|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2125 |
4.4.2025 |
Informazzjoni għall-korpi tal-pensjonijiet attivi fil-qasam tat-tfaddil għall-pensjoni (“it-tielet pilastru”) – Sejħa għal espressjoni ta’ interess
(C/2025/2125)
Il-korpi pubbliċi u privati kollha li joffru servizzi ta’ pensjoni supplimentari fuq il-bażi ta’ kontribuzzjonijiet volontarji huma mfakkra dwar l-opportunità prevista fl-Artikolu 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea adottati mill-Kunsill fit-22 ta’ Marzu 2004 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15–62).
Fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE, il-koordinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni hija bbażata fuq il-prinċipju tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni.
L-Artikolu 11(1) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jippermetti li dawn id-drittijiet jiġu ttrasferiti għas-sistema/i tal-pensjonijiet li fiha/fihom huma affiljati l-ex aġenti minħabba l-attivitajiet professjonali l-ġodda li jibdew fi tmiem is-servizz tagħhom mal-istituzzjonijiet jew mal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Dan it-trasferiment għal skema tal-pensjoni skont l-1 u t-2 pilastru huwa soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli.
L-aġenti li jitilqu mis-servizz tal-Unjoni Ewropea għandhom ukoll il-possibbiltà, f’konformità mal-Artikolu 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jitolbu trasferiment tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni lejn skema ta’ assigurazzjoni privata jew fond tal-pensjoni.
Dan it-trasferiment lejn assigurazzjoni privata jew fond tal-pensjoni huwa soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE u b’mod partikolari għall-erba’ kundizzjonijiet (i sa iv) elenkati fl-Artikolu 12(1)(b) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal:
|
(i) |
il-kapital ma jitħallasx lura; |
|
(ii) |
dħul kull xahar jitħallas (*) mill-inqas mill-età ta’ 60 sena, u mhux aktar tard mill-età ta’ 66 sena; |
|
(iii) |
ikunu inklużi dispożizzjonijiet għar-riverżjoni jew għall-pensjoni tas-superstiti (**); |
|
(iv) |
it-trasferiment għal kumpanija oħra tal-assigurazzjoni jew għal fond ieħor ikun awtorizzat biss jekk tali fond ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet preskritti fil-punti (i), (ii), u (iii). |
(*) tul tal-ħajja (1) (**) mhux 0 % (2)
Peress li huwa regolament, il-kundizzjonijiet fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE huma vinkolanti u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni nazzjonali. Mhuwiex possibbli li ssir deroga minnu.
Sabiex ikun aktar faċli għall-ex aġenti tal-UE li jsibu korp li jirċievi d-drittijiet għall-pensjoni miksuba matul is-servizz tagħhom fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni nediet sejħa għal espressjonijiet ta’ interess fl-2008. Abbażi ta’ din is-sejħa, lista ta’ korpi tal-pensjonijiet li esprimew l-interess tagħhom li joffru lil dawn l-ex aġenti kuntratti ta’ tfaddil għall-pensjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-aġenti li kienu esprimew l-interess tagħhom li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni miksuba skont l-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tixtieq taġġorna din il-lista billi żżid ma’ dawk diġà inklużi fil-lista lil dawk il-korpi tal-pensjonijiet attivi fis-suq li jkunu interessati li joffru kuntratti ta’ tfaddil għall-pensjoni lill-ex aġenti tal-UE li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq.
