<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑251/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0251</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:346">EU:C:2015:346</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C‑251/14</P><P>BALÁZS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑251/14</P><P>György Balázs</P><P>vs</P><P>Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 98/70/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet kwalitattivi addizzjonali ta’ standard tekniku</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 98/34/KE</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-ispeċifikazzjonijiet differenti dwar il-karburanti min-naħa tal-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu s-suq intern. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva dwar il-karburanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19981013">13 ta’ Ottubru 1998</DATE>, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 182), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jadatta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE id-dispożizzjonijiet dwar kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha stabbiliti fi strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 447).</P></NOTE> hija intiża sabiex telimina ċerti ostakoli kummerċjali fil-qasam tal-karburanti permezz tal-iffissar ta’ speċifikazzjonijiet. Anki l-politika Ewropea dwar l-istandardizzazzjoni, kif hija segwita mill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni rikonoxxuti mill-Unjoni, bħala prinċipju għandha tiffaċilita l-kummerċ ħieles ta’ oġġetti u servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara l-Linji Gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn is-CEN, is-CENELEC u l-ETSI u l-Kummissjoni Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles, tat-<DATE ISO="20030328">28 ta’ Marzu 2003</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="091" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2003">ĠU C 91, p. 7</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Standard dwar il-karburanti tad-diżil, adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>CEN<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) jinkludi, lil hinn mir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-karburanti, speċifikazzjoni dwar il-punt ta’ fjammabbiltà tal-karburant tad-diżil. L-Ungerija ttrasferiet dan l-istandard tas-CEN għal standard nazzjonali li huwa applikabbli b’mod volontarju. Huwa biss meta dispożizzjoni Ungeriża tirreferi għal dan tal-aħħar li l-ispeċifikazzjoni tal-punt ta’ fjammabbiltà għall-bejgħ tad-diżil minn pompi tal-petrol issir vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-proċedura preżenti, għalhekk, qabelxejn titqajjem id-domanda dwar jekk in-natura vinkolanti ta’ tali speċifikazzjoni hijiex kompatibbli mad-Direttiva dwar il-karburanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar ir-rekwiżiti tad-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19980622">22 ta’ Ġunju 1998</DATE>, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-moviment liberu ta’ merkanzija, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="709" DATE.PUB="2006">ĠU L 352M, p. 709</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> fir-rigward ta’ dispożizzjoni nazzjonali, li tiddikjara bħala vinkolanti l-ispeċifikazzjonijiet inklużi fi standard.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar il-karburanti</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva dwar il-karburanti huwa deskritt fil-premessa 1 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Billi d-differenzi bejn il-liġijiet jew il-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri fuq speċifikazzjonijiet ta’ karburanti konvenzjonali u alternattivi użati minn vetturi mgħammra b’magni b positive ignition u li jaqbdu bil-kompressjoni joħolqu xkiel għall-kummerċ fil-Komunità u jistgħu b’hekk jaffettwaw direttament l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u l-kompettitività internazzjonali ta’ l-industriji Ewropej tal-vetturi u tar-raffinar; billi skont id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3b tat-Trattat, jidher għalhekk meħtieġ li jkunu approssimati l-liġijiet f’dan il-qasam.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessa 2 taqra:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Billi l-Artikolu 100a(3) tat-Trattat jaħseb biex proposti tal-Kummissjoni mmirati għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u li jikkonċcernaw, inter alia, is-saħħa u l-protezzjoni ta’ l-ambjent ser jieħdu bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-premessa 20 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Billi, sabiex titħares saħħet il-bniedem u/jew l-ambjent f’agglomerazzjonijiet speċifiċi jew f’żoni ekoloġikament sensittivi speċifiċi bi problemi speċjali ta’ kwalità ta’ l-arja, l-Istati Membri għandhom jitħallew, bla ħsara għall-proċedura stabbilita f’din id-Direttiva, jeħtieġu li karburanti jistgħu jkunu kkummerċjalizzati biss jekk jaqblu ma’ speċifikazzjonijiet ambjentali aktar stretti minn dawk stipulati fid-Direttiva […] [din il-proċedura tiddevja mill-proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni li kienet stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE.]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar il-karburanti jirregola l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għal raġunijiet ta’ saħħa u ambjent għal karburanti li jintużaw għall-vetturi mgħammra b’magni b positive ignition u magni li jaqbdu bil-kompressjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-kwalità tal-karburant tad-diżil hija rregolata fl-Artikolu 4(1)(e) tad-Direttiva dwar il-karburanti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-Istati Membri għandhom jiżguraw […] illi l-karburant tad-diżil jista’ jitqiegħed is-suq fit-territorju tagħhom biss jekk jikkonforma ta’ l-ispe1ifikazzonijiet ambjentali ddikjarati fl-Anness IV għajr għall-kontenut tal-kubrit li għandu jkun ta’ massimu ta’ 10 mg/kg.