Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinkludi l-ittra tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Ottubru 2010, li permezz tagħha hija kkomunikat lir-rikorrenti r-rifjut tagħha li tkompli bl-eżami tal-ilment ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 intiż għall-ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 226 KE għal ksur, mir-Repubblika Franċiża, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178), u, konsegwentement, tal-Artikolu 86(1) KE permezz tal-għoti ta’ vantaġġ leġiżlattiv lil France Télécom.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent tar-Repubblika Franċiża u ta’ France Télécom.

3) Vivendi għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.