<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-3/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020TJ0003</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:606">EU:T:2020:606</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20201216">16.12.2020</DATE> – Kawża T-3/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Forbo Financial Services vs EUIPO – Windmöller (Canoleum)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20201216">16 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti ta’ oppożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Canoleum</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark internazzjonali verbali preċedenti MARMOLEUM</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni relattiva għal rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Preżentata tardiva tan-nota li tesponi l-aggravji tal-appell</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">restutio in integrum</HT></KEYWORD><KEYWORD>Marda f’daqqa tal-avukat li jirrappreżenta lir-rikorrenti</KEYWORD><KEYWORD>Dmir ta’ diliġenza</KEYWORD><KEYWORD>Valur probatorju tad-dikjarazzjoni bil-ġurament magħmula mill-avukat</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑3/20,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Forbo Financial Services AG</HT>, stabbilita f’Baar (l-Isvizzera), irrappreżentata minn S. Fröhlich, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>kontra</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn M. Fischer, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO kienet</P><P><HT TYPE="BOLD">Windmöller GmbH</HT>, stabbilita f’Augustdorf (il-Ġermanja),</P></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-<DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE> (Każ R 773/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Forbo Financial Services u Windmöller,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. M. Collins (Relatur), President, Z. Csehi u G. De Baere, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20200103">3 ta’ Jannar 2020</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20200310">10 ta’ Marzu 2020</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li rat li ma kienx hemm talba għall-iffissar ta’ seduta mressqa mill-partijiet fit-terminu ta’ tliet ġimgħat mid-data tan-notifika tal-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara li ddeċidiet, skont l-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tagħti deċiżjoni mingħajr il-fażi orali tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>, Windmöller Flooring Products WFP GmbH, il-predeċessur legali ta’ Windmöller GmbH, il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), ippreżentat applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea lill-EUIPO, abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat (issostitwit bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE> dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 154, p. 1</REF.DOC.OJ>)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija s-sinjal verbali Canoleum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu fil-klassijiet 19 u 27 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE> kif rivedut u emendat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għat-trade mark ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin tat-Trade Marks tal-Unjoni Ewropea</HT> Nru 2017/122 tat-<DATE ISO="20170630">30 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, ir-rikorrenti, Forbo Financial Services AG, ippreżentat oppożizzjoni, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 46 tar-Regolament 2017/1001), għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti u għas-servizzi msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq ir-reġistrazzjoni internazzjonali rreġistrata fil-<DATE ISO="19970911">11 ta’ Settembru 1997</DATE> bin-numru 683531, b’estensjoni tal-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea u għal serje ta’ Stati Membri tal-Unjoni, tat-trade mark verbali MARMOLEUM, għal prodotti fil-klassijiet 19 u 27.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-raġuni invokata insostenn tal-oppożizzjoni kienet dik imsemmija fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE>, innotifikata fl-istess jum, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ċaħdet l-oppożizzjoni, minħabba, essenzjalment, li ma kinitx teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 f’moħħ il-pubbliku rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20190409">9 ta’ April 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat appell quddiem l-EUIPO, taħt l-Artikoli 66 sa 71 tar-Regolament 2017/1001, mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti ppreżentat in-nota li tesponi l-aggravji tal-appell biss fit-<DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>, jiġifieri barra mit-terminu previst mill-aħħar sentenza tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament 2017/1001, li kien jiskadi fit-<DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE> f’nofsillejl. Ma’ din in-nota hija hemżet applikazzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> skont l-Artikolu 104 tal-imsemmi regolament, li fiha hija sostniet, essenzjalment, li<?PAGE NO="3"?