|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1861 |
1.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2024/1861
tat-28 ta’ Ġunju 2024
li teleġġi l-President tal-Kunsill Ewropew
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Novembru 2024, il-mandat tal-President attwali tal-Kunsill Ewropew, is-Sur Charles MICHEL, ser jintemm. |
|
(2) |
Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi elett President ġdid tal-Kunsill Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur António COSTA huwa b’dan elett President tal-Kunsill Ewropew għall-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2024 sal-31 ta’ Mejju 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
C. MICHEL
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1861/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)