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti jipprovdi għall-kummerċ ħieles tal-karburanti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi, jirrestrinġi jew jipprevieni t-tqiegħid fis-suq ta’ karburanti li jaqblu mal-ħtiġiet [rekwiżiti] ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-karburanti jippermetti lill-Istati Membri li, suġġetti għal prerekwiżiti partikolari, jadottaw speċifikazzjonijiet relatati mal-ambjent iktar stretti minn dawk stipulati f’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Anness IV tad-Direttiva dwar il-karburanti jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-ambjent għal karburanti disponibbli kummerċjalment għall-użu fil-vetturi mgħammra b’magni tal-qbid bil-kompressjoni. Huma stabbiliti valuri limitu għall-parametri li ġejjin: in-numru taċ-ċetan, id-densità f’temperatura ta’ 15 °C, id-distillazzjoni, l-idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi u l-kontenut tal-kubrit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar il-karburanti ġiet emendata bid-Direttiva 2009/30/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="140" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="2009">ĠU L 140, p. 88</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Direttiva 2009/30<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Din id-direttiva emendatorja, skont l-Artikolu 5 tagħha, daħlet fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali, jiġifieri fil-<DATE ISO="20090625">25 ta’ Ġunju 2009</DATE>, u, skont l-Artikolu 4 tagħha, kellha tiġi implementata sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Din ma għandhiex tapplika fil-kawża preżenti, li toriġina minn kontroll fil-qasam tad-dazju tas-sisa tal-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, billi l-Ungerija ttrasponiet għall-ewwel darba d-Direttiva dwar il-karburanti b’liġijiet adottati fis-snin 2010 u 2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara l-lista ta’ dispożizzjonijiet Ungeriżi għall-implementazzjoni ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Madankollu, għandha tiġi enfasizzata l-premessa 31 tad-Direttiva 2009/30, billi din tirreferi għall-istandard CEN EN 590 li huwa kkonċernat f’din il-proċedura:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ikun xieraq li jiġi adattat l-Anness IV għad-Direttiva 98/70/KE biex ikun possibbli t-tqegħid fis-suq ta’ karburanti tad-diżil b’kontenut ogħla ta’ bijokarburant (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>B7<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>) minn dak previst fl-istandard EN 590:2004 (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>B5<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>). Dan l-istandard għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ u għandu jistabbilixxi limiti għall-parametri tekniċi mhux inklużi f’dak l-Anness, bħall-istabbiltà tal-ossidazzjoni, il-flash point, ir-residwu tal-karbonju, il-kontenut tal-irmied, il-kontenut tal-ilma, il-kontaminazzjoni totali, il-korrużjoni tal-istrixxa tar-ram, il-lubriċità, il-viskożità kinematika, il-punt ta’ dardir, il-punt fejn jitwaħħal il-filtru kiesaħ, il-kontenut ta’ fosfru, l-indiċi tal-aċidu, il-perossidi, il-varjazzjoni fl-indiċi tal-aċidi, it-tniġġis tal-injettur u ż-żieda ta’ addittivi għall-istabbiltà.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/34</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont id-Direttiva 98/34, l-Istati Membri jridu jikkonsultaw mal-Kummissjoni qabel jadottaw regoli partikolari li jistgħu jirrestrinġu s-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 jinkludi d-definizzjonijiet essenzjali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, speċifikazzjoni li tinsab f’dokument li jistabbilixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott bħalma huma l-livelli ta’ kwalità, ir-riżultat tal-ħidma, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, inklużi l-ħtiġiet li japplikaw għall-prodott rigward l-isem li bih il-prodott jinbiegħ, it-terminoloġija, is-simboli, l-eżaminazzjoni u l-metodi ta’ l-eżaminazzjoni, l-imballaġġ, l-immarkar jew l-ittikkettjar u l-proċeduri ta’ stima tal-konformità. […]</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>: speċifikazzjoni teknika approvata minn korp rikonoxxut ta’ l-istandardizzazzjoni għal applikazzjoni mtennija jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda minn dawn li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>[…];</P></ITEM><ITEM><P>standard Ewropew: standard adottat minn organizzazzjoni Ewropea ta’ l-istandardizzazzjoni u magħmul disponbbli għall-pubbliku,</P></ITEM><ITEM><P>standard nazzjonali: standard adottat minn organizzazzjoni nazzjonali ta’ l-istandardizzazzjoni u magħmul disponbbli għall-pubbliku;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, speċifikazzjonijiet tekniċi u ħtiġiet [rekwiżiti] oħra jew regoli dwar servizzi, inklużi d-dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti, li l-osservanza tagħhom hija obbligatorja, de jure jew de facto, fil-każ tat-tqegħid fis-suq, il-forniment ta’ servizz, l-istabbiliment ta’ operatur tas-servizz jew l-użu fi Stat Membru jew f’parti l-kbira minnu, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri […] li jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott, jew li jipprojbixxu l-forniment jew l-użu ta’ servizz, jew l-istabbiliment ta’ fornitur tas-servizz.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA><P>Ir-regolamenti tekniċi de facto jinkludu:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ Stat Membru li jirreferu jew għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi [...] li l-ħarsien tagħhom jagħti preżunzjoni ta’ konformità ma’ l-obbligi imposti mil-liġijiet, mir-regolamenti jew mid-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija iktar ’il fuq,</P></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Standards Ewropej</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Is-CEN hija rikonoxxuta mill-Unjoni u mill-EFTA bħala organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-Linji Gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn is-CEN, is-CENELEC u l-ETSI u l-Kummissjoni Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles, iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, u l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2012">ĠU L 316, p. 12</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Fl-1993, hija adottat għall-ewwel darba standard għall-karburanti tad-diżil Ewropej (EN 590:1993), li kien jipprevedi għal punt ta’ fjammabbiltà ammissibbli minimu ta’ 55 °C u kien stabbilit ukoll b’mod korrispondenti fl-istandards li ssostitwixxewh EN 590:1999, EN 590:2004, EN 590:2009 u EN 590:2013.