<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑326/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0326</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:782">EU:C:2015:782</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20151126">26.11.2015</DATE> – KAWŻA C‑326/14</P><P>VEREIN FÜR KONSUMENTENINFORMATION</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/22/KE</KEYWORD><KEYWORD>Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-utenti</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-abbonati li jirtiraw mill-kuntratt tagħhom mingħajr penali</KEYWORD><KEYWORD>Modifika fit-tariffi li tirriżulta mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Żieda fit-tariffa fil-każ ta’ żieda fil-prezz għall-konsumatur</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑326/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (qorti suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140428">28 ta’ April 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140707">7 ta’ Lulju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Verein für Konsumenteninformation</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">A1 Telekom Austria AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur), A. Prechal u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20150430">30 ta’ April 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Verein für Konsumenteninformation, minn S. Langer, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal A1 Telekom Austria AG, minn M. Hasberger, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J. Van Holm u M. Jacobs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u L. Nicolae, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU L 337, p. 11</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 2002/22<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Verein für Konsumenteninformation (Assoċjazzjoni għall-informazzjoni tal-konsumaturi, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u A1 Telekom Austria AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>A1 Telekom Austria<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar l-użu minn din tal-aħħar ta’ klawżoli allegatament illegali fil-kuntratti li hija kkonkludiet mal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva Nru 2002/22</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 30 u 49 tad-Direttiva Nru 2002/22 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(30)</NO.P><TXT>Il-kuntratti huma għodda mportanti għall-utenti u l-konsumaturi biex jiġi assigurat livell minimu ta’ trasparenza ta’ informazzjoni u sigurtà legali. [...] Speċifikament, il-konsumaturi għandhom igawdu minn livell minimu ta’ ċertezza legali fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom mal-fornitur dirett tagħhom ta’ servizz tat-telefon, sabiex it-termini kuntrattwali, il-kondizzjonijiet, il-kwalità tas-servizz, il-kondizzjoni għat-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizz, il-miżuri ta’ kumpens u r-riżoluzzjoni ta’ disputi jiġu speċifikati fil-kuntratti tagħhom. [...] Il-miżuri biex jassiguraw it-trasparenza tal-prezzijiet, it-tariffi, it-termini u l-kondizzjonijiet jkabbru l-kapaċità tal-konsumaturi li jottimizzaw l-għażliet tagħhom u b’hekk jibbenefikaw bis-sħiħ mill-kompetizzjoni.</TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[...]</P><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(49)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tipprovdi għall-elementi tal-protezzjoni tal-konsumatur, inklużi kondizzjonijiet kuntrattwali ċari u riżoluzzjoni ta’ disputi, u trasparenza tariffarja għall-konsumaturi. [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fil-Kapitolu I ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kamp ta’ applikazzjoni, miri u tifsir<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, hemm l-Artikolu 1, li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-ambitu tal-qafas tad-Direttiva 2002/21/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE> dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta’ servizzi u komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva Qafas) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="108" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2002">ĠU L 108, p. 33</REF.DOC.OJ>)], din id-Direttiva tikkonċerna l-fornimet ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika lil utenti finali. L-għan huwa li tiġi żgurata d-disponibilità mal-Komunità kollha ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ kwalità tajba permezz ta’ kompetizzjoni effettiva u għażla u biex tittratta ċ-ċirkostanzi li fihom il-ħtiġijiet tal-utenti finali ma jkunux sodisfatti b’mod sodisfaċjenti mis-suq. Din id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tagħmir terminali fil-postijiet fejn joperaw l-konsumaturi. Din id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar ċerti aspetti ta’ tagħmir ta’ terminal, inklużi dispożizzjonijiet maħsuba biex jiġi faċilitat aċċess għal utenti b’diżabbiltà.