> l-avukat li kien inkarigat mill-fajl tagħha waqt il-proċedimenti quddiem l-EUIPO (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>avukat inizjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) ma setax jippreżenta l-imsemmija nota fit-terminu stabbilit minħabba marda serja li kienet qabditu b’mod imprevedibbli. Sabiex issostni din l-allegazzjoni, hija ppreżentat żewġ dikjarazzjonijiet bil-ġurament, waħda mill-imsemmi avukat u l-oħra mill-konjuġi ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO ddikjara r-rikors għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> ammissibbli, iżda ċaħdu bħala infondat. Huwa kkunsidra, essenzjalment, li l-avukat inizjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>ma [kienx] ipprova b’mod suffiċjenti li huwa kien għamel dak kollu meħtieġ miċ-ċirkustanzi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (punt 16 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, fl-ewwel lok, wara li ammetta li, f’każijiet eċċezzjonali, marda f’daqqa setgħet tikkostitwixxi raġuni imprevedibbli li tiġġustifika <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> (punt 18 tad-deċiżjoni kkontestata), il-Bord tal-Appell qies li l-avukat inizjali ma kienx ipproduċa prova suffiċjenti ta’ dik li huwa invoka, peress li d-dikjarazzjoni bil-ġurament tiegħu kif ukoll dik tal-konjuġi tiegħu kellhom biss valur probatorju limitat (punt 19 tad-deċiżjoni kkontestata). B’mod iktar preċiż, huwa kkritikah li ma pprovdiex ċertifikat mediku (punti 19 u 20 tad-deċiżjoni kkontestata). F’dan ir-rigward, huwa sostna li marda f’daqqa setgħet tirrappreżenta raġuni imprevedibbli biss jekk din kienet gravi sal-punt li tipprekludi lill-persuna kkonċernata milli tieħu l-miżuri xierqa sabiex tosserva t-terminu, bħal pereżempju tavża lil kollega tal-uffiċċju tal-avukati kkonċernat. Issa, f’tali każ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[hemm] lok li jiġi preżunt li trattament mediku huwa fil-prinċipju […] meħtieġ<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (punt 20 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Bord tal-Appell akkuża lill-avukat inizjali li ma pprovdiex prova suffiċjenti li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>lanqas biss kellu l-possibbiltà li jitlob lill-mara tiegħu ċċempel lil [kollega tal-uffiċċju tal-avukati kkonċernat] sabiex jinkarigah biex jiffirma u jibgħat in-nota li tesponi l-aggravji tal-appell<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> (punt 21 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Bord tal-Appell irrileva li ma kinitx teżisti prova suffiċjenti li, fit-<DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE>, ebda kollega tal-avukat inizjali, li seta’ jiffirma u jibgħat minflok dan tal-aħħar in-nota li tesponi l-aggravji tal-appell, ma kien preżenti fil-bini tal-uffiċċju tal-avukati kkonċernat (punt 22 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Bord tal-Appell qies li ma kienx suffiċjentement ipprovat li, fit-<DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE>, in-nota li tesponi l-aggravji tal-appell kienet diġà ffinalizzata u vvalidata mir-rikorrenti u, għaldaqstant, li l-marda invokata kienet realment il-kawża tal-qbiż tal-iskadenza tat-terminu (punti 23 sa 25 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Bord tal-Appell ċaħad l-appell bħala inammissibbli abbażi tal-Artikolu 23(1)(d) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-<DATE ISO="20180305">5 ta’ Marzu 2018</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 104, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 104 tar-Regolament Nru 2017/1001, moqri flimkien mal-Artikolu 97(1)(f) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Essenzjalment, ir-rikorrenti ssostni li l-avukat inizjali sab ruħu fl-impossibbiltà li jippreżenta n-nota li tesponi l-aggravji tal-appell fit-terminu stabbilit minħabba marda gravi, akkumpanjata mis-sintomi ta’ avvelenament mill-ikel akut, li ġiet fuqu b’mod imprevedibbli, u dan minkejja li kien aġixxa bid-diliġenza meħtieġa miċ-ċirkustanzi. Hija tallega li l-provi li hija pproduċiet f’dan il-każ kienu suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat li jingħatalha r-<HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> u tikkunsidra li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell applika kriterji wisq stretti f’dak li jirrigwarda l-prova tal-fatti rilevanti. B’mod partikolari, hija tilmenta li ma ħax biżżejjed inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-każ u ċaħad <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>f’daqqa<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> id-dikjarazzjonijiet bil-ġurament li hija kienet ipproduċiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tesponi diversi argumenti intiżi sabiex jiġi stabbilit li l-avukat inizjali aġixxa bid-diliġenza kollha neċessarja fid-dawl taċ-ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-avukat inizjali huwa speċjalizzat fid-dritt tat-trade marks u għandu esperjenza professjonali ta’ iktar minn 20 sena. Hija tindika wkoll li l-uffiċċju tal-avukati li jappartjeni għalih għandu sistema ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tat-termini suffiċjentement affidabbli. Hija tispeċifika l-proċeduri u l-miżuri differenti implimentati f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti, filwaqt li tirreferi għad-dikjarazzjonijiet bil-ġurament tal-avukat inizjali u tal-konjuġi tiegħu, tiddeskrivi ċ-ċirkustanzi li wasslu għall-qbiż tat-terminu għall-preżentata tan-nota li tesponi l-aggravji tal-appell. Hija ssostni li dan it-terminu, li kien