|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3931 |
18.6.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740, kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1731 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1725 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
(C/2024/3931)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 (2), kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1731 (3) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 (4), kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1725 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1 fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2024/1731, u r-Regolament (UE) 2015/735, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/1725.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 u fir-Regolament (UE) 2015/735.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' tinqasam skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta' aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta' rettifika jew ta' oġġezzjoni ser jiġi indirizzat f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew minn meta l-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 117, 8.5.2015, p. 52.
(3) ĠU L, 2024/1731, 18.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1731/oj.
(4) ĠU L 117, 8.5.2015, p. 13.
(5) ĠU L, 2024/1725, 18.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1725/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3931/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)