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Digriet Ministerjali dwar ir-rekwiżiti ta’ kwalità għal karburanti tat-trasport</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Id-Digriet Ministerjali 20/2008 tal-Ministeru għat-Trasport, it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija, tat-<DATE ISO="20080822">22 ta’ Awwissu 2008</DATE>, dwar ir-rekwiżiti ta’ kwalità għall-karburanti tat-trasport (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Digriet Ministerjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), jimplementa d-Direttiva 2003/17/KE li temenda d-Direttiva dwar il-karburanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20030303">3 ta’ Marzu 2003</DATE>, li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 160).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Direttiva 2003/17<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) b’konformità mal-Artikolu 9(1)(C) tiegħu. Derogi mid-Direttiva ma humiex evidenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Att dwar l-istandardizzazzjoni nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Att XXVIII tal-1995 dwar l-Istandardizzazzjoni Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Att dwar l-Istandardizzazzjoni Nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) jirregola n-natura vinkolanti ta’ standard nazzjonali kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni ta’ standard nazzjonali hija volontarja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Regola tad-dritt b’kontenut tekniku tista’ tirreferi għal standard nazzjonali, li l-applikazzjoni tiegħu għandha titqies b’tali mod li anki r-rekwiżiti rilevanti tar-regola tad-dritt inkwistjoni jiġu ssodisfatti.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Att dwar id-dazju tas-sisa</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-punt 13 tal-Artikolu 110 tal-Att Nru CXXVII tal-2003 dwar id-dazju tas-sisa ta’ monopolju u r-regoli speċjali dwar id-distribuzzjoni ta’ oġġetti ta’ monopolju (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Att dwar id-dazju tas-sisa<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) jirregola, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-bejgħ tal-bijodiżil:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[…] Mit-tank tal-ħżin ta’ pompi oħrajn [mhux minn pompi għall-provvista tal-ajruplani] jistgħu jinbiegħu biss żejt tal-gass bil-kodiċi tariffarju 2710 19 41, żejt tat-tisħin bil-kodiċi tariffarju 2710 19 41 u 2710 19 45, li jikkorrispondu mal-istandard Ungeriż fis-seħħ […], u addizzjonalment […] bijodiżil u E85 xieraq li jikkorrispondu mal-istandard Ungeriż fis-seħħ, u esklużivament permezz ta’ pompa tal-fjuwil. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u t-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, l-awtorità amministrattiva tal-ewwel istanza wettqet kontroll tad-dazju tas-sisa fuq l-istokk tal-karburant tad-diżil ta’ György Balázs.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Waqt l-analiżi ta’ kampjun estratt ġie kkonstatat li l-punt ta’ fjammabbiltà tal-karburant tad-diżil ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-istandard Ungeriż MSZ EN 590:2009. Fil-fatt, huwa kien 44 °C minflok 55 °C kif previst<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Id-deċiżjoni tar-rinviju tindika, probabbilment minħabba żball fit-tajping, li l-istandard jipprevedi punt ta’ fjammabbiltà ta’ 53 °C.</P></NOTE>. Fil-jum tal-kontroll fiskali, dan l-istandard ma kienx disponibbli bil-lingwa Ungeriża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju Reġjonali ta’ Kiskörös tad-Direttorat tal-Finanzi għall-Amministrazzjoni tad-Dazji u t-Taxxi għall-kontea ta’ Bács-Kiskun, fil-<DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, ikkonstata li György Balázs kiser l-Att dwar id-dazju tas-sisa u kkundannah għall-pagament ta’ multa fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">4418080</FT> kif ukoll ta’ dazji tas-sisa fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">883616</FT> u miżati tal-evalwaturi fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">58900</FT>. Id-Direttorat tal-Finanzi Reġjonali ta’ Del-Alföld tal-Amministrazzjoni tat-Taxxi u Doganali kkonferma din id-deċiżjoni fit-<DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>György Balázs qiegħed jikkontesta din id-deċiżjoni quddiem il-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (tribunal għall-kawżi amministrattivi u tax-xogħol ta’ Kecskemét, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>qorti tar-rinviju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>). F’din il-proċedura, il-qorti tar-rinviju tagħmel id-domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 4(1) u 5 tad-Direttiva 98/70/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19981013">13 ta’ Ottubru 1998</DATE>, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minbarra l-kundizzjonijiet kwalitattivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottati abbażi ta’ din id-direttiva, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax timponi fuq id-distributuri tal-karburanti, kundizzjonijiet kwalitattivi addizzjonali għal dawk previsti mid-direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-punti 6 u 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19980622">22 ta’ Ġunju 1998</DATE>, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, għandhom jiġi interpretati fis-sens li, jekk regolament tekniku (f’dan il-każ, Digriet Ministerjali adottat skont awtorizzazzjoni leġiżlattiva) jkun fis-seħħ, l-applikazzjoni ta’ standard nazzjonali stabbilit fl-istess qasam tista’ tkun biss volontarja, jiġifieri li l-liġi ma tistax timponi l-applikazzjoni obbligatorja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-kriterju tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-istandard nazzjonali skont il-punt 6 [tal-Artikolu 1] tad-Direttiva 98/34, huwa ssodisfatt minn regola li, fil-mument li, skont l-awtoritajiet, kellha tiġi applikata, ma kinitx disponibbli bil-lingwa nazzjonali?