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi d-drittijiet tal-utenti finali u l-obbligi korrispondenti li jaqgħu fuq l-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli. Fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ forniment ta’ servizz universali fl-ambjent ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, din id-Direttiva tiddefinixxi s-sett minimu ta’ servizzi ta’ kwalità speċifikata li għaliha l-utenti kollha għandhom aċċess bi prezz li jista’ jintlaħaq fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, mingħajr distorzjoni tal-kompetizzjoni. [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Interessi u drittijiet ta’ l-utenti finali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jinkludi b’mod partikolari l-Artikolu 20 ta’ din, li jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jabbonaw għal servizzi li jipprovdu konnessjoni lil network ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli, konsumaturi, u utenti oħra aħħarin li hekk jitolbu, għandhom dritt għal kuntratt ma’ impriża jew impriżi li jipprovdu tali konnessjoni u/jew servizzi. Tali kuntratt għandu mill-anqas jispeċifika f’forma ċara, komprensiva u ħafifa u aċċessibbli:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>dettalji tal-prezzijiet u t-tariffi, inkluż il-mezzi li bihom tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet tal-manutenzjoni kollha applikabbli, metodi ta’ pagament offruti u kwalunkwe differenzi fl-ispejjeż dovuti minħabba l-metodu tal-pagament;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati jkollhom id-dritt li jirtiraw il-kuntratti tagħhom mingħajr penali ma’ avviż ta’ modifiki għad-detriment tal-abbonat fil-kondizzjonijiet kuntrattwali proposti mill-impriżi li jipprovdu networks u/jew is-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. L-abbonati għandhom jingħataw avviż adegwat, mhux anqas minn xahar, bil-quddiem ta’ modifikazzjonijiet bħal dawk u għandhom ikunu nfurmati fl-istess waqt bid-dritt tagħhom li jirtiraw, mingħajr penalità mill-kuntratti tagħhom, jekk ma jaċċettawx il-kondizzjonijiet il-ġodda. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jispeċifikaw tali notifiki.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 21(1) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, adegwata u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe ħlasijiet minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt u informazzjoni dwar termini u kondizzjonijiet standard fir-rigward tal-aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom pprovduti minnhom lill-utenti finali u lill-konsumaturi skont l-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali rigward il-forma li fiha tali informazzjoni għandha tiġi pubblikata.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-liġi dwar it-telekomunikazzjoni tal-2003 (Telekommunikationsgesetz 2003), BGBl. I Nru 70/2003, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>liġi dwar it-telekomunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjoni għandhom jadottaw kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li jiddeskrivu wkoll s-servizzi offruti, u li jiddeterminaw ir-regoli tat-tariffi f’dan ir-rigward. Il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u r-regoli tat-tariffi għandhom jiġu notifikati lill-awtorità regolatorja qabel il-bidu tal-provvista tas-servizz u ppubblikati b’mod xieraq.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-modifiki fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u r-regoli tat-tariffi għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità regolatorja u ppubblikati b’mod xieraq qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. Perijodu ta’ xahrejn min-notifika u l-pubblikazzjoni japplika għall-modifiki li ma jibbenefikawx esklużivament lill-abbonat. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur [...] u l-Kodiċi Ċivili.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontenut essenzjali tal-modifiki li ma jibbenefikawx esklużivament lill-abbonat għandu jiġu kkomunikati lilu bil-miktub, pereżempju permezz tal-intermedjarju ta’ dikjarazzjoni fuq fattura imħejjija perjodikament, mill-inqas xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-modifiki. L-abbonat għandu, fl-istess ħin, jiġi informat bid-data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki u tal-fatt li jista’ jxolji l-kuntratt, mingħajr spejjeż, sa din id-data [...] Il-modifiki tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u tal-kundizzjonijiet tariffarji tal-operaturi tan-netwerks jew tas-servizzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biss bħala riżultat tar-regolament adottat mill-awtorità regolatorja fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni u li ma jibbenefikawx esklużivament lill-utenti ma jippermettux lill-abbonat li jxolji l-kuntratt mingħajr spejjeż.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kundizzjonijiet tariffarji għandhom isemmu tal-inqas:</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-mezzi kif tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ispejjeż għall-manutenzjoni applikabbli kollha;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-liġi federali dwar l-istatistika tal-2000 (Bundesstatistikgesetz 2000), (BGBI. I, Nru 163/1999) tipprevedi li l-Istitut Awstrijak tal-istatistika (Statistik Österreich) huwa responsabbli, b’mod partikolari, biex jistabbilixxi l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Assoċjazzjoni għandha s-setgħa, skont il-leġiżlazzjoni Awstrijaka, li tintroduċi azzjonijiet intiżi sabiex iwaqqfu l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li jmorru kontra l-projbizzjonijiet legali jew