27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/32


DEĊIŻJONI (UE) 2020/1100 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Lulju 2020

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/32 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2020/33)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2013/38) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38) jipprovdi li jistgħu jingħataw derogi mir-rekwiżiti dwar ir-rappurtar statistiku lill-fondi ta’ investiment (IFs) li jkunu suġġetti għal regoli ta’ kontabbiltà nazzjonali li jippermettu l-valutazzjoni tal-assi tagħhom b’mod inqas frekwenti minn kull trimestru. Jipprovdi wkoll li l-kategoriji IF li lilhom il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ikollhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi, għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill Governattiv. Il-lista ta’ dawk il-kategoriji IF tinsab f’Deċiżjoni adottata mill-Kunsill Governattiv.

(2)

Waqt ir-reviżjoni stipulata mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/32 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/62) (2), il-Kunsill Governattiv iddetermina li huwa neċessarju li jiġu inklużi iktar kategoriji ta’ fondi ta’ investiment li għalihom jistgħu jingħataw derogi skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38) lill-Awstrija, il-Latvja, il-Litwanja u il-Portugall, li jitneħħew kategoriji ta’ fondi ta’ investiment li m’għadhomx japplikaw għal Franza, u li jsiru emendi minuri li jirriżultaw minn tibdiliet għal ċerti atti legali nazzjonali.

(3)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Anness għad-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Lulju 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)   ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73.

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Diċembru 2014 dwar derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2013/38) (BĊE/2014/62) (ĠU L 5, 9.1.2015, p. 17).


ANNESS

L-Anness tad-Deċizjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

KATEGORIJI TA’ FONDI TA’ INVESTIMENT LI GĦALIHOM JISTGĦU JINGĦATAW DEROGI SKONT L-ARTIKOLU 8(2) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38)

Stat Membru

Isem tal-kategorija tal-IF

Att legali fir-rigward tal-kategorija

Att legali li jiddetermina l-frekwenza tal-valutazzjoni

Frekwenza tal-valutazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Titolu tal-att legali

Numru/data tal-att legali

Dispożizzjonijiet rilevanti

Titolu tal-att legali

Numru/data tal-att legali

Dispożizzjonijiet rilevanti

L-Awstrija

Alternative Investmentfonds

(Fondi ta’ investiment alternattiv għal investituri professjonali)

Alternative Investmentfonds Manager-Gesetz – AIFMG 2013

(Liġi dwar kumpaniji ta’ ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment alternattiv)

BGBl. I Nr. 135/2013

AIFMG 2013 § 2

u mhux

soġġett għal AIFMG § 48

Alternative Investmentfonds Manager-Gesetz – AIFMG 2013

(Liġi dwar kumpaniji ta’ ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment alternattiv)

BGBl. I Nr. 135/2013

AIFMG 2013 §17 (3)

Annwali

L-Awstrija

Immobilienfonds

(Fondi ta’ investiment fi proprjetà immobbli)

Immobilien-Investmentfondsgesetz – ImmoInvFG 2003

(liġi dwar fondi ta’ investiment fi proprjetà immobbli)

BGBl. I Nr. 80/2003

ImmoInvFG 2003 § 1

Immobilien-Investmentfondsgesetz – ImmoInvFG 2003

(liġi dwar fondi ta’ investiment fi proprjetà immobbli)

BGBl. I Nr. 80/2003

ImmoInvFG 2003 § 29 (2)

Annwali

Franza

Fonds commun de placement à risque

(Fondi komuni ta’ kapital ta’ riskju)

Code monétaire et financier

(Kodiċi monetarju u finanzjarju)

 

Kapitolu IV, Taqsima 2, Paragrafu 2.

L214-28

sa

L214-32

Règlement général de l’Autorité des Marchés Financiers

(Regolament Ġenerali tal-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji)

 

Ktieb IV,

Titolu II,

Artikolu 422-120-13

Darbtejn fis-sena

L-Italja

Fondi chiusi

(Fondi magħluqa)

Decreto legislativo – Testo unico delle disposizioni in materia di intermediazione finanziaria

(Digriet leġiżlattiv – id-dispożizzjonijiet kollha fil-qasam tal-intermedjazzjoni finanzjarja)

Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998

Parti I, Artikolu 1

Parti II, Artikoli 36, 37 u 39

Provvedimento della Banca d’Italia – Regolamento sulla gestione collettiva del risparmio

(Att tal-Banca d’Italia – Regolament dwar l-immaniġġjar kollettiv tat-tfaddil)

fit-23 ta’ Diċembru 2016.

Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima II, paragrafu 4-6

Annwali

Decreto ministeriale –

Regolamento attuativo dell’articolo 37 del Decreto legislativo di 24 febbraio 1998, nr. 58

(Digriet ministerjali

– Regolament li jimplimenta l-Artikolu 37 tad-digriet leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998)

Nru 228 tal-24 ta’ Mejju 1999

Kapitolu II, Artikolu 12

Il-Latvja

Alternatīvo ieguldījumu fondi

(Fondi ta’ Investiment Alternattiv)

Alternatīvo ieguldījumu fondu un to pārvaldnieku likums

(Liġi dwar Fondi ta’ Investiment Alternattiv u l-Maniġers Tagħhom)

Liġi tad-9 ta’ Lulju 2013

Kapitolu III Parti 6 ta’ Sezzjoni 27

Alternatīvo ieguldījumu fondu un to pārvaldnieku likums

(Liġi dwar Fondi ta’ Investiment Alternattiv u l-Maniġers Tagħhom)

Liġi tad-9 ta’ Lulju 2013

Kapitolu III Parti 6 ta’ Sezzjoni 27

Annwali

Il-Litwanja

Informuotiesiems investuotojams skirti kolektyvinio investavimo subjektai

(Impriżi ta’ investiment kollettiv intiż għal investituri infurmati)

Informuotiesiems investuotojams skirtų kolektyvinio investavimo subjektų įstatymas

(Liġi dwar Impriżi ta’ Investiment Kollettiv Intiżi għal Investituri Informati)

Nru XII-376 tat-18 ta’ Ġunju 2013

(Emendat l-aħħar fit-12 ta’ Diċembru 2019)

Artikolu 2(5)

Informuotiesiems investuotojams skirtų kolektyvinio investavimo subjektų įstatymas

(Liġi dwar Impriżi ta’ Investiment Kollettiv Intiżi għal Investituri Informati)

Nru XII-376 tat-18 ta’ Ġunju 2013

(Emendat l-aħħar fit-12 ta’ Diċembru 2019)

Artikolu 42(2)

Darbtejn fis-sena/annwali

Il-Litwanja

Alternatyvieji kolektyvinio investavimo subjektai

(Impriżi ta’ investiment kollettiv alternattivi)

Alternatyviųjų kolektyvinio investavimo subjektų valdytojų įstatymas

(Liġi dwar Maniġers ta’ Impriżi ta’ Investiment Kollettiv Alternattivi)

Nru. XII-1467 tat-18 ta’ Diċembru 2014

(Emendat l-aħħar fit-12 ta’ Diċembru 2019)

Artikolu 3(13)

Alternatyviųjų kolektyvinio investavimo subjektų valdytojų įstatymas

(Liġi dwar Maniġers ta’ Impriżi ta’ Investiment Kollettiv Alternattivi)

Nru. XII-1467 tat-18 ta’ Diċembru 2014

(Emendat l-aħħar fit-12 ta’ Diċembru 2019)

Artikolu 16(1)

Darbtejn fis-sena/annwali

Il-Portugall

Fundos de capital de risco

(Ekwità privata u Fondi ta’ kapital ta’ riskju)

LEI

(Liġi)

Nru 18/2015 tal-4 ta’ Marzu 2015

Artikolu 1 u 3

Regulamento da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários

(Regolament tal-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli)

Instrução da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários

(Linja gwida dwar il-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli)

Nru 3/2015 tat-3 ta’ Novembru 2015

Nru 7/2016 tad-29 ta’ Novembru 2016

Artikoli 2 and 15§1

Regola 2

Darbtejn fis-sena

Il-Portugall

Fundos de empreendedorismo social

(Fondi ta’ intraprenditorija soċjali)

Organismos de investimento alternativo especializado

(Fondi ta’ Investiment Alternattiv Speċjalizzati)

LEI

(Liġi)

Nru 18/2015 tal-4 ta’ Marzu 2015

Artikolu 1 u 4

Artikolu 1 u 5

Regulamento da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários

(Regolament tal-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli)

Nru 3/2015 tat-3 ta’ Novembru 2015

Artikoli 2 and 15 §2

Annwali

”