-tibdil li jrid isir u valutazzjoni kumplessiva tal-implikazzjonijiet tiegħu. Fl-aħħar mill-aħħar is-CCB għandu jinġieb fil-patroċinju tal-Aġenzija.

7.2.2.   Proċess ta' Ġestjoni għal Tibdil Speċifiku għad-dokumenti elenkati fl-Appendiċi I ta' dan ir-Regolament

Il-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil għad-dokumenti elenkati fl-Appendiċi I ta' dan ir-Regolament għandha tiġi stabbilita mill-Aġenzija skont dawn il-kriterji li ġejjin:

1.

Ir-rikjesti għat-tibdil li jaffettaw id-dokumenti jitressqu mill-Istati Membri jew mill-korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju li jaġixxu fil-livell Ewropew kif definit fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jew permezz tal-Kumitat ta' Tmexxija tat-TSI tat-TAF.

2.

L-Aġenzija għandha tiġbor u taħżen ir-rikjesti għat-tibdil.

3.

L-Aġenzija għandha tippreżenta r-rikjesti għat-tibdil lill-grupp ta' ħidma apposta tal-ERA, u dan jevalwahom u jħejji proposta flimkien ma' evalwazzjoni ekonomika, meta xieraq.

4.

Imbagħad l-Aġenzija għandha tippreżenta kull rikjesta għat-tibdil u l-proposta assoċjata lill-Bord tal-Kontroll tat-Tibdil li min-naħa tiegħu jiddeċiedi jekk għandux jivvalida, ma jivvalidax, jew jipposponi r-rikjesta għat-tibdil.

5.

Jekk ir-rikjesta għat-tibdil ma tiġix ivvalidata, l-Aġenzija għandha tibgħat ir-raġuni għaċ-ċaħda lir-rikjedent jew titolbu informazzjoni addizzjonali dwar l-abbozz tar-rikjesta għat-tibdil.

6.

Jekk ir-rikjesta għat-tibdil tiġi vvalidata, id-dokument tekniku għandu jiġi emendat.

7.

Jekk ma jinstab l-ebda konsensus dwar il-validazzjoni ta' rikjesta għat-tibdil, l-Aġenzija għandha tippreżenta rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni biex taġġorna d-dokumenti elenkati fl-Appendiċi I flimkien mal-abbozz tal-verżjoni l-ġdida tad-dokument, ir-rikjesti għat-tibdil, u l-evalwazzjoni ekonomika tagħhom, u għandha tagħmel dawn id-dokumenti disponibbli fuq is-sit web tagħha.

8.

Il-verżjoni l-ġdida tad-dokument tekniku bir-rikjesti għat-tibdil ivvalidati għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha żżomm lill-Istati Membri infurmati permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE.

9.

Jekk rikjesta għat-tibdil tkun teħtieġ li jinbidel it-test legali tat-TSI tat-TAF, l-Aġenzija għandha tibgħat titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tistaqsi għal reviżjoni tat-TSI tat-TAF u/jew titlob l-opinjoni teknika tal-Aġenzija.

Meta l-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil ikun jaffettwa elementi użati b'mod komuni fit-TSI tat-TAP, it-tibdil għandu jsir b'tali mod li jibqa' konformi mat-TSI tat-TAP implimentata ħalli jinkisbu l-aqwa sinerġiji.


(*1)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).” ”


ANNESS II

L-Appendiċi I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 jinbidel b'dan li ġej:

“Appendiċi I

Lista tad-dokumenti tekniċi

Nru

Referenza

Titlu

1

ERA-TD-100

TSI tat-TAF — ANNESS A.5: ĊIFRI U GRAFIKA TAS-SEKWENZI TAL-MESSAĠĠI TAT-TSI TAT-TAF

2

ERA-TD-101

Anness D.2: Appendiċi A — Ippjanar ta' Vjaġġ bil-Vagun/Unitajiet ta' Tagħbija Intermodali

3

ERA-TD-102

Anness D.2: Appendiċi B — Operar ta' Vagun/Unità Intermodali

Bażi tad-data (WIMO)

4

ERA-TD-103

Anness D.2: Appendiċi C — Fajls ta' Referenza

5

ERA-TD-104

Anness D.2: Appendiċi E — Interfaċċja Komuni

6

ERA-TD-105

Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tal-Messaġġi u tad-Data tat-TSI tat-TAF

”