Il-korpi tal-pensjonijiet li jixtiequ jkunu fuq il-lista huma mitluba jippreżentaw fajl lill-Kummissjoni Ewropea. Il-fajl se jinkludi:
|
— |
Dikjarazzjoni uffiċjali li tiċċertifika li l-korp tal-pensjoni jieħu l-impenn, minn naħa waħda, li jissodisfa l-erba’ kundizzjonijiet (i) sa (iv) stabbiliti fl-Artikolu 12(1)(b) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-ammonti kollha li jirrappreżentaw id-drittijiet għall-pensjoni li huma ttrasferiti f’dan il-kuntest u, min-naħa l-oħra, li jiffaċilita l-eżekuzzjoni tad-dritt ta’ kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward; |
|
— |
Kopja tal-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza finanzjarja li taħtha jaqa’ l-korp tal-pensjoni; |
|
— |
Kopja tal-kuntratt standard użat għat-tħejjija tal-kuntratti individwali speċifikament maħsuba għall-ġestjoni fit-tul tal-ammonti ttrasferiti skont l-Artikolu 12(1)(b) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE, li tindika l-klawżoli li jikkonfermaw l-issodisfar tal-erba’ kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12.1(b) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
Deskrizzjoni ċara tal-kundizzjonijiet possibbli li japplikaw għar-residenza tal-ex aġent (għad-dipendenti/werrieta tiegħu. jekk ikun hemm) li jkunu validi fi żmien is-sottoskrizzjoni u/jew fi żmien it-tranżazzjonijiet ta’ likwidazzjoni. |
Il-fajl għandu jintbagħat f’forma elettronika (dokumenti skennjati li ma jaqbżux 1 MB) fl-indirizz li ġej:
PMO-TFTOUT-ALLDEP-DEMANDES@ec.europa.eu
Kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali għandha tintbagħat fl-istess indirizz.
Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li timmonitorja l-issodisfar tal-erba’ kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin billi titlob dokumenti rilevanti (pereż. prova ta’ pagamenti ta’ kull xahar) mill-benefiċjarji ta’ kuntratti ffirmati jew mill-fondi tal-pensjoni.
Anness: kopja tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) Vitalizju.
(2) Pensjoni tas-superstiti ta’ 0 % li fir-rigward tagħha l-persuni intitolati ma jirċievu l-ebda benefiċċju ma tissodisfax il-kundizzjoni (iii).
ANNESS
Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea
Article 11
1. Uffiċjal li jitlaq mis-servizz tal-Unjoni biex:
|
— |
jidħol fis-servizz ta’ amministrazzjoni tal-gvern jew organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali li kkonkludiet ftehim mal-Unjoni; |
|
— |
biex isegwi attività f’kapaċità ta’ impjegat jew għal rasu, li bis-saħħa tagħha jakkwista d-drittijiet għall-pensjoni taħt skema li l-korpi amministrattivi tagħha kkonkludew ftehim mal-Unjoni; |
għandu jkun intitolat li jkollu l-ekwivalenza attwarjali tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar aġġornati sad-data attwali tat-trasferiment tiegħu fl-Unjoni ttrasferiti għal ġol-fond tal-pensjoni ta’ dik l-organizzazzjoni jew għal ġol-fond tal-pensjoni li fiha jakkwista d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar bis-saħħa tal-attività segwita bħala persuna impjegata jew għal rasu.
2. Uffiċjal li jidħol fis-servizz tal-Unjoni wara:
|
— |
li jitlaq mis-servizz ta’ amministrazzjoni tal-gvern jew ta’ organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali; jew |
|
— |
li jsegwi attività f’kapaċità ta’ impjegat jew ta’ għal rasu; |
għandu jkun intitolat, wara li jkun stabbilit iżda qabel ma jsir eliġibbli għall-pagament ta’ pensjoni tal-irtirar fis-sens tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, li ħallas lill-Unjoni l-valur kapitali, aġġornat sad-data tat-trasferimenti attwali, tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati bis-saħħa tat-tali servizzi jew attivitajiet.