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>G. Balasz, ir-Repubblika Ellenika, l-Ungerija u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub. Fis-seduta tat-<DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, barra minn hekk, ipparteċipa d-Direttorat tal-Finanzi Reġjonali ta’ Del-Alföld, filwaqt li G. Balasz u l-Greċja kienu assenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fis-seduta, id-Direttorat tal-Finanzi Reġjonali sostna li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju ma għandhom l-ebda rabta ma’ din il-kawża. Bid-deċiżjoni li qiegħda tiġi kkontestata ntalbu biss dazji tas-sisa mhux imħallsin. Ma ġiex issanzjonat ksur tal-ispeċifikazzjonijiet għall-karburanti tad-diżil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Jekk id-Direttorat tal-Finanzi Reġjonali b’dan irid juri li t-talba għal deċiżjoni preliminari ma hijiex rilevanti għad-deċiżjoni u għalhekk hija inammissibbli, kontra dan l-argument għandu jingħad li, fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-rilevanza tad-deċiżjoni, il-qorti tar-rinviju tgawdi minn prerogattiva evalwattiva li, bħala regola ġenerali, ma tiġix mistħarrġa mill-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm ma jkunx hemm żball manifest<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Križan <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑416/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:8">EU:C:2013:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Quelle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑404/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:231">EU:C:2008:231</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Id-Direttorat tal-Finanzi Reġjonali, madankollu, fuq talba kkonċeda li r-riżultati tal-eżaminazzjoni dwar il-punt ta’ fjammabbiltà ntużaw sabiex jiġi kkonstatat li G. Balasz iddistribwixxa karburant li huwa suġġett għal taxxa ogħla mill-karburant tad-diżil intaxxat. Konsegwentement, ir-rekwiżiti fir-rigward tal-punt ta’ fjammabbiltà xorta waħda huma ta’ sinjifikat għad-distribuzzjoni tal-karburant ikkonċernat. Għal din ir-raġuni, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, anki fid-dawl tal-argument tad-Direttorat tal-Finanzi Reġjonali, diġà ma humiex evidentement mingħajr importanza għad-deċiżjoni tal-kawża pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandha tingħata risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda — rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-karburanti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk l-Istati Membri, minbarra r-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-karburanti, jistgħux jistabbilixxu kundizzjonijiet kwalitattivi addizzjonali sabiex jitqiegħdu fis-suq il-karburanti tad-diżil.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq id-deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti, l-Istati Membri la jistgħu jipprojbixxu, la jirrestrinġu u lanqas jipprevjenu t-tqegħid fis-suq ta’ karburanti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju tal-fehma tal-Ungerija u tal-Greċja, għalhekk, ma humiex stabbiliti biss rekwiżiti minimi. Għall-kuntrarju, wieħed għandu jaqbel mal-Kummissjoni li — bla ħsara għall-klawżola ta’ salvagwardja tal-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-karburanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, dwar dan, il-punti 36 u 45 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> — hija ddikjarata projbizzjoni tal-ħolqien ta’ ostakoli għad-dħul fis-suq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgische Petroleum Unie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:44">EU:C:2013:44</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar il-karburanti ma tirriżultax biss mill-kliem tagħha, iżda hija wkoll f’konformità mal-bażi legali tagħha u mal-għan apparenti tagħha li jirriżulta mill-premessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar il-karburanti, fil-fatt, oriġinarjament kienet adottata fuq il-bażi tal-kompetenza fil-qasam tas-suq intern tal-Artikolu 100A tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (iktar tard l-Artikolu 95 KE, illum l-Artikolu 114 TFUE). Anki l-emendi li sarulha sal-mument tal-kawża prinċipali, b’mod partikolari permezz tad-Direttiva 2003/17, seħħew fuq il-bażi tal-kompetenza fil-qasam tas-suq intern tal-Artikolu 95 KE. Fil-verżjonijiet kollha, din il-kompetenza tippermetti l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri. Għaldaqstant, il-premessa 1 tad-Direttiva dwar il-karburanti tistabbilixxi bħala l-għan tagħha l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, jiġifieri l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe differenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva dwar il-karburanti, li jingħelbu ostakoli kummerċjali, ma jistax jintlaħaq jekk l-Istati Membri jkunu liberi li jestendu r-rekwiżiti dwar il-karburanti li huma previsti fiha. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-karburanti, għalhekk, ma għandhomx ikunu interpretati bħala dispożizzjonijiet minimi, iżda bħala regoli eżawrjenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka</NAME.CASE> (<NO.CASE>278/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:439">EU:C:1987:439</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cindu Chemicals <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑281/03 u C‑282/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:549">EU:C:2005:549</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Ir-relazzjoni bejn ir-regola ta’ projbizzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti u l-klawżola ta’ salvagwardja tal-Artikolu 6, li diġà hija prevista fil-kompetenza fil-qasam tas-suq intern, illum l-Artikolu 114(10) TFUE, issostni din l-interpretazzjoni: l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-karburanti jippermetti lill-Istati Membri, taħt kundizzjonijiet iddefiniti b’mod strett u bla ħsara għal<?PAGE NO="8"?