jiskadi fit-<DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE> f’nofsillejl, kien ġie debitament irreġistrat fil-kalendarji, elettroniċi u manuskritti, użati mill-uffiċċju tal-avukati kkonċernat għall-ġestjoni tat-termini u li, qabel din id-data, din in-nota kienet ġiet iffinalizzata, kienet intbagħtet lill-avukati li jirrappreżentawha fl-Isvizzera u kienet ġiet ivvalidata minnha stess. Hija tindika li l-uniċi membri tad-dipartiment legali tat-trade marks tal-uffiċċju inkwistjoni li kienu preżenti f’din id-data kienu l-avukat inizjali u l-impjegat inkarigat mill-każijiet tat-trade marks, peress li l-avukati l-oħra li jagħmlu parti minn dan id-dipartiment kienu fuq leave jew kellhom appuntament professjonali estern. Filgħodu, l-avukat inizjali talab lil din l-impjegata tipprepara n-nota li tesponi l-aggravji tal-appell billi tehmeż l-annessi u l-lista tagħhom u mbagħad tgħaddihielu sabiex jiffirmaha. Eżatt wara, huwa pparteċipa f’diversi konferenzi telefoniċi, qabel ma kiel relattivament tard f’ristorant fil-viċinanzi tal-imsemmi uffiċċju. Meta kien qiegħed ilesti biex jitlaq minn dan l-uffiċċju wara l-jum tax-xogħol tiegħu, madwar il-5:00 pm, l-imsemmija impjegata staqsiet lill-avukat inizjali dwar din in-nota, li għalhekk kien indikalha li kien ser jiffirmaha u jibgħatha huwa stess lill-EUIPO. Madwar is-6:30 pm, l-avukat inizjali f’daqqa waħda ma ħassux f’siktu, fatt li pprekludih milli jiffirma l-imsemmija nota u milli jibgħatha lill-EUIPO u anki, minħabba l-gravità tas-sintomi li huwa ppreżenta, li jaħseb li jafda dawn il-kompiti lil terza persuna. L-għada, jiġifieri fit-<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, huwa rrealizza li ma kienx bagħat in-nota li tesponi l-aggravji tal-appell lill-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-provi intiżi sabiex isostnu ċ-ċirkustanzi esposti fil-punt 23 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti tilmenta li l-Bord tal-Appell ċaħad <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>f’daqqa<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> iż-żewġ dikjarazzjonijiet bil-ġurament li hija kienet ipproduċiet, jiġifieri mingħajr ma wettaq evalwazzjoni globali suffiċjenti tal-kontenut tagħhom, mingħajr ma għamel ebda osservazzjoni dwar sa fejn l-imsemmi kontenut kien iddettaljat, sensat u globalment affidabbli, u mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti ċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża. Barra minn hekk, hija ssostni li ma kien hemm ebda prova oħra li tista’ ssostni l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet bil-ġurament li setgħu raġonevolment jintalbu f’dan il-każ. Hija ssostni li, b’mod iktar partikolari, ċertifikat mediku ma setax jiġi prodott peress li l-avukat inizjali, minħabba s-sintomi li<?PAGE NO="5"?> kellu, ma kienx f’pożizzjoni li jikkonsulta tabib meta l-marda tiegħu mmanifestat ruħha f’daqqa. Fil-fehma tagħha, lanqas ma kien possibbli li tinkiseb tali dikjarazzjoni l-għada, peress li l-ebda tabib ma seta’ jiċċertifika l-marda li seħħet il-ġurnata ta’ qabel. Hija żżid li, f’moħħ l-imsemmi avukat, ma kien hemm ebda interess li tabib jiġi kkonsultat l-għada, peress li s-sintomi tal-marda kienu diġà iktar dgħajfa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dikjarazzjoni bil-ġurament magħmula mill-konjuġi tal-avukat inizjali, ir-rikorrenti tikkontesta l-affermazzjoni tal-Bord tal-Appell, li tinsab fil-punt 19 tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li hija għandha biss valur probatorju limitat għar-raġuni li l-imsemmija konjuġi ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>terza persuna newtrali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Hija ssostni li ma jistax jitqies li konjuġi awtomatikament għandha interess personali għall-kwistjonijiet relatati mal-ħajja professjonali tal-konjuġi tagħha u tenfasizza li d-dikjarazzjoni inkwistjoni hija dikjarazzjoni bil-ġurament fis-sens tal-Artikolu 97(1)(f) tar-Regolament 2017/1001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll li marda tista’ tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali li tista’ tagħti lok għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> biss jekk tkun ingħatat trattament mediku. Fil-fehma tagħha, fil-fatt, in-neċessità ta’ trattament mediku ma tikkostitwixxix ċirkustanza purament oġġettiva li l-prova tagħha tista’ tiġi prodotta faċilment. Għal raġunijiet differenti, bħar-reżistenza qawwija għall-uġigħ jew il-biża’ mill-korp mediku, ċerti persuni, anki jekk jippreżentaw sintomi serji, ma jikkonsultawx tabib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’risposta għall-konstatazzjoni tal-Bord tal-Appell li l-avukat inizjali ma pprovdiex provi suffiċjenti li lanqas biss kellu l-possibbiltà li jitlob lill-konjuġi tiegħu ċċempel lil wieħed mill-kollegi tiegħu tal-uffiċċju tal-avukati kkonċernat sabiex jinkarigah jiffirma u jibgħat minfloku n-nota li tesponi l-aggravji tal-appell, ir-rikorrenti ssostni li tali prova setgħet tiġi prodotta biss permezz tad-dikjarazzjonijiet bil-ġurament prodotti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li l-kwistjoni dwar jekk, fil-mument meta dehret il-marda tal-avukat inizjali, xi kollegi tal-uffiċċju tal-avukati kkonċernat kinux disponibbli sabiex jiffirmaw u jibagħtu minfloku n-nota li tesponi l-aggravji tal-appell hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ta’ natura purament