Fit-tali każ l-awtorità tal-ħatra tal-istituzzjoni li l-uffiċjal iservi fiha, wara li tikkunsidra s-salarju bażiku ta’ l-uffiċjal, l-età, u r-rata tal-kambju fid-data tal-applikazzjoni tat-trasferiment, għandha tistabbilixxi permezz tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-implimentazzjoni n-numru ta’ snin tas-servizz pensjonabbli li bih huwa jkun ikkreditat taħt l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni dwar il-perjodu ta’ qabel tas-servizz, fuq il-bażi tal-kapital ittrasferit, wara li jitnaqqas ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għat-trasferiment u d-data attwali tat-trasferiment.
L-uffiċjali jistgħu jagħmlu użu minn dan l-arranġament darba biss għal kull Stat Membru u fond tal-pensjoni kkonċernati.
3. Il-paragrafu 2 għandu wkoll japplika għal uffiċjal li jerġa’ jkun stabbilit wara perjodu ta’ sekondar taħt l-Artikolu 37(1)(b), it-tieni inċiż tar-Regolamenti tal-Persunal u għal uffiċjal li jerġa’ jkun stabbilit wara li jiskadi perjodu ta’ liv fuq raġunijiet personali previst fl-Artikolu 40 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Article 12
1. Uffiċjal li jkollu anqas mill-età pensjonabbli u li s-servizz tiegħu jintemm b’mod ieħor għajr bil-mewt jew bl-invalidità u li ma jkunx intitolat għal pensjoni immedjata jew differita tal-irtirar, ikun intitolat hekk kif jitlaq mis-servizz:
|
a) |
meta jkun ħadem anqas minn servizz ta’ sena waħda u ma jkunx għamel użu mill-arranġament ikkontemplat fl-Artikolu 11(2), għal pagament ta’ għotja tal-firda li tkun daqs tliet darbiet l-ammont miżmum mis-salarju bażiku tiegħu dwar il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tiegħu, wara t-tnaqqis ta’ xi ammonti mħallsa skont l-Artikoli 42 u 112 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra; |
|
(b) |
f’każijiet oħra, għall-benefiċċji li hemm dispost dwarhom fl-Artikolu 11(1) jew għall-pagament tal-ekwivalenza attwarjali ta’ tali benefiċċji lil kumpanija privata tal-assigurazzjoni, jew il-fond tal-pensjoni tal-għażla tiegħu, bil-kondizzjoni li dik it-tali kumpanija jew fond jiggarantixxu li:
|
2. Bħala deroga mill-paragrafu 1(b), l-uffiċjali li ma jkollhomx l-età pensjonabbli u li, wara li jkunu bdew id-dmirijiet tagħhom, sabiex ikunu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet għall-pensjoni, ikunu kkontribwew fi skema nazzjonali tal-pensjoni, skema privata tal-assigurazzjoni, jew fond tal-pensjoni tal-għażla tagħhom, li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 1, u li s-servizz tagħhom ikun intemm minħabba f’raġunijiet li ma jkunux il-mewt jew l-invalidità, mingħajr ma jikkwalifikaw għal pensjoni immedjata jew differita tal-irtirar, ikunu intitolati, malli jitilqu mis-servizz, għal għotja tal-firda li tkun daqs il-valur attwarjali tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni li jkunu akkwistaw matul is-servizz fl-istituzzjonijiet. F’dawk il-każijiet, il-pagamenti li jkunu saru sabiex ikunu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni skont skema nazzjonali tal-pensjoni, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 42 jew tal-Artikolu 112 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra, jitnaqqsu mill-għotja tal-firda.
3. Fejn is-servizz ta’ uffiċjal jintemm billi jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu, l-għotja tal-firda li għandha titħallas jew, skont xi jkun il-każ, l-ekwivalenza attwarjali li għandha tkun ittrasferita, għandha tkun stabbilita b’riferenza għad-deċiżjoni li ttieħdet skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-Anness IX.
(1) Vitalizju.
(2) Pensjoni tas-superstiti ta’ 0 % li fir-rigward tagħha l-persuni intitolati ma jirċievu l-ebda benefiċċju ma tissodisfax il-kundizzjoni (iii).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2125/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)