2000D0258 — MT — 03.09.2008 — 002.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (ĠU L 079, 30.3.2000, p.40) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 23 |
30 |
28.1.2003 |
||
|
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008 |
L 219 |
40 |
14.8.2008 |
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-20 ta’ Marzu 2000
li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija
(2000/258/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ġo, u l-importazzjoni ġo, il-Komunità ta’ annimali, sperma, bajd u embrijuni mhux soġġetti għal ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:|
(1) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tipprovdi għal sistema alternattiva għall-kwarantina għad-daħla ta’ ċerti karnivori domestiċi fit-territorju ta’ ċerti Stati Membri li m’għandhomx l-idrofobija. Dik is-sistema tirrikjedi kontrol fuq l-effettività tat-tilqim ta’ dawk l-annimali permezz ta’ titration ta’ antibodies. |
|
(2) |
Sabiex tiggarantixxi sistema effettiva ta’ ħarsien tal-laboratorji li se jagħmlu dawn l-analiżi, huwa meħtieġ illi tistabbilixxi sistema ta’ approvazzjoni tal-Komunità ta’ dawn il-laboratorji. |
|
(3) |
L-approvazzjoni ta’ dawn il-laboratorji għandha tiġi koordinata minn laboratorju ta’ riferenza għal dawn l-affarijiet fil-Komunità. |
|
(4) |
Il-laboratorju Agence française de sécurité sanitaire des aliments de Nancy (Aġenzija tas-Sigurtà ta’ Ikel Franċiż ta’ Nancy) jikkonforma mal-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex ikun laboratorju ta’ riferenza għal dawn l-affarijiet fil-Komunità. |
|
(5) |
Dak il-laboratorju ta’ riferenza jista’ jirċievi għajnuna mill-Komunità kif stabbilit fl-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 għall-infiq fil-qasam veterinarju ( 2 ). |
|
(6) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 illi tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizju ta’ implimentazzjoni tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni ( 3 ), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-laboratorju ta’ l-Agence française de sécurité sanitaire des aliments de Nancy (AFSSA, Nancy), id-dettalji ta’ liema huma stabbiliti fl-Anness I, permezz ta’ dan huwa magħżul bħala l-istitut speċifiku responsabbli sabiex jistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi sabiex isegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija.
Artikolu 2
Id-dmirijiet tal-laboratorju imsemmija fl-Artikolu 1 huma stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 3
1. Abbażi ta’ riżultat favorevoli tal-valutazzjoni tal-laboratorju applikanti fl-Istat Membru, iddokumentat mill-AFSSA, Nancy, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tista’ tawtorizza lil-laboratorju applikanti biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jimmonitorja l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja.
L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta’ dawk il-laboratorji li huma awtorizzaw u għandhom jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.
2. Fuq il-bażi ta’ riżultat favorevoli tal-valutazzjoni tal-laboratorju applikanti fil-pajjiż terz iddokumentat mill-AFSSA, Nancy, u wara l-applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini tal-laboratorju applikanti, dan il-laboratorju għandu jiġi awtorizzat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jimmonitorja l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobija.
3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2).
Artikolu 4
L-Annessi għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu emendati skond il-proċedura stipulati fl-Artikolu 5(2).
Artikolu 5
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Veterinarju Permanenti, minn issa ’l quddiem imsemmi bħala il-“Kumitat”, stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 68/361/KEE ( 4 ).
2. Fejn tintgħamel riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu pprovdut fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.
▼ —————
Artikolu 6
Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
AFSSA, Nancy
Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages
Technopôle Agricole et Vétérinaire
BP 40 009
54220 Malzéville Cedex
Franza
ANNESS II
L-istitut speċifiku responsabbli biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-test seroloġiku biex tiġi mmonitorjata l-azzjoni tat-tilqim kontra l-idrofobija għandu:
— jikkoordina l-istabbiliment, it-titjib u l-istandardizzazzjoni tal-metodi tat-titrazzjoni seroloġika fuq il-karnivori mlaqqmin kontra l-idrofobija;
— jevalwa dawk il-laboratorji fl-Istati Membri li ppreżentaw l-applikazzjoni biex iwettqu t-titrazzjonijiet seroloġiċi msemmija fl-ewwel inċiż; ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni għandu jintbagħat lil-laboratorju applikanti u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ir-riżultat huwa favorevoli għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni;
— jevalwa dawk il-laboratorji fil-pajjiżi terzi li ppreżentaw l-applikazzjoni biex iwettqu t-titrazzjonijiet seroloġiċi msemmija fl-ewwel inċiż; ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni għandu jintbagħat lil-laboratorju applikanti u lill-Kummissjoni fejn ir-riżultat huwa favorevoli għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni;
— jipprovdi kull tagħrif siewi dwar il-metodi ta’ l-analiżi u l-provi komparattivi lil dawk il-laboratorji u jorganizza sessjonijiet ta’ taħriġ u korsijiet ta’ taħriġ ulterjuri għall-impjegati tagħhom;
— jorganizza testijiet ta’ xeħta bejn il-laboratorji (testijiet ta’ profiċjenza);
— jipprovdi assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar l-affarijiet imsemmija f’dan l-Anness, b’mod partikolari f’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil dwar ir-riżultati tat-titrazzjonijiet seroloġiċi.
( 1 ) ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE (ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 23).
( 2 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103).
( 3 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 4 ) ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.