> proċedura ta’ investigazzjoni Ewropea, jadottaw speċifikazzjonijiet iktar stretti b’rabta mal-ambjent. Dan huwa kkorroborat mill-ġdid permezz tal-premessa 20 tad-Direttiva dwar il-karburanti, li tispeċifika li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistipulaw biss bla ħsara għal proċedura stabbilita f’din id-direttiva, illi l-karburanti jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu jikkonformaw ma’ speċifikazzjonijiet ambjentali iktar stretti minn dawk stabbiliti b’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Dawn il-kundizzjonijiet stretti ta’ deroga mid-Direttiva dwar il-karburanti huma neċessarji biss, għaliex fil-fatt hija ma tistabbilixxix rekwiżiti minimi, iżda bħala prinċipju hija eżawrjenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑52/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:252">EU:C:2002:252</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑154/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:254">EU:C:2002:254</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>González Sánchez</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑183/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:255">EU:C:2002:255</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Finalment, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Awtorità Reġjonali tal-Finanzi, ma hemm l-ebda raġuni biex bejjiegħa bl-imnut bħal G. Balasz jiċċaħħdu milli jinvokaw l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti. Għall-kuntrarju: l-Istati Membri jistgħu jevitaw din il-projbizzjoni mingħajr problemi jekk din ma tkunx tapplika għall-istadju tal-bejgħ bl-imnut.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti, madankollu, hija ristretta għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Toolex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑473/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:379">EU:C:2000:379</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) dwar leġiżlazzjoni relatata mas-sustanzi kimiċi.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, din għandha bħala suġġett speċifikazzjonijiet tekniċi <HT TYPE="ITALIC">għal raġunijiet ta’ saħħa u ambjent</HT> għal karburanti li jintużaw għall-vetturi mgħammra b’magni b’positive ignition u b’magni li jaqbdu bil-kompressjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgische Petroleum Unie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:480">EU:C:2012:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Minn din ir-relazzjoni mal-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar il-karburanti jirriżultaw żewġ konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Kif diġà spjegajt fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Belgische Petroleum Unie <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-projbizzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti ma għandhiex tinftiehem fis-sens tal-projbizzjonijiet globali ta’ restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali. Għaldaqstant, l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti ma jipprekludix kwalunkwe restrizzjoni għall-bejgħ ta’ karburanti konformi mal-istandards, iżda jista’ jirrigwarda biss speċifikazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">tekniċi</HT> tal-karburanti. Dan ifisser li, pereżempju regolamenti fil-qasam tal-prezzijiet, dispożizzjonijiet dwar il-pubbliċità tal-karburanti jew it-tassazzjoni tal-prodotti petroliferi ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni ta’ restrizzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgische Petroleum Unie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:480">EU:C:2012:480</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, dan għandu jkun issupplimentat bil-fatt li l-projbizzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti lanqas qatt ma tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha tal-karburanti, iżda tirreferi biss għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmijin fl-Artikolu 1 li huma bbażati fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/><HT TYPE="ITALIC">raġunijiet ta’ saħħa u ambjent</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Dan tikkonfermah il-premessa 2 tad-Direttiva dwar il-karburanti, fejn il-Kummissjoni, waqt il-proposta tagħha, kienet qiegħda tassumi livell għoli ta’ protezzjoni fir-rigward tas-saħħa u tal-protezzjoni ambjentali, filwaqt li l-oqsma tas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>protezzjoni tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> msemmijin f’dan ir-rigward fil-kompetenza fil-qasam tas-suq intern, ma jissemmewx.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Anki permezz tad-Direttivi 2000/17 u 2003/17 li emendawha, dawn iż-żewġ oqsma ma kinux inkorporati fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-karburanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Madankollu, id-Direttiva 2009/30, li hija l-iktar reċenti li temendaha, fuq inizjattiva tal-Parlament b’mod partikolari, tinkludi wkoll regoli li l-Qorti tal-Ġustizzja assoċjat mal-għan tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Afton Chemical</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑343/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:419">EU:C:2010:419</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dawn l-emendi, madankollu, għadhom ma humiex applikabbli fil-kawża prinċipali.</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, anki l-premessa 2 tad-Direttiva 2003/17 tibqa’ ssemmi biss il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>protezzjoni tas-saħħa u ta’ l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. F’dan il-kuntest għandu jiġi preżunt li partikolarment il-kunċett tas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> huwa ta’ interess speċjali fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-punt ta’ fjammabbiltà tad-diżil, billi dan jinkorpora s-sigurtà teknika tal-oġġetti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Pipkorn, J., Bardenhewer-Rating, A., Taschner, H. C., fi: von der Groeben, H., Schwarze, J., (editur), <HT TYPE="ITALIC">Kommentar zum Vertrag über die Europäische Union und zur Gründung der Europäischen Gemeinschaft</HT>, is-6 edizzjoni, Nomos, Baden-Baden 2003, Vol. 2, l-Artikolu 95 KE, p. 1436, punt 72, Tietje, S., fi: Grabitz/Hilf/Nettesheim (editur), <HT TYPE="ITALIC">Das Recht der Europäischen Union</HT>, t-43 aġġornament, Marzu 2011, l-Artikolu 114 TFUE, punt 146; Kahl, fi: Calliess/Ruffert (editur), <HT TYPE="ITALIC">EUV/AEUV</HT>, ir-4 edizzjoni, 2011, l-Artikolu 114 TFUE, punt 36; Leible/Schröder, fi: Streinz (editur), <HT TYPE="ITALIC">EUV/AEUV</HT>, it-2 edizzjoni, 2012, l-Artikolu 114 TFUE, punt 80.