Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, p. 12).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.