ipotetika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u irrilevanti. Hija tallega li, fil-fatt, minħabba l-istat fiżiku tiegħu, l-imsemmi avukat assolutament ma kien f’pożizzjoni li jinforma lil ħadd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tikkontesta l-affermazzjoni tal-Bord tal-Appell li tgħid li ma ġiex ipprovat b’mod suffiċjenti li l-marda tal-avukat inizjali kienet realment il-kawża tal-iskadenza tat-terminu. Hija ssostni li, kuntrarjament għal dak li jagħti x’jifhem il-Bord tal-Appell, in-nota li tesponi l-aggravji tal-appell kienet diġà ffinalizzata u kellha biss tiġi ffirmata. Hija tqis li ma hemm ebda raġuni għalfejn għandu jiġi ddubitat il-kontenut tad-dikjarazzjoni bil-ġurament tal-imsemmi avukat f’dan ir-rigward u ssostni li ma setax jiġi rikjest, kif jagħmel il-Bord tal-Appell fil-punt 25 tad-deċiżjoni kkontestata, li hija tippreżenta skambju ta’ posta elettronika bejn dan tal-aħħar u l-avukati li huma r-rappreżentanti tagħha fl-Isvizzera, peress li din hija korrispondenza kunfidenzjali bejn avukati. Fi kwalunkwe każ, meta seħħet il-marda tal-avukat inizjali, fis-6:30 pm, kien għad fadal kważi sitt sigħat qabel l-iskadenza tat-terminu, li matulhom l-imsemmija nota setgħet titlesta u tintbagħat. Sussidjarjament, ir-rikorrenti tehmeż bħala anness mar-rikors skambju ta’ posta elettronika bejn l-uffiċċju legali kkonċernat u l-avukati li jirrappreżentawha fl-Isvizzera, minn fejn jirriżulta li dawn tal-aħħar kienu approvaw in-nota li tesponi l-aggravji tal-appell sa mit-<DATE ISO="20190603">3 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjonijiet l-oħra għar-<HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> kienu ssodisfatti. F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, hija ssostni li t-terminu għall-preżentata tan-nota li tesponi l-aggravji tal-appell huwa terminu li jista’ jagħti lok għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT>. Hija tippreċiża li, peress li din ma ngħatatx, l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ din in-nota kellha bħala konsegwenza diretta t-telf tad-dritt tagħha ta’ appell, li ġie miċħud bħala inammissibbli abbażi tal-Artikolu 23(1)(d) tar-Regolament Delegat 2018/625. It-tieni nett, hija ssostni li, skont l-Artikolu 104(2) tar-Regolament 2017/1001, l-applikazzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> ġiet ippreżentata bil-miktub f’terminu ta’ xahrejn mit-tneħħija tal-impediment, ikkostitwit mill-fatt li saret taf, fit-<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, li l-imsemmija nota ma kinitx intbagħtet. L-att li ma twettaqx, f’dan il-każ<?PAGE NO="6"?> il-preżentata tan-nota li tesponi l-aggravji tal-appell, sar fi żmien l-istess terminu. It-tielet nett, hija tindika li l-applikazzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> kienet motivata u li t-taxxa ta’ <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> tħallset permezz tal-awtorizzazzjoni ta’ ħlas tal-<DATE ISO="20190625">25 ta’ Ġunju 2019</DATE>, li waslet għand l-EUIPO permezz ta’ messaġġier fis-<DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>. Ir-raba’ nett, hija tallega li l-kawżi ta’ esklużjoni previsti fl-Artikolu 104(5) tar-Regolament 2017/1001 ma kinux applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-EUIPO jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti. Huwa jsostni li l-Bord tal-Appell ma wettaqx żball ta’ liġi meta ċaħad l-applikazzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> u, għaldaqstant, iddikjara r-rikors inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li marda f’daqqa tista’ tirrappreżenta biss b’mod eċċezzjonali kawża imprevedibbli li tista’ tiġġustifika <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT>, peress li impriża normalment għandha torganizza ruħha b’mod li tipprevedi soluzzjoni alternattiva fil-każ ta’ mard. Huwa jsostni li, f’tali ipoteżi, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-qbiż tat-terminu għandhom jiġu esposti b’attenzjoni partikolari u pprovati b’mod inkontestabbli. Issa, f’dan il-każ, ir-rikorrenti sempliċement ippreżentat żewġ dikjarazzjonijiet bil-ġurament, li barra minn hekk huma waħda tal-persuna kkonċernata u l-oħra tal-konjuġi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-EUIPO jikkontesta li l-Bord tal-Appell ċaħad globalment id-dikjarazzjoni bil-ġurament tal-avukat inizjali jew fundamentalment ikkontesta l-kredibbiltà tagħha. Huwa sempliċement osserva li, skont ġurisprudenza stabbilita, fid-dawl tal-interess evidenti tal-awtur tagħha għas-suċċess tal-applikazzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT>, il-valur probatorju tad-dikjarazzjoni tiegħu seta’ jkun biss limitat u għalhekk kellu jiġi kkorroborat minn provi addizzjonali. L-istess japplika f’dak li jirrigwarda d-dikjarazzjoni bil-ġurament tal-konjuġi ta’ dan l-avukat, li ma hijiex manifestament terza persuna newtrali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-EUIPO jqis li tali provi addizzjonali setgħu faċilment jiġu prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikorrenti setgħet tipproduċi ċertifikat mediku. Fid-dawl tad-deskrizzjoni tas-sintomi li nħassu mill-avukat inizjali, kien jidher evidenti li kien hemm bżonn li wieħed imur immedjatament sabiex jirċievi kura medika ta’ emerġenza iktar milli, kif indikat fid-dikjarazzjoni bil-ġurament tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>jmur lura d-dar bit-taxi, bi sforz