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Huwa minnu li d-Direttiva 2009/30, li hija l-iktar direttiva emendatorja reċenti, tinkludi wkoll regoli selettivi dwar addittivi metalliċi tal-karburanti, li l-Qorti tal-Ġustizzja assoċjat mal-għan tal-protezzjoni tal-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Afton Chemical</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑343/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:419">EU:C:2010:419</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, hemm dubji jekk dawn ir-regoli humiex intiżi għall-armonizzazzjoni eżawrjenti tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Barra minn hekk, dawn għadhom ma humiex applikabbli f’din il-kawża. Għaldaqstant, fil-proċedura preżenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex meħtieġa tesprimi ruħha dwarhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’konformità ma’ dan l-għan tad-Direttiva dwar il-karburanti, li huwa ristrett għal raġunijiet ambjentali u ta’ saħħa, il-klawżola ta’ salvagwardja tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-karburanti tippermetti sempliċement lill-Istati Membri, b’mod komplementari, sabiex jippreskrivu tali speċifikazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ambjentali</HT> iktar stretti li jipproteġu s-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>saħħa tal-popolazzjoni f’agglomerazzjoni speċifika jew l-ambjent f’żona speċifika sensittiva għall-ekoloġija jew l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Il-mira tal-miżuri tal-Istati Membri ammissibbli f’każijiet eċċezzjonali, fil-fatt hija wkoll ristretta għal raġunijiet ambjentali u ta’ saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għalhekk, id-Direttiva dwar il-karburanti ma tarmonizzax l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-aspetti relatati mas-sigurtà u mal-protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa minnu li bħala prinċipju l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti jipprekludi r-regoli nazzjonali kollha li jirrigwardaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-karburanti bbażati fuq raġunijiet ambjentali u ta’ saħħa, iżda mhux il-konnessjoni ma’ speċifikazzjonijiet oħrajn, b’mod partikolari sa fejn dawn ikunu intiżi għal finijiet tas-sigurtà tal-karburanti jew għall-protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fuq l-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ restrizzjoni skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fl-Ungerija jeżistu żewġ liġijiet li jirregolaw it-tqegħid fis-suq tal-karburanti: id-Digriet Ministerjali u l-Att dwar id-dazju tas-sisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Id-Digriet Ministerjali Ungeriż, skont l-Artikolu 9 tiegħu, jimplementa l-kundizzjonijiet kwalitattivi tad-Direttiva dwar il-karburanti, kif kienu stabbiliti bid-Direttiva 2003/17 li temendaha. Barra minn hekk, id-Digriet Ministerjali nnifsu ma jinkludi l-ebda rekwiżit fir-rigward ta’ karburanti tad-diżil li huma addizzjonali għall-verżjoni applikabbli tad-Direttiva dwar il-karburanti, bħal pereżempju valur limitu għall-punt ta’ fjammabbiltà. Dan lanqas ma jiddikjara bħala vinkolanti legalment kwalunkwe kundizzjoni kwalitattiva addizzjonali inkluża fi standard nazzjonali jew Ewropew. Skont l-Artikolu 3(2) tad-Digriet Ministerjali tapplika sempliċement is-suppożizzjoni li karburanti li jikkonformaw mar-rekwiżiti skont l-istandard nazzjonali applikabbli jew l-istandard Ewropew korrispondenti jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Digriet Ministerjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti ma huwiex identifikabbli f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-istandard Ungeriż MSZ EN 590:2009, li jikkonforma mal-istandard CEN EN 590:2009, tassew jinkludi kundizzjonijiet kwalitattivi addizzjonali, b’mod partikolari valur limitu għall-punt ta’ fjammabbiltà, madankollu skont l-Artikolu 6(1) tal-Att Ungeriż dwar l-istandardizzazzjoni, l-applikazzjoni ta’ standard nazzjonali, bħala prinċipju, hija volontarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Att Ungeriż dwar id-dazju tas-sisa fl-Artikolu 110(13) jinkludi dispożizzjoni dwar il-bejgħ ta’ karburanti tad-diżil: skont din id-dispożizzjoni, il-pompi tal-petrol jistgħu jbigħu biss karburanti tad-diżil li jikkonformaw mal-istandard Ungeriż applikabbli. B’dan il-mod, l-istandard u r-rekwiżiti addizzjonali tiegħu jsiru vinkolanti skont id-dritt Ungeriż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Artikolu 110(13) tal-Att dwar id-dazju tas-sisa mal-ewwel daqqa t’għajn jirregola biss il-modalitajiet tal-bejgħ, jiġifieri liema prodotti jistgħu jinbiegħu mill-pompi tal-petrol. Iżda billi fil-prattika l-pompi tal-petrol huma l-uniku punt ta’ bejgħ li l-utenti finali jużaw, fir-realtà huma kkonċernati rekwiżiti fir-rigward tal-prodott tal-karburant tad-diżil, li ma għandhomx jitqiesu li huma modalitajiet tal-bejgħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Canal Satélite Digital</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑390/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:34">EU:C:2002:34</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dynamic Medien</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:85">EU:C:2008:85</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-ispeċifikazzjoni teknika tal-punt ta’ fjammabbiltà, madankollu, ma hijiex ibbażata fuq raġunijiet ambjentali jew ta’ saħħa, bħalma huwa prerekwiżit għall-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-karburanti skont l-Artikolu 1, iżda fuq aspetti ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-punt ta’ fjammabbiltà ta’ materjal jagħti indikazzjoni dwar il-perikolu tiegħu li jieħu n-nar u ta’ splużjoni, jiġifieri huwa aspett sinjifikattiv tas-sigurtà tal-prodott. Dan fil-fatt jiddeskrivi l-iktar temperatura baxxa li fiha tant jevapora karburant li fl-arja jistgħu jifformaw taħlitiet fjammabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, għad-definizzjoni teknika, pereżempju