|
27.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 317/24 |
DEĊIŻJONI ATALANTA/1/2008 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ
tat-18 ta' Novembru 2008
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, prevenzjoni u trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2008/888/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu Nru 6 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Taħt l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-Unjoni Ewropea rrakkomanda li jinħatar il-Komodor Antonios PAPAIOANNOU bħala Kmandant ġdid tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja. |
|
(3) |
Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa din ir-rakkomandazzjoni. |
|
(4) |
Konformement mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Komodor Antonios PAPAIOANNOU huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, prevenzjoni u trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fit-18 ta’ Novembru 2008.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. ROGER