Official Journal L 307 , 17/11/1998 P. 0005 - 0005
Ir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2461/98 tat-12 ta' Novembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru. 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għall-gratifikazzjonijet għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjoni tagħhom IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal [1], Billi, wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru. 2458/98 tat-12 ta' Novembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-Regolamenti l-oħra applikabbli għalihom fir-rigward ta' l-istabbiliment ta' rimunerazzjoni, pensjonijiet u drittijiet oħra finanzjarji f'euro [2], ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru. 300/76 [3] għandu jiġi emendat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru. 300/76 it-terminu "franki Belġjani" għandu jiġi mibdul bit-terminu "euro" u l-ammonti murija f'franki Belġjani għandhom jiġu sostitwiti bl-ekwivalenti tagħhom f'unitajiet ta' euro bir-rata ta' kambju stabbilita mill-Kunsill. Għandhom jgħoddu r-regoli dwar l-arrotondjar ta' l-ammonti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1103/97 tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dħul ta' l-euro [4]. Artikolu 2 Fl-1 ta' Jannar 1999, skond dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha taffettwa l-konverżjoni għall-euro ta' l-ammonti espressi f'franki Belġjani fir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru. 300/76; dawn il-valuri għandhom ikunu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej f'Jannar 1999. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Novembru 1998. Għall-Kunsill Il-President E. Hostasch [1] ĠU C 192, tad-19.6.1998, p. 11. [2] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [3] ĠU L 38, tat-13.2.1976, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament, (Euratom, KEFA, KEE) Nru. 2258/90 (ĠU L 204, tat-2.8.1990. p. 1). [4] ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1. --------------------------------------------------