http://www.urz.uni-heidelberg.de/saphelp/helpdata/DE/35/26bf45afab52b9e10000009b38f974/content.htm, aċċessat l-aħħar darba fit-<DATE ISO="20150413">13 ta’ April 2015</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-seduta l-partijiet kollha qablu li l-osservanza tal-punt ta’ fjammabbiltà previst fl-istandard hija importanti għall-kapaċità funzjonali u l-protezzjoni tal-muturi tal-vetturi. Dan il-parametru għalhekk għandu wkoll l-għan li jħares il-konsumaturi mill-ħsarat fil-vetturi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti ma huwiex applikabbli minn tal-inqas għall-ispeċifikazzjoni tal-punt ta’ fjammabbiltà tal-karburant tad-diżil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni taqbel mal-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-premessa 31 tad-Direttiva 2009/30 li temendaha, jappella b’mod espliċitu sabiex l-istandard CEN EN 590:2004 jiġi aġġustat u sabiex jiġu stabbiliti valuri limitu għal parametri tekniċi li ma humiex inklużi fid-Direttiva dwar il-karburanti, fosthom il-punt ta’ fjammabbiltà. Din it-talba ma tantx kienet tkun raġonevoli li kieku d-Direttiva dwar il-karburanti kienet tipprekludi tali rekwiżiti addizzjonali mill-bidu nett. Dan għaliex minkejja li standard CEN bħala tali ma huwiex vinkolanti, xorta jkun jagħmel sens li l-parametri inklużi fih isiru vinkolanti, għallinqas sa fejn dawn ikunu maħsuba għas-sigurtà tal-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-assenza ta’ rekwiżiti armonizzati fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-karburanti, li huma bbażati fuq aspetti ta’ sigurtà, madankollu, fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ karburanti, ma jagħti lill-Istati Membri l-ebda libertà bla limitu biex jintroduċu tali speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fra.bo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:176">EU:C:2012:176</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lidl Magyarország</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑132/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:281">EU:C:2009:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brandsma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:254">EU:C:1996:254</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Sakemm qasam ma jkunx ġie armonizzat b’mod eżawrjenti fuq il-livell tal-Unjoni, fil-fatt Stat Membru jista’ jissuġġetta t-tqegħid fis-suq ta’ prodott biss għar-rekwiżiti li jikkorrispondu mal-obbligi tal-kuntratt, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ moviment liberu tal-prodotti kif stabbilit fl-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:669">EU:C:2005:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Toolex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑473/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:379">EU:C:2000:379</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, dan jeħtieġ li jgħaddi lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34, abbozzi ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt li jiddikjaraw bħala vinkolanti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, b’tali mod li jkun jista’ jitwettaq kontroll preventiv abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-prodotti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CIA Security International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:172">EU:C:1996:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lidl Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:528">EU:C:2005:528</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sandström</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑433/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:184">EU:C:2010:184</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgische Petroleum Unie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:44">EU:C:2013:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fuq ir-risposta għall-ewwel domanda preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel domanda preliminari għandha tingħata risposta fis-sens li d-Direttiva dwar il-karburanti tarmonizza kompletament biss l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-karburant tad-diżil li huma bbażati fuq raġunijiet ta’ saħħa u ambjentali. Madankollu, minkejja l-projbizzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-karburanti, Stat Membru ma huwiex prekluż milli jistabbilixxi speċifikazzjonijiet addizzjonali dwar il-karburanti, li jirrigwardaw aspetti ta’ sigurtà, pereżempju valur limitu għall-punt ta’ fjammabbiltà tal-karburanti tad-diżil.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda — in-natura vinkolanti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ standards minbarra regolamenti tekniċi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk mid-definizzjonijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-punt 6 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fil-punt 11, jistax jiġi konkluż li għal qasam partikolari, minbarra regolament tekniku vinkolanti, jistax ikun hemm biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>standards<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> li ma humiex vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-bażi ta’ din id-domanda apparentement hija li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> skont il-punt 6 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 ma huwiex vinkolanti, iżda min-naħa l-oħra <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> skont il-punt 11 huwa vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fl-Ungerija teżisti speċifikazzjoni teknika direttament vinkolanti għall-karburanti tad-diżil, jiġifieri d-Digriet Ministerjali li jimplementa d-Direttiva dwar il-karburanti. Permezz tal-Artikolu 110(13) tal-Att Ungeriż dwar id-dazju tas-sisa, barra minn hekk, madankollu, l-istandard Ungeriż applikabbli huwa vinkolanti għall-bejgħ ta’ karburanti tad-diżil mill-pompi tal-petrol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ddikjarat, l-ewwel nett, li anki standard skont is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34 jista’ jsir vinkolanti, billi Stat Membru jittrasponi standard Ewropew jew internazzjonali, pereżempju standard tas-CEN, f’regolament tekniku. Ma hija ċara l-ebda raġuni għala tali traspożizzjoni għandha tkun eskluża fil-każ ta’ standards nazzjonali, b’mod partikolari jekk dawn l-istandards, min-naħa tagħhom, ikunu jikkonformaw mal-istandards CEN.