Official Journal L 172 , 10/07/2003 P. 0004 - 0005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1224/2003 tad-9 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2176/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9(1) tiegħu, Billi: (1) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomeniklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ l-oġġetti referuti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 kien stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw wkoll għal xi nomeniklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa u ta’ miżuri oħrajn li jirrigwardjaw il-kummerċ f’oġġetti. (3) Permezz ta’ l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kklasifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet elenkati fil-kolonna 3. (4) Huwa xieraq li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ l-oġġetti fin-Nomeniklatura Maghquda u li ma tkunx skond dan ir-Regolament, tista tibqa tkun invokata mid-detentur, permezz ta’ l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Komuni Doganali [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], għal perijodu ta’ tlett xhur. (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwardom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganli, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklasifikati fin-Nomeniklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li ma hix konformi dan ir-Regolament tista tibqa li tkun invokata permezz ta’ l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta’ tlett xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Lulju 2003. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 331, tas-7.12.2002, p. 3. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17. -------------------------------------------------- ANNEX Description of the goods | Classification CN code | Reasons | (1) | (2) | (3) | 1.Non-alcoholic beverage consisting of carbonated water, sucrose, glucose, citric acid, taurine (0,4 %), glucuronolactone (0,24 %), caffeine (0,03 %), inositol, vitamins, flavours and colours. It is presented as an energy drink in cans holding 250 ml. | 22021000 | Classification is determined by general rules 1 and 6 for the interpretation of the Combined Nomenclature, note 3 to Chapter 22, additional note 1 to Chapter 22 and by the wording of CN codes 2202 and 22021000. The fact that the product contains, inter alia, taurine, caffeine and vitamins does not exclude it from subheading 22021000 (see the harmonised system explanatory note to heading 2202, part (A), item (2), and the Combined Nomenclature explanatory note to CN code 22021000). | 2.Non-cellular plastic film of a total thickness of approximately 0,011 mm consisting of a film of poly(ethylene terephthalate) (PET), metallised on one side with aluminium which is subsequently coated with a layer of alkylated melamine resin (lacquer).The predominant plastic is poly(ethylene terephthalate). The layer of metal is applied by vacuum deposition and the metallised film transmits light. The film can be used in the production of rescue blankets. | 39206219 | Classification is determined by the provisions of general rules 1 and 6 for the interpretation of the Combined Nomenclature, and by the wording of CN codes 3920, 392062 and 39206219. The metallised plastic film can not be regarded as a product of heading 3921 since the metal layer applied by vacuum deposition is not to be considered as a reinforcement of the plastic film (see also the harmonised system explanatory note to heading 3920). | --------------------------------------------------