kbir<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. L-EUIPO jammetti li l-imsemmi avukat kien liberu li ma jirrikorrix għal għajnuna medika, iżda jqis li huwa kellu l-obbligu li jipproduċi provi li għandhom valur probatorju paragunabbli għal dak ta’ ċertifikat mediku, li jistabbilixxi oġġettivament il-gravità tal-allegata marda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-EUIPO, filwaqt li jfakkar il-vjolenza tas-sintomi allegati, jiċħad bħala mhux realistiku l-affermazzjoni tar-rikorrenti li, l-għada, tabib ma kienx ikun f’pożizzjoni li jikkonstata l-marda invokata mill-avukat inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni wkoll li kien faċli għall-avukat inizjali li jsostni l-allegazzjoni tiegħu li, il-lejla tal-iskadenza tat-terminu, ebda avukat, b’mod partikolari ebda wieħed mill-avukati tad-dipartiment tad-dritt dwar it-trade marks tal-uffiċċju tal-avukati kkonċernat, ma kien preżenti fl-imsemmi uffiċċju, u dan billi jipproduċi attestazzjoni li fiha dawn tal-aħħar jikkonfermaw li kienu effettivament assenti f’dak il-mument. Huwa jikkontesta li din id-domanda hija ta’ natura purament ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Bl-istess mod, skont l-EUIPO, kien faċli li tiġi ssostanzjata, matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, l-affermazzjoni li n-nota li tesponi l-motivi tal-appell kienet diġà ffinalizzata u vvalidata mir-rikorrenti jew mill-avukati li jirrappreżentawha fl-Isvizzera, b’mod partikolari billi tipproduċi skambju ta’ korrispondenza bejn l-avukat inizjali u dawn tal-aħħar, jekk ikun il-każ billi jinħbew is-siltiet kunfidenzjali. Il-fatt li l-korrispondenza prodotta għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali tidher li tikkonferma li din in-nota kienet ġiet ivvalidata mir-rikorrenti sa mit-<DATE ISO="20190603">3 ta’ Ġunju 2019</DATE> ma jbiddel xejn mill-fatt li l-Bord tal-Appell ma kienx f’pożizzjoni li jkollu aċċess għal din il-prova.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-EUIPO jżid li, anki jekk jitqies li huma pprovati biżżejjed iċ-ċirkustanzi relatati mal-preżentata tardiva tan-nota li tesponi l-aggravji, fatti li tinvoka r-rikorrenti, in-nuqqas ta’ diliġenza kkritikat mill-Bord tal-Appell jibqa’ validu. Huwa jikkunsidra li s-sistema ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tat-termini fi ħdan uffiċċju tal-avukati għandha tieħu inkunsiderazzjoni tali inċidenti, u tiggarantixxi istituzzjonalment l-osservanza tat-termini permezz ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni. F’dan il-każ, garanzija istituzzjonali ma kinitx ġiet assigurata, l-iktar tard, mill-mument li l-avukat inizjali sab ruħu waħdu fl-uffiċċju fil-jum tal-iskadenza tat-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-EUIPO jqis li huwa kuntrarju għall-obbligu ta’ diliġenza l-fatt li ddewmet mingħajr raġuni apparenti t-trażmissjoni tan-nota li tesponi l-motivi tal-appell sa wara s-6:30 pm tal-istess jum tal-iskadenza tat-terminu meta n-nota kienet ilha lesta minn filgħodu. Huwa jikkunsidra wkoll bħala kompletament inspjegabbli li din in-nota ma ġietx ippreżentata l-għada, iżda biss ġimagħtejn wara l-iskadenza tat-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament 2017/1001, nota li tesponi l-aggravji tal-appell għandha tiġi ppreżentata bil-miktub fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni appellata. Konformement mal-Artikolu 23(1)(d) tar-Regolament Delegat 2018/625, il-Bord tal-Appell għandu jiċħad l-appell bħala inammissibbli meta din in-nota ma tkunx ġiet ippreżentata f’dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess jirriżulta, u huwa paċifiku bejn il-partijiet, li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kienet tat id-deċiżjoni tagħha fit-<DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE> u li, wara l-appell ippreżentat fid-<DATE ISO="20190409">9 ta’ April 2019</DATE> mir-rikorrenti, din tal-aħħar kienet ippreżentat in-nota li tesponi l-aggravji tal-appell biss fis-<DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>, jiġifieri ġimagħtejn wara l-iskadenza tat-terminu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-punt 41 iktar ’il fuq, li kienet seħħet fit-<DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE> f’nofsillejl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-Artikolu 104 tar-Regolament Nru 2017/1001, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/><HT TYPE="ITALIC">Restitutio in integrum</HT><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi, b’mod partikolari, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="104.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikant jew il-proprjetarju ta’ trade mark tal-UE jew kull parti oħra fi proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, li ma jkunux f’pożizzjoni li ikunu konformi mat-terminu ta’ żmien fil-konfront tal-Uffiċċju minkejja li jkunu għamlu dak kollu meħtieġ miċ-ċirkustanzi, għandhom, wara li ssir applikazzjoni, jingħataw lura d-drittijiet tagħhom jekk l-ostaklu għall-konformità jkollha l-konsegwenza diretta, minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, li tikkawża t-telfien ta’ kull dritt jew mezz ta’ rimedju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="104.