European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4230

29.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12002 – BCI / PSP / MONTEREY MUSHROOMS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4230)

1.   

Fit-22 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada),

—

Paine Schwartz Food Chain Fund VI GP, L.P., ikkontrollat minn Paine Schwartz Partners, LLC (“PSP”) (it-tnejn li huma mill-Istati Uniti),

—

Monterey Mushrooms Holdings, LLC, (“Monterey Mushrooms” jew “JV”) (l-Istati Uniti).

BCI u PSP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Monterey Mushrooms.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

BCI hija aġent tal-Gvern tal-British Columbia li f’isem il-klijenti tas-settur pubbliku, tinvesti f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi, inkluż introjtu fiss, ekwitajiet pubbliċi, ekwità privata, infrastruttura, riżorsi rinnovabbli, proprjetà immobbli u ipoteki kummerċjali,

—

PSP hija kumpanija ta’ ekwità privata ffukata fuq l-akkwiżizzjoni maġġoritarja mill-maniġment u l-investimenti kapitali għat-tkabbir li timmaniġġja l-investimenti f’isem istituzzjonijiet u investituri finanzjarji globali ewlenin b’enfasi fuq l-industriji tal-ikel u tan-negozju agrikolu,

—

Monterey Mushrooms hija attiva (i) fit-tkabbir u fil-provvista ta’ faqqiegħ frisk fl-Amerka ta’ Fuq u għandha (ii) diviżjoni bijoteknoloġika involuta fir-R u Ż u fil-produzzjoni ta’ varjetajiet ta’ żergħa bajda tal-fungi li tinbiegħ lill-komposters jew lill-kultivaturi tal-faqqiegħ frisk globalment, operata mis-sussidjarji tagħha Amycel LLC (“Amycel”) u Spawn Mate LLC. Fiż-ŻEE, JV hija attiva biss permezz tad-diviżjoni bijoteknoloġika li hija operata minn Amycel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12002 — BCI / PSP / MONTEREY MUSHROOMS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4230/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)