17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/49


Notifka minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8495 — Cummins/Eaton Corporation/Eaton JV Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 194/10)

1.

Fid-9 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Cummins Inc. (“Cummins” tal-Istati Uniti tal-Amerka) u Eaton Corporation (“Eaton” tal-Irlanda) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ partijiet ta’ Eaton (“Eaton JV Business”), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Cummins: id-disinn, il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-manutenzjoni madwar id-dinja ta’ magni u prodotti relatati;

—   għal Eaton: il-provvista ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija għall-immaniġġar tal-enerġija elettrika, idrawlika u ekkanika, inklużi l-manifattura u l-bejgħ ta’ trasmissjonijiet awtomatiċi għall-vetturi kummerċjali;

—   għall-Eaton JV Business: il-provvista u l-iżvilupp ta’ trażmissjoni awtomatizzata għal vetturi kummerċjali tqal u medji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8495 — Cummins/Eaton Corporation/Eaton JV Business, fl-indirizz li jmiss:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.