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għandha tiġi preżentata bil-miktub fi żmien xahrejn mit-tneħħija tal-kawża ta’ non-konformità mat-terminu. L-att li ma jkunx sar għandu jsir fi żmien dan il-perjodu. L-applikazzjoni hija biss ammissibbli fi żmien sena immedjatament wara l-iskadenza tat-terminu mhux osservat. F’każ fejn it-talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni ma tiġix sottomessa jew il-ħlas dovut għat-tiġdid ma jsirx, il-perjodu addizzjonali ta’ sitt xhur msemmi fl-Artikolu 53(3), fit-tielet sentenza, għandu jitnaqqas mill-perjodu ta’ sena.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="104.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għandha tistqarr ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u għandha tippreżenta l-fatti li fuqhom hija msejjsa. M’għandhiex titqies li ġiet preżentata qabel ma jsir il-ħlas dovut għall-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="104.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dipartiment li għandu l-kompetenza li jiddeċiedi dwar l-att li ma jkunx sar għandu jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="104.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu m’għandux ikun applikabli għal-limiti ta’ żmien referuti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 46(1) u (3) u l-Artikolu 105.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-proċess jirriżulta, u huwa paċifiku bejn il-partijiet, li, fost il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-benefiċċju tar-<HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> imsemmija fil-punt 43 iktar ’il fuq, l-unika waħda li ġiet ikkunsidrata bħala mhux issodisfatta f’dan il-każ mill-Bord tal-Appell hija dik dwar il-fatt li l-parti għandha tkun għamlet dak kollu meħtieġ miċ-ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 104(1) tar-Regolament 2017/1001, id-dmir ta’ diliġenza jaqa’, l-ewwel nett, fuq l-applikant jew il-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea jew fuq kull parti oħra fi proċedimenti quddiem l-EUIPO. Madankollu, jekk dawn il-persuni jiġu rrappreżentati, ir-rappreżentant huwa suġġett daqs dawn il-persuni għad-dmir ta’ diliġenza. Fil-fatt, peress li dan jaġixxi f’isem u fl-interess tal-applikant jew tal-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea jew ta’ kull parti oħra fi proċedimenti quddiem l-EUIPO, l-atti tiegħu għandhom jitqiesu li huma dawk ta’ dawn il-persuni (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Renfe-Operadora vs EUIPO (AVE</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑367/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:255">EU:T:2017:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>għamlu dak kollu meħtieġ miċ-ċirkustanzi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> teħtieġ l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll u ta’ sorveljanza interna tat-termini li teskludi b’mod ġenerali n-nuqqas ta’ osservanza mhux volontarja ta’ dawn. Minn dan isegwi li huma biss avvenimenti ta’ natura eċċezzjonali u, għaldaqstant, imprevedibbli skont l-esperjenza li jistgħu jagħtu lok għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Constellation Brands vs UASI (COOK’S)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑314/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:329">EU:T:2012:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>AVE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑367/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:255">EU:T:2017:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 104(1) tar-Regolament 2017/1001 għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Fil-fatt, l‑osservanza tat-termini hija kwistjoni ta’ ordni pubbliku u r-<HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> ta’ terminu wara l-iskadenza tiegħu jista’ jimmina ċ‑ċertezza legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>H. P. Gauff Ingenieure vs UASI – Gauff (Gauff JBG Ingenieure</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑585/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:386">EU:T:2015:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell bl-ebda mod ma kkontesta r-rilevanza u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tat-termini użata mill-uffiċċju tal-avukati kkonċernat. Għalhekk huwa għalxejn li l-EUIPO, fir-risposta tiegħu, jikkritika lil dan l-uffiċċju li ma pprevediex, fl-imsemmija sistema, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>garanzija istituzzjonali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li tiżgura l-osservanza tat-termini f’każ bħal dak inkwistjoni, fejn il-vittma ta’ inċident f’daqqa ssib ruħha waħidha fl-uffiċċju fil-jum tal-iskadenza tat-terminu (ara l-punt 39 iktar ’il fuq). Id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ibbażata fuq tali allegat nuqqas ta’ diliġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell lanqas ma qies bħala li jikkostitwixxi nuqqas ta’ diliġenza l-fatt li l-avukat inizjali ma bagħatx lill-EUIPO n-nota li tesponi l-aggravji tal-appell qabel is-6:30 pm fl-istess jum tal-iskadenza tat-terminu minkejja li kienet diġà lesta filgħodu u lanqas il-fatt li huwa ppreżenta l-imsemmija nota biss ġimagħtejn wara l-iskadenza tat-terminu, u mhux l-għada tal-inċident. Għalhekk huwa inutli wkoll li l-EUIPO jinvoka dawn iċ-ċirkustanzi fir-risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-realtà, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell telaq mill-premessa, kompletament korretta, li tgħid li, f’każijiet eċċezzjonali, marda f’daqqa tista’ tikkostitwixxi avveniment imprevedibbli li jiġġustifika l-għoti ta’ <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> (ara l-punt 18 tad-deċiżjoni kkontestata). Madankollu, huwa kkunsidra, essenzjalment, li r-rikorrenti ma kinitx ipprovat suffiċjentement l-eżistenza u l-gravità tal-marda invokata mill-avukat inizjali u lanqas, fi kwalunkwe każ, li n-nota li tesponi l-aggravji tal-appell kienet diġà ffinalizzata u vvalidata meta seħħet din il-marda. B’mod iktar preċiż, huwa qies li l-provi prodotti mir-rikorrenti insostenn tat-talba tagħha għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT>, jiġifieri d-dikjarazzjonijiet bil-ġurament tal-imsemmi avukat u tal-konjuġi tiegħu, ma kinux suffiċjenti sabiex jiġu stabbiliti l-imsemmija fatti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li dikjarazzjoni bil-ġurament tikkostitwixxi prova ammissibbli fis-sens tal-Artikolu 97(1)(f) tar-Regolament 2017/1001. Skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġi evalwat il-valur probatorju ta’ dokument, għandha tiġi vverifikata l-probabbiltà u l-veraċità tal-informazzjoni inkluża fih. Għalhekk għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, l-oriġini tad-dokument, iċ-ċirkustanzi li fihom tħejja u tad-destinatarju tiegħu, u jekk, abbażi tal-kontenut tiegħu, jidhirx li huwa sensat u affidabbli (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170508">8 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Les Éclaires vs EUIPO – L’éclaireur International (L’ECLAIREUR</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑680/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:320">EU:T:2017:320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm mill-ġurisprudenza jirriżulta, b’mod partikolari mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gauff JBG Ingenieure</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑585/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:386">EU:T:2015:386</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fuqha jibbaża ruħu l-Bord tal-Appell fil-punt 19 tad-deċiżjoni kkontestata, li dikjarazzjoni magħmula fl-interess tal-awtur tagħha għandha biss valur probatorju limitat u teħtieġ li tiġi ssostanzjata bi provi addizzjonali, dan madankollu ma jawtorizzax l-istanzi tal-EUIPO jikkunsidraw bħala prinċipju li tali dikjarazzjoni hija fiha nnifisha nieqsa minn kull kredibbiltà. Il-valur probatorju li għandu jingħata lil tali dikjarazzjoni, meħuda b’mod iżolat jew flimkien ma’ provi oħra, jiddependi, b’mod partikolari, miċ-ċirkustanzi tal-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, kif issostni ġustament ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell, fil-fatt, mill-ewwel ċaħad kull kredibbiltà liż-żewġ dikjarazzjonijiet bil-ġurament inkwistjoni u warrab l-ispjegazzjonijiet iddettaljati li kienu jinsabu fihom għall-motivi, fir-rigward ta’ dik li toriġina mill-avukat inizjali, li dan tal-aħħar kellu interess proprju għas-suċċess tat-talba għal <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> u, fir-rigward ta’ dik li toriġina mill-konjuġi ta’ dan l-avukat, li ma kinitx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>terza persuna newtrali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> minħabba l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>viċinanza personali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Billi pproċeda b’dan il-mod, il-Bord tal-Appell naqas milli jieħu debitament inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda d-dikjarazzjoni magħmula mill-avukat inizjali, il-Bord tal-Appell injora l-fatt li dan huwa professjonist tad-dritt li għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fl-osservanza tar-regoli deontoloġiċi u tar-regoli morali, ħaġa li tipprojbixxih milli jqarraq volontarjament bl-awtoritajiet u, b’mod partikolari, bil-qorti. Barra minn hekk, jekk ikun ħati ta’ dikjarazzjoni bil-ġurament falza, mhux biss ikun espost għal sanzjonijiet kriminali, iżda jikkomprometti r-reputazzjoni professjonali tiegħu u joħloq dubju serju dwar l-integrità tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkunsidrat li dikjarazzjoni bil-ġurament magħmula minn avukat tikkostitwixxi fiha nnifisha prova solida tal-elementi rraportati fiha meta din tkun univoka, nieqsa minn kontradizzjonijiet u koerenti, u li ma jeżisti ebda punt ta’ fatt ta’ natura li jqajjem dubju dwar is-sinċerità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt, li huwa fil-qalba ta’ din il-kawża, li l-inċident invokat mill-avukat inizjali bħala li wassal għall-qbiż tat-terminu kien jaqa’ fl-isfera intima tiegħu u li huwa kien fl-aħjar pożizzjoni sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-imsemmi inċident u b’mod partikolari sintomi u problemi li huwa kien sofra. Huwa kkonċentra biss fuq il-fatt, li huwa ċertament preċiż iżda mhux esklużiv ta’ dak ikkonstatat iktar ’il fuq, li l-imsemmi avukat kellu interess personali li r-rikorrenti tingħata <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT> peress li kien ħalla jiskadi t-terminu għall-preżentata tan-nota li tesponi l-aggravji tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-dikjarazzjoni bil-ġurament magħmula mill-konjuġi tal-avukat inizjali, għalkemm ma jistax jiġi kkontestat li, fid-dawl tar-rabta konjugali li torbothom, teżisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>viċinanza personali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> bejniethom, il-Bord tal-Appell kellu jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, kif issostni ġustament ir-rikorrenti, il-persuni li huma xhieda ta’ inċident bħal dak li seħħ f’dan il-każ, u li għalhekk huma<?PAGE NO="10"?