Official Journal L 379 , 31/12/1990 P. 0024 - 0024
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3941/90 tad-19 ta' Diċembru 1990 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija dwar sajd fil-limiti tat-Tanzanija IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Komunità u r-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija nnegozjaw u inizzjaw Ftehim dwar is-sajd li jipprovdi opportunitajiet ta' sajd għal sajjieda tal-Komunità f'ibħra li fuqhom it-Tanzanija għandha sovranità jew ġurisdizzjoni; Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dan il-Ftehim, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija dwar sajd fil-limiti tat-Tanzanija qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat biex jinnomina l-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmaw il-ftehim li jorbot lill-Komunità. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1990. Għall-Kunsill Il-President C. Vizzini [1] Opinjoni maħruġa fl-14 ta' Diċembru 1990 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). --------------------------------------------------