|
29.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Ġunju 2010
li tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni lejn l-infiq li sar fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue fi Spanja fl-2004 u fl-2005
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3804)
(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
(2010/418/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
It-tifqigħ tal-bluetongue seħħ fi Spanja fl-2004 u fl-2005. It-tifqigħa ta’ din il-marda ppreżentat riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Unjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/650/KE tat-13 ta’ Settembru 2005 dwar għajnuna finanzjarja tal-Komunità fil-qafas ta’ miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-bluetongue fi Spanja fl-2004 u fl-2005 (2) tat kontribut finanzjarju mill-Komunità lil Spanja għall-infiq li sar fil-miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue fl-2004 u 2005. |
|
(3) |
Dik id-Deċiżjoni stipulat l-ewwel ħlas ta’ EUR 2 500 000 suġġett għar-riżultati tal-ispezzjonijiet in situ tal-Kummissjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) ta’ dik id-deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni jrid jitħallas abbażi tal-applikazzjoni mressqa f’limitu ta’ 60 ġurnata wara d-Deċiżjoni. Spanja ressqet l-applikazzjoni fil-11 ta’ Novembru 2005. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2005/650/KE, il-bilanċ tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni issa għandu jiġi ffissat permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-Artikolu 40 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE. |
|
(6) |
Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2005/650/KE u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontributi finanzjarji tal-Unjoni wrew li l-ammont kollu tal-infiq mibgħut ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli. |
|
(7) |
L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lil Spanja f’ittra bid-data tal-1 ta’ Lulju 2009. |
|
(8) |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni lejn in-nefqa eliġibbli li saret għall-qerda u s-sorveljanza tal-marda tal-bluetongue fi Spanja fl-2004 u l-2005 issa għandu jiġi ffissat. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni lil Spanja
Il-kontribut finanzjarju totali tal-Komunità lejn in-nefqa li hija assoċjata mal-eradikazzjoni tal-marda tal-bluetongue fi Spanja fl-2004 u fl-2005 skont id-Deċiżjoni 2005/650/KE huwa ffissat għal EUR 2 850 183,00.
Artikolu 2
Arranġamenti għall-ħlas
Il-bilanċ tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni huwa ffissat għal EUR 350 183,00.
Artikolu 3
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni