|
8.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/20
tal-5 ta' Jannar 2015
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||
|
Apparat elettroniku (imsejjaħ “media server”) li jikkonsisti f'memorja flash interna ta' 2 TB, diska riġida li tesa' 4 TB u proċessur MPEG għal għadd ta' formati vidjo, stampa jew awdjo. L-apparat huwa mgħammar, fost l-oħrajn, bl-interfaċċi li ġejjin:
L-apparat juża l-formati tal-midja li ġejjin:
L-apparat kapaċi jipprovdi sa 2 500 stream b'veloċità ta' 3,75 Mbps. L-apparat jużawh fornituri tat-televiżjoni bil-kejbil jew bl-Internet għad-distribuzzjoni lill-konsumaturi ta' prodotti multimedjali mitluba. Il-prodotti multimedjali, bħas-sekwenzi vidjo, l-istampi, id-dejta u l-ħoss jiġu skambjati (riċevuti u trażmessi) fost is-servers medjali, installati fi ħdan in-netwerk tal-fornituri. L-apparat jirreġistra l-kontenut riċevut u jittrażmettih meta dan jintalab permezz ta' streaming OTT (teknoloġija over-the-top) lejn it-terminals tal-klijenti, pereżempju, is-settijiet tat-televiżjoni, il-magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta, il-konsols tal-logħob jew it-telefons ċellulari. |
8525 60 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8525 u 8525 60 00 . L-apparat huwa mfassal biex iwettaq żewġ funzjonijiet alternattivi jew aktar (telekomunikazzjoni tal-intestatura 8517 , reġistrazzjoni jew riproduzzjoni tal-vidjo tal-intestatura 8521 u trażmissjoni tal-intestatura 8525 ). Mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-funzjoni prinċipali tal-apparat fi ħdan it-tifsira tan-nota 3 tat-Taqsima XVI peress li kull funzjoni għandha l-istess importanza għall-użu tal-apparat. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni trid issir taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar f'ordni numerika fost dawk li jistħoqqilhom jiġu kkunsidrati bl-istess mod. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 8517 jew 8521 hija eskluża. Peress li l-apparat mhux biss huwa jista' jittrażmetti, iżda wkoll jirċievi fin-netwerk tal-fornituri, kontenut vidjo (sinjali tat-televiżjoni) minn servers oħra tal-midja, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8525 50 00 hija eskluża. Għaldaqstant l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8525 60 00 bħala apparat għat-trażmissjoni li jinkorpora apparat għar-riċeviment. |