Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L‑Ewwel Awla) (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”), tad-29 ta’ Settembru 2009, Thomas Sales Europe vs Il‑Kummissjoni (Kawżi magħquda T‑225/07 u T‑364/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05, tas-7 ta’ Mejju 2007, li tindika lill-awtoritajiet Franċiżi li ma kienx iġġustifikat li tingħata maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni fuq ir-riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja kkonċernati mit-talba tagħhom tal-14 ta’ Settembru 2005, kif ukoll l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal‑20 ta’ Lulju 2007, li ma tikkonfermax il-kisba tal-benefiċċju tan-nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-imsemmija riċevituri - Proċedura relatata mat-talba għal maħfra ta’ dazji mitluba abbażi tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali kif ukoll dik relatata man-nuqqas ta’ rkupru a posteriori tal-imsemmija dazji abbażi tal-Artikolu 220(2)(b) tal-imsemmi kodiċi - Nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża - Żball ta’ kwalifikazzjoni legali tal-fatti.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Thomson Sales Europe hija kkundannata għall-ispejjeż.