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-Direttiva 98/34 ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni li tkun tista’ tostakola Stat Membru milli jiddikjara bħala vinkolanti għadd ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi f’qasam partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Anki d-distinzjoni bejn standards mhux vinkolanti u regolamenti tekniċi vinkolanti ma teskludix l-eżistenza ta’ diversi regolamenti tekniċi vinkolanti flimkien. Din id-distinzjoni hija sempliċement immirata lejn proċeduri ta’ għoti ta’ informazzjoni differenti, li huma stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 6 tad-Direttiva 98/34 għall-istandards, u fl-Artikoli 8 u 9 għar-regolamenti tekniċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jekk l-applikazzjoni parallela ta’ diversi regoli tkun tiġġustifika dubji dwar l-istandard rispettiv li għandu jiġi osservat, din tista’ tqajjem domandi relatati mad-dritt tal-Unjoni biss jekk huma affettwati regoli preskritti mid-dritt tal-Unjoni. Hawnhekk, għal dan il-għan, huma kkonċernati l-ispeċifikazzjonijiet tad-Direttiva dwar il-karburanti, iżda t-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi l-ebda indikazzjoni li l-applikazzjoni tagħhom qiegħda tiġi ristretta fl-Ungerija. Fi kwalunkwe każ, id-Direttiva 98/34 ma tinkludi l-ebda dispożizzjonijiet dwar tali kunflitti ta’ regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li d-Direttiva 98/34 ma tipprojbixxix lill-Istati Membri milli, filwaqt li jkun japplika regolament tekniku, f’dispożizzjoni leġiżlattiva, jipprevedu l-applikazzjoni obbligatorja ta’ standard nazzjonali addizzjonali promulgat f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda — disponibbiltà bil-lingwa tal-pajjiż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk standard nazzjonali li fil-mument li fih, skont il-fehma tal-awtorità, kien jeħtieġ jiġi applikat, ma kienx disponibbli bil-lingwa tal-pajjiż, jissodisfax il-kriterju tal-aċċessibbiltà għall-pubbliku kif stabbilit għal standard nazzjonali fil-punt 6 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Din id-domanda tirreferi għall-fatt li l-istandard Ungeriż MSZ EN 590:2009, fil-mument tal-ksur, skont it-talba għal deċiżjoni preliminari, ma kienx disponibbli bil-lingwa Ungeriża iżda bl-Ingliż biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Meta jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod iżolat, ma huwiex ċar kemm huwa sinjifikattiv biex tittieħed deċiżjoni fil-kawża prinċipali l-fatt jekk l-istandard Ungeriż huwiex konformi mad-definizzjoni tal-punt 6 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34. Għall-kuntrarju, jiena nifhem din id-domanda b’tali mod li ssaqsi jekk id-Direttiva 98/34 tipprekludix in-natura vinkolanti ta’ speċifikazzjoni teknika, li ma hijiex aċċessibbli għall-pubbliku, peress li ma hijiex disponibbli bil-lingwa tal-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett huwa dubjuż jekk id-disponibbiltà għall-pubbliku fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 tistabbilixxix il-kundizzjoni ta’ disponibbiltà bil-lingwa tal-pajjiż. Dan il-kriterju, fil-fatt, ma jissemmiex biss b’rabta ma’ standards nazzjonali, iżda wkoll għal standards Ewropej u internazzjonali. Madankollu, l-aħħar żewġ tipi ta’ standards imsemmijin ma humiex disponibbli bil-lingwa tal-pajjiż fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Fil-fatt, il-lingwi uffiċjali tas-CEN/CENELEC huma l-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara t-Taqsima 8 tal-Parti 2 tar-Regoli Proċedurali tas-CEN/CENELEC – Regoli komuni għax-xogħol ta’ standardizzazzjoni, http://boss.cen.eu/ref/IR2_D.pdf, aċċessat l-aħħar fit-<DATE ISO="20150413">13 ta’ April 2015</DATE>.</P></NOTE>. F’dan ir-rigward ma huwiex neċessarju li standard ikun disponibbli bit-tliet lingwi kollha kemm huma. Minħabba li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien jeħtieġ ikun informat dwar din iċ-ċirkustanza, ma jistax ikun preżunt li l-aċċessibbiltà għall-pubbliku timplika d-disponibbiltà bil-lingwa tal-pajjiż inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, madankollu, ma jridx jiġi deċiż jekk dan japplikax ukoll għal standards nazzjonali. Dan minħabba li din il-kawża ma tirrigwardax l-effetti ta’ standard bħala speċifikazzjoni teknika mhux vinkolanti, iżda <HT TYPE="ITALIC">n-natura vinkolanti</HT> ta’ speċifikazzjonijiet li huma inklużi fi standard. Għaldaqstant, hija kkonċernata l-effettività ta’ regolamenti tekniċi fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ regolament tekniku, madankollu, la tinkludi l-karatteristika tal-aċċessibbiltà għall-pubbliku u lanqas indikazzjoni dwar il-lingwa tad-dispożizzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda dispożizzjoni fid-Direttiva 98/34 dwar l-applikazzjoni ta’ regolamenti tekniċi, li tirreferi għal-lingwa li huma miktuba biha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li d-Direttiva 98/34 ma tirrikjedix li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli r-regolamenti tekniċi bil-lingwa uffiċjali tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tarmonizza bis-sħiħ biss l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-karburant tad-diżil li huma bbażati fuq raġunijiet ta’ saħħa u ambjentali. Madankollu, il-projbizzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/70, ma tipprekludix lil Stat Membru milli jistabbilixxi speċifikazzjonijiet addizzjonali dwar il-karburanti, li jirrigwardaw raġunijiet ta’ sigurtà, pereżempju valur limitu għall-punt ta’ fjammabbiltà tal-karburanti tad-diżil.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika kif emendata bid-Direttiva 2006/96/KE, ma tipprojbixxix lill-Istati Membri milli, filwaqt li jkun japplika regolament tekniku, jimponu l-applikazzjoni obbligatorja ta’ standard nazzjonali addizzjonali promulgat f’dan il-qasam f’dispożizzjoni leġiżlattiva.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/34 ma tirrikjedix li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli r-regolamenti tekniċi fil-lingwa uffiċjali tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>