22002D0063



Official Journal L 238 , 05/09/2002 P. 0032 - 0033


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 63/2002

tal-31 ta' Mejju 2002

li temenda l-Anness XXI (Statistika) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 45/2002 tad-19 ta' April 2002 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2163/2001 tas-7 ta' Novembru 2001 li jikkonċerna l-arranġamenti tekniċi għat-trasmissjoni tad-datagħall-istatistika dwar il-ġarr ta' oġġetti tit-triq [2],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7d (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/35/KE) ta' l-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim:

"7e. 32001 R 2163: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2163/2001 tas-7 ta' Novembru 2001 li jikkonċerna l-arranġamenti tekniċi għat-trasmissjoni tad-datagħall-istatistika dwar il-ġarr ta' oġġetti bit-triq (ĠU L 291, tat-8.11.2001, p. 13)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2163/2001 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002, kemm-il darba npnotifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Mejju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 154, tat-13.6.2002, p. 32.

[2] ĠU L 291, tat-8.11.2001, p. 13.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------