> f’pożizzjoni li jiċċertifikaw fatti relatati miegħu, spiss jagħmlu parti mill-grupp tal-persuni viċin il-persuna kkonċernata. Barra minn hekk, il-konjuġi ta’ dan l-avukat, bħal dan tal-aħħar, tesponi ruħha għal sanzjonijiet kriminali jekk hija tagħmel dikjarazzjoni bil-ġurament falza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell naqas ukoll milli jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, f’dan il-każ, provi addizzjonali ta’ natura li jsostnu l-kontenut taż-żewġ dikjarazzjonijiet bil-ġurament ma setgħux raġonevolment jintalbu jew ma kinux disponibbli. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif issostni ġustament ħafna r-rikorrenti fir-rikors, din il-kawża tikkonċerna avveniment singolu u aċċidentali, li jaqa’ fl-isfera intima tal-persuna kkonċernata, u li jiddistingwi ruħu għalhekk mis-sitwazzjonijiet ġeneralment ikkunsidrati mill-ġurisprudenza relatata mal-valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet bil-ġurament, fejn dawn jiġu ppreżentati sabiex jattestaw fatti purament oġġettivi u neqsin minn natura personali, bħall-użu ġenwin ta’ trade mark (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Maternus vs EUIPO – adp Gauselmann (Jokers WILD Casino</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑321/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:101">EU:T:2020:101</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew il-kisba, minn trade mark, ta’ karattru distintiv minħabba l-użu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180626">26 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Jumbo Africa vs EUIPO – ProSiebenSat.1 Licensing (JUMBO</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑78/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:383">EU:T:2018:383</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għalhekk, l-avukat inizjali ma setax jintalab jikkonsulta tabib fil-lejla stess li seħħet il-marda tiegħu u jikseb, f’din l-okkażjoni, ċertifikat mediku. Fil-fatt, fid-dawl tan-natura tas-sintomi kkawżati minn din il-marda, huwa għalkollox komprensibbli li, kif jesponi fid-dikjarazzjoni bil-ġurament tiegħu, huwa pprefera li jirritorna immedjatament fid-dar tiegħu, u dan billi qabad taxi. Barra minn hekk, peress li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-persuni li jsofru minn dan it-tip ta’ marda jirkupraw malajr mingħajr bżonn ta’ ebda kura medika, ma huwiex sorprendenti li l-imsemmi avukat ma qiesx neċessarju li sussegwentement jiġi eżaminat minn tabib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għandu jiġi ammess ukoll li, minħabba s-sintomi li kellu, u b’mod partikolari minħabba l-istat konfuż li kien jinsab fih, l-avukat inizjali ma kienx f’pożizzjoni li jinkariga lil wieħed mill-kollegi tiegħu fl-uffiċċju legali kkonċernat sabiex jiffirma u jibgħat minfloku n-nota li tesponi l-aggravji tal-appell. Il-kwistjoni dwar jekk, fil-mument meta seħħet il-marda f’daqqa tal-imsemmi avukat, tali kollegi kinux preżenti jew le fil-bini tal-imsemmi uffiċċju sabiex jagħmlu dan hija għalhekk irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet, ftit li xejn huwa sorprendenti li l-avukat inizjali ma kellux il-ħsieb li jitlob lill-konjuġi tiegħu, mar-ritorn tiegħu fid-dar, tikkuntattja lil wieħed mill-kollegi tiegħu tal-uffiċċju tal-avukati kkonċernat sabiex jafdalu dan il-kompitu. Peress li dan il-fatt jista’ jiġi stabbilit biss mid-dikjarazzjonijiet bil-ġurament prodotti f’dan il-każ, huwa għalxejn li l-Bord tal-Appell jilmenta li r-rikorrenti ma sostnietx dan permezz ta’ provi addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkunsidrat li l-Bord tal-Appell lanqas ma huwa fondat meta jikkritika lir-rikorrenti talli ma ppreżentatx, matul il-proċedura amministrattiva, provi li jikkorroboraw l-affermazzjoni tal-avukat inizjali, inkluża fid-dikjarazzjoni bil-ġurament tiegħu, li tgħid li, fil-jum tal-iskadenza tat-terminu inkwistjoni, in-nota li tesponi l-aggravji tal-appell kienet diġà ġiet iffinalizzata u vvalidata. L-imsemmi avukat, bħala professjonist tad-dritt ta’ esperjenza u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 55 iktar ’il fuq, fil-fatt, ma setax raġonevolment jistenna li l-Bord tal-Appell iqiegħed fid-dubju f’tali miżura l-veraċità tal-ispjegazzjonijiet tiegħu. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li mill-iskambju ta’ korrispondenza bejn dan l-avukat u l-avukati tar-rikorrenti li jirrappreżentawha fl-Isvizzera, prodott minn din tal-aħħar fil-kuntest ta’ din il-proċedura, jirriżulta li n-nota li tesponi l-aggravji tal-appell kienet effettivament iffinalizzata u vvalidata sa mit-<DATE ISO="20190603">3 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-motiv uniku għandu jintlaqa’ u, għaldaqstant, li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-EUIPO tilef, hemm lok li huwa jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn ir-raġunijiet,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-<DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE> (Każ R 773/2019-2) hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Csehi</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>De Baere</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20201216">16 ta’ Diċembru 2020</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>