il-moralità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>A1 Telekom Austria, li tipprovdi servizzi ta’ telekomunikazzjoni fl-Awstrija, tapplika, fir-relazzjonijiet tagħha mal-konsumaturi, kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Dawn il-kundizzjonijiet jipprevedu b’mod partikolari li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[j]ekk kien hemm qbil dwar indiċi fid-dispożizzjonijiet tariffarji jew fil-ftehim individwali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>A1 [Telekom Austria] hija intitolata li żżid it-tariffi għas-sena kalendarja li jmiss skont iż-żieda annwali fl-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u hija, fl-istess ħin, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>meħtieġa li tgħaddi t-tnaqqis f’[dan] l-indiċi u li tnaqqas it-tariffi skont dan it-tnaqqis. A1 [Telekom Austria] għandha tinforma lill-klijenti b’dawn l-aġġustamenti bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Dejjem skont l-imsemmija kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[j]ekk [...] il-modifiki ma jibbenefikawx esklużivament lill-klijent, A1 [Telekom Austria] għandha tippublika [...] dawn il-modifiki – sa fejn dawn ma japplikawx biss għall-klijenti futuri – xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. Il-kontenut essenzjali [...] tal-modifiki li ma jibbenefikawx esklużivament lill-klijent [...] [huwa] ikkomunikat [...] lill-klijent bil-miktub, pereżempju permezz tal-intermedjarju ta’ dikjarazzjoni fuq il-fattura, għall-inqas xahar qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. Il-komunikazzjoni dwar il-kontenut essenzjali tal-modifika għandha tinkludi riferiment għad-dritt ta’ xoljiment bla spejjeż u għal perijodu ta’ xoljiment<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-istess kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ jistipulaw li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[I]l-modifiki tariffarji li jirriżultaw minn indiċjar konvenzjonali ma jiftħux id-dritt għal xoljiment straordinarju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Assoċjazzjoni adixxiet lill-Handelsgericht Wien (qorti tal-kummerċ ta’ Vjenna) b’talba għall-waqfien tal-użu, minn A1 Telekom Austria, tal-klawżoli msemmija iktar ’il fuq fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-assoċjazzjoni, iż-żieda fit-tariffi minn A1 Telekom Austria hija legali biss jekk il-konsumaturi jingħataw, f’din l-okkażjoni, dritt għal xoljiment straordinarju tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li l-Handelsgericht Wien laqgħet, permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, it-talba tal-Assoċjazzjoni, A1 Telekom Austria ippreżentat appell minn din is-sentenza quddiem l-Oberlandesgericht Wien (qorti reġjonali superjuri ta’ Vjenna).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, l-Oberlandesgericht Wien parzjalment irriformat l-imsemmija sentenza. L-Assoċjazzjoni u A1 Telekom Austria ippreżentaw kull waħda appell għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> kontra s-sentenza tal-Oberlandesgericht Wien quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li qieset li s-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali tiddependi mill-interpretazzjoni tad-Direttiva Nru 2002/22, l-Oberster Gerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Id-dritt previst għall-abbonati fl-Artikolu [20](2) tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali li jirtiraw mill-kuntratt tagħhom mingħajr penali <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ma’ avviż ta’ modifiki għad-detriment tal-abbonat fil-kondizzjonijiet kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> huwa previst ukoll fil-każ li jkun hemm aġġustament tat-tariffi fuq il-bażi ta’ dawn il-kundizzjonijiet kuntrattwali li, fil-mument li fih kien ġie konkluż il-kuntratt, kienu diġà jipprevedu l-possibbiltà li jiġi introdott aġġustament tat-tariffi (żieda/tnaqqis) fuq il-bażi ta’ bidliet f’indiċi oġġettiv dwar il-prezzijiet għall-konsumaturi li jirrifletti bidliet fil-valur tal-flus?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva Nru 2002/22 għandux jiġi interpretat fis-sens li modifika tat-tariffi ta’ provvista ta’ servizzi relatati ma’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li sseħħ bl-applikazzjoni ta’ klawżola ta’ aġġustament tariffarju inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ applikati minn impriża li tipprovdi dawn is-servizzi, meta din il-klawżola tipprevedi li tali aġġustament huwa bbażat fuq indiċi tal-prezzijiet għall-konsumaturi oġġettiv stabbilit minn istituzzjoni pubblika, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>modifika għall-kundizzjonijiet kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li tagħti lill-abbonat id-dritt li jittermina l-kuntratt tiegħu mingħajr penalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li d-Direttiva Nru 2002/22 hija intiża sabiex toħloq qafas regolatorju armonizzat li, fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jiżgura l-provvista ta’ servizz universali, jiġifieri sett minimu ta’ servizzi partikolari lill-utenti finali kollha bi prezz li jista’ jintlaħaq. Skont l-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva, wieħed mill-għanijiet tagħha huwa li tiġi żgurata d-disponibbiltà, mal-Unjoni Ewropea kollha, ta’ servizzi ta’ kwalità tajba aċċessibbli għall-pubbliku bis-saħħa ta’ kompetizzjoni u għażla effettivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tad-Direttiva Nru 2002/22 huma intiżi sabiex jipproteġu l-interessi u d-drittijiet tal-utenti finali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreċiża, fil-premessa 30 ta’ din id-direttiva, li l-kuntratt għal servizzi relatati mal-konnessjoni ma’ netwerk ta’ komunikazzjoni pubblika jew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi aċċessibbli għall-pubbliku huwa għodda importanti f’idejn l-utenti u l-konsumaturi biex jiġi żgurat livell minimu ta’ trasparenza ta’ informazzjoni u ċertezza legali. Fil-premessa 49 tal-istess direttiva, isir riferiment ukoll għat-trasparenza tariffarja għall-konsumaturi. Huwa f’dan il-kuntest li l-Artikolu 20(1)(d) tal-imsemmija direttiva jipprevedi li dan il-kuntratt jippreċiża, b’mod ċar, dettaljat u faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari d-dettalji tal-prezzijiet u tat-tariffi applikati u l-mezzi li bihom informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ispejjeż tal-manutenzjoni kollha applikabbli jistgħu jinkisbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva Nru 2002/22, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, adegwata u aġġornata dwar b’mod partikolari l-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe ħlasijiet minħabba x-xoljiment ta’ kuntratt u informazzjoni dwar termini u kundizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom pprovduti mill-impriżi msemmija lill-utenti finali u lill-konsumaturi u l-użu ta’ dawn is-servizzi. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, iddettaljata u li tkun faċilment aċċessibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(2) ta’ din id-direttiva, jobbliga wkoll lill-Istati Membri li jiżguraw li l-abbonati jkollhom id-dritt li jitterminaw il-kuntratt tagħhom mingħajr penali, jekk jiġu avżati b’modifiki magħmula fil-kundizzjonijiet kuntrattwali proposti mill-impriża li tipprovdi servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati għandhom jingħataw avviż adegwat, mhux inqas minn xahar bil-quddiem, ta’ modifiki bħal dawk u għandhom ikunu informati fl-istess waqt bid-dritt tagħhom li jirtiraw, mingħajr penalità mill-kuntratti tagħhom, jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlatur tal-Unjoni rrikonoxxa li l-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jista’ jkollhom interess leġittimu li jimmodifikaw il-prezzijiet u t-tariffi tas-servizzi tagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>RWE Vertrieb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:180">EU:C:2013:180</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, u kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju u d-domanda magħmula, il-klawżola kkontestata inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ A1 Telekom Austria tipprevedi aġġustament tat-tariffi skont indiċi annwali oġġettiv tal-prezzijiet għall-konsumaturi stabbilit minn istituzzjoni pubblika, jiġifieri l-Uffiċċju tal-Istatistika Awstrijak.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-aġġustament tat-tariffi minbarra li huwa kuntrattwalment stabbilit, peress li huwa bbażat fuq metodu ta’ indiċi ċar, preċiż u aċċessibbli għall-pubbliku, li jirriżulta minn deċiżjonijiet u mekkaniżmi fi ħdan l-isfera pubblika, ma jistax iqiegħed l-utenti finali f’sitwazzjoni kuntrattwali differenti minn dik li tirriżulta mill-kuntratt li l-kontenut tiegħu huwa ddeterminat mill-kundizzjonijiet ġenerali li jkun fihom il-klawżola inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, meta ssir modifika fit-tariffi b’dan il-mod, din ma tistax tiġi kkwalifikata bħala modifika magħmula lill-kundizzjonijiet kuntrattwali fis-sens tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva Nru 2002/22.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva Nru 2002/22 għandu jiġi interpretat fis-sens li modifika tat-tariffi ta’ provvista ta’ servizzi relatati ma’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li sseħħ b’applikazzjoni ta’ klawżola ta’ aġġustament tariffarju inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ applikati minn impriża li tipprovdi dawn is-servizzi, din il-klawżola li tipprovdi għal dan l-aġġustament<?PAGE NO="7"?> tkun ibbażata fuq indiċi oġġettiv tal-prezzijiet għall-konsumaturi stabbilit minn istituzzjoni pubblika, ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>modifika magħmula lill-kondizzjonijiet kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li tagħti lill-abbonat id-dritt li jittermina l-kuntratt tiegħu mingħajr penalità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li modifika tat-tariffi ta’ provvista ta’ servizzi relatati ma’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li sseħħ b’applikazzjoni ta’ klawżola ta’ aġġustament tariffarju inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ applikati minn impriża li tipprovdi dawn is-servizzi, din il-klawżola li tipprovdi għal dan l-aġġustament tkun ibbażata fuq indiċi oġġettiv tal-prezzijiet għall-konsumaturi stabbilit minn istituzzjoni pubblika, ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>modifika magħmula lill-kondizzjonijiet kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li tagħti lill-abbonat id-dritt li jittermina l-kuntratt